Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0035

    P9_TA(2022)0035 Ferroviji: titwil tal-applikazzjoni ta' miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta' imposti – COVID-19 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 fir-rigward tad-durata tal-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja (COM(2021)0832 – C9-0001/2022 – 2021/0437(COD)) P9_TC1-COD(2021)0437 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Frar 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 fir-rigward tad-durata tal-perijodu ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja

    ĠU C 342, 6.9.2022, p. 328–328 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 342, 6.9.2022, p. 290–290 (GA)

    6.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 342/328


    P9_TA(2022)0035

    Ferroviji: titwil tal-applikazzjoni ta' miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta' imposti – COVID-19 ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 fir-rigward tad-durata tal-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja (COM(2021)0832 – C9-0001/2022 – 2021/0437(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)

    (2022/C 342/33)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0832),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0001/2022),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2022 (1),

    wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta’ Jannar 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    P9_TC1-COD(2021)0437

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Frar 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 fir-rigward tad-durata tal-perijodu ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/312.)


    Top