EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 52021XC0812(01)

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2021/C 324/13

PUB/2021/476

ĠU C 324, 12.8.2021, S. 33–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/33


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 324/13)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

Komunikazzjoni ta’ emenda standard li timmodifika d-Dokument Uniku

Morgon

PDO-FR-A1024-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 4 ta’ Ġunju 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika

Fl-ewwel punt tat-Taqsima IV tal-Kapitolu I, żdied il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019” wara l-kelma “Rhône”.

Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona ġeografika fir-rigward tal-verżjoni fis-seħħ fl-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE, u li tiġi żgurata legalment id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika.

Il-perimetru taż-żona ġeografika baqa’ strettament l-istess.

Il-kliem “għandhom isiru” ġew issostitwiti bil-kliem “isiru”.

Id-Dokument Uniku ġie emendat fil-punt 6 biex jiġu introdotti dawn l-emendi.

Żdiedet ukoll sentenza sabiex tinforma dwar id-disponibbiltà tal-mapep taż-żona ġeografika fuq is-sit tal-INAO.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

2.   Żona fil-viċinanza immedjata

Fit-tielet punt tat-Taqsima IV tal-Kapitolu I, żdied il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019” wara l-kliem “li ġejjin”.

Ġiet introdotta referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019 u l-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata. Żdiedet ukoll id-data tal-approvazzjoni mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità taż-żona ġeografika riveduta tad-denominazzjoni. Dawn l-emendi jibdlu l-formulazzjoni tal-kliem u bl-ebda mod ma jemendaw il-perimetru taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni. Dawn huma meħtieġa minħabba fużjonijiet u ċessjonijiet ta’ muniċipalitajiet, jew partijiet ta’ muniċipalitajiet, jew bidliet fl-isem.

Ir-riformulazzjoni tal-kliem tiżgura li l-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika jibqgħu jiġu identifikati b’mod ċar fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-intestatura “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku ġiet emendata kif xieraq.

3.   Dispożizzjonijiet dwar it-tqaddim

Fit-tieni punt tat-Taqsima IX tal-Kapitolu I, id-data “1 ta’ Marzu” ġiet issostitwita bid-data “15 ta’ Jannar”.

Id-data minima sa meta għandhom jitqaddmu l-inbejjed tressqet mill-1 ta’ Marzu għall-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, minħabba li l-ħsad bikri, konsegwenza tat-tibdil fil-klima, huwa dejjem aktar frekwenti, u dan jippermetti li l-vinifikazzjoni titlesta aktar kmieni.

It-tressiq tad-data minima ta’ tmiem it-tqaddim ma għandu l-ebda impatt fuq il-kwalità tal-inbejjed tad-denominazzjoni. It-tipi ta’ ħamrija tal-muniċipalità ta’ Villié-Morgon huma żviluppati fuq varjetà ta’ substrati, u wħud minnhom jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed li jkollhom togħma ta’ frott u huma pjaċevoli minn qabel ma jitqaddmu.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

4.   Tqegħid fis-suq għall-konsumatur

Fil-ħames punt tat-Taqsima IX tal-Kapitolu I, id-data “15 ta’ Marzu” ġiet issostitwita bid-data “1 ta’ Frar”.

B’konsistenza mat-tressiq tad-data minima ta’ tmiem it-tqaddim, id-data tat-tqegħid fis-suq tal-inbejjed għall-konsumatur tressqet mill-15 ta’ Marzu għall-1 ta’ Frar.

Din l-emenda ma rriżultat fl-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

5.   Ċirkolazzjoni bejn depożitanti awtorizzati

Tħassar il-punt 5(b) tat-Taqsima IX tal-Kapitolu I dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati.

It-tnaqqis tal-perjodu minimu tat-tqaddim u t-tressiq tad-data tat-tqegħid fis-suq tal-inbejjed jeħtieġu ċ-ċirkolazzjoni aktar malajr tal-inbejjed bejn l-operaturi, u għalhekk l-iffissar ta’ data bikrija li qabilha ma tistax issir iċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed huwa irrelevanti.

Għalhekk, it-Titolu tal-ħames punt tat-Taqsima IX tal-Kapitolu I ġie emendat bit-tħassir tal-kliem “iċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti u”.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

6.   Miżuri tranżitorji

Fil-punt 1(a) tat-Taqsima XI tal-Kapitolu I, żdied il-kliem “mhux aktar tard” quddiem il-kliem “mill-ħsad tal-2034 inkluż” sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta’ din il-miżura.

Il-punt 3 tħassar minħabba li l-miżuri speċifiċi skadew.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

7.   Elementi dwar il-kontroll tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

- L-operaturi issa huma kkontrollati minn korp ta’ ċertifikazzjoni, u għalhekk il-kliem “pjanijiet ta’ kontroll” jissostitwixxi l-kliem “pjan ta’ spezzjoni” fid-diversi paragrafi rilevanti tal-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

- Referenzi għall-istruttura ta’ kontroll

Fit-Taqsima II tal-Kapitolu III: ir-regoli tal-kitba ta’ din il-parti ġew emendati minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Diċembru 2011, biex ma jibqgħux juru r-referenzi sħaħ għall-awtorità ta’ kontroll meta l-kontrolli qed isiru minn korp ta’ ċertifikazzjoni.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Morgon

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Deskrizzjoni testwali konċiża

Dawn huma nbejjed ħomor xotti u mhux frizzanti. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.

Fl-istadju tal-ibbottiljar, l-inbejjed ikollhom kontenut massimu ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru.

L-inbejjed finali, lesti biex jiġu kkunsmati, ikollhom l-istandards analitiċi li ġejjin:

Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 3 grammi għal kull litru

Dawn l-istandards previsti fir-regolamenti komunitarji japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima, għall-qawwa alkoħolika proprja minima, għall-aċidità totali minima, u għall-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali.

L-inbejjed jikkombinaw in-natura tal-frott tal-inbejjed tar-reġjun tal-Beaujolais mal-istruttura, l-ammont ġeneruż ta’ minerali u l-aromi li spiss ifakkru fil-lampun u l-kirsch. L-inbejjed għandhom aptitudni partikolari għat-tqaddim li matulu jiżviluppaw aromi oriġinali u kumplessi. L-entużjasti tal-inbid spiss jiddistingwu bejn inbejjed minn irqajja’ b’ħamrija żviluppata fuq areni tal-granit, li għandhom togħma ta’ frott u huma pjaċevoli minn qabel jitqaddmu, inbejjed minn irqajja’ b’ħamrija żviluppata fuq ix-shale, li huma aktar sempliċi u jibbenefikaw minn ftit snin ta’ preżervazzjoni.

Karatteristiċi analitiċi

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

14,17

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.

L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.

It-tekniki sottrattivi tal-arrikkiment (TSE) huma permessi sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %.

Dawn l-inbejjed għandhom jitqaddmu mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

2.   Prattika tal-kultivazzjoni

Densità tat-tħawwil

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru.

Id-distanza ta’ dawn id-dwieli bejn ir-ringieli hija ta’ 2,10 metri jew inqas, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ 0,80 metri jew aktar.

Mingħajr ħsara għad-densità minima ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru, u għal skopijiet ta’ użu ta’ magni, il-vinji jistgħu jitħawlu b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 3 metri jew inqas.

Regoli taż-żbir

Iż-żbir jitlesta fil-15 ta’ Mejju;

L-inbejjed jiġu minn dwieli miżbura b’żabra qasira (mħarrġa f’forma ta’ sġajjar, ta’ mrewħa jew bis-sistema tal-cordon Royat sempliċi, doppju jew “charmet”) b’massimu ta’ 10 għejun għal kull pjanta;

Kull pjanta jkollha minn 3 sa 5 friegħi b’massimu ta’ 2 għejun kull waħda; f’każ ta’ tixtil, kull pjanta jista’ jkollha wkoll fergħa b’2 għejun massimi miżbura fuq żarġun li jkun kiber miz-zokk qadim;

Waqt iż-żbir tat-taħriġ jew waqt il-bdil fil-metodu ta’ żbir, id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta.

It-tisqija hija pprojbita.

Dispożizzjonijiet dwar il-ħsad bil-magni

L-għoli tal-ħsad fil-kontenituri għat-trasport mill-għalqa għall-kantina tal-inbid, ma jridx ikun aktar minn 0,50 metru;

Il-kontenituri jridu jkunu ta’ materjal sod u tajjeb għall-prodotti tal-ikel;

Il-materjal tal-ħsad u tat-trasport tal-ħsad irid ikollu sistema ta’ skular tal-ilma jew ta’ protezzjoni xierqa.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

61 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalità li ġejja tad-département tar-Rhône abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019: Villié-Morgon.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Gamay N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona ġeografika hija stabbilita fuq il-ġnub tal-Lvant tal-“Monts du Beaujolais”, b’mod preċiż fuq l-ewwel inklinazzjonijiet tal-“Fût d’Avenas”, quċċata li tilħaq altitudni ta’ 842 metru.

Bil-pożizzjoni tagħha fit-Tramuntana tad-département tar-Rhône, hija limitata għall-muniċipalità ta’ Villié-Morgon, 19-il kilometru fit-Tramuntana ta’ Villefranche-sur-Saône u 21 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Mâcon.

Iż-żona ġeografiku għandha pajsaġġ mimli widien fejn l-inklinazzjonijiet isiru aktar pronunzjati lejn il-Punent. Dawn il-ġnub tal-għoljiet huma interrotti minn nixxigħat bħall-“Morcille”, tributarja tal-“Ardières” u d-“Douby”, li huma tributarji tas-Saône. L-għoljiet jinsabu f’altitudni ta’ bejn 220 metru u 480 metru, huma esposti lejn ix-Xlokk, u jimponu fuq il-pjanura vasta tas-Saône.

Is-substrat taż-żona ġeografika jikkonsisti fi tliet tipi ewlenin ta’ formazzjonijiet:

shales rikki fil-manganiż, li jmorru lura għad-Devonjan Superjuri; il-blata, meta tiddiżintegra, tagħti ħamrija taflija li lokalment tissejjaħ Morgon; din il-formazzjoni tokkupa ċ-ċentru u l-Lvant u b’mod partikolari l-għolja “Py”;

il-granit porfirojde jagħti, bid-deterjorament, areni ramlin li jagħtu ħamrija fqira u filtranti, fit-Tramuntana u l-Majjistral;

fil-fruntiera tal-Lvant, il-qigħan tal-ġnub tal-għoljiet għandhom materjal kolluvjali u terrazzi ta’ xmajjar qodma, mill-Era Kwaternarja; għalhekk il-ħamrija hija varjata, kultant ramlija ħafna u kultant taflija.

Il-klima hija oċeanika, soġġetta għal influwenzi kontinentali u meridonjali. Ix-xita tinżel regolarment matul is-sena u t-temperatura medja annwali hija qrib il-11 °C. Il-“Monts du Beaujolais” għandhom rwol essenzjali fil-protezzjoni mill-irjieħ li ġejjin mill-Punent, u b’hekk itaffu l-influwenza tal-oċean. L-effett ta’ Foehn li joħolqu jnixxef l-arja umda, u b’hekk iżid il-livelli ta’ dawl u jnaqqas ix-xita.

Il-wied wiesa’ ta’ Saône għandu wkoll rwol ewlieni fl-iżvilupp tad-dwieli, billi joffri livell għoli ta’ dawl (medja ta’ kważi 2 000 siegħa fis-sena) u jwassal l-influwenzi meridonjali, ikkaratterizzati b’mod partikolari minn sħana qawwija fis-sajf.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

Il-preżenza tad-dwieli f’Villié-Morgon hija affermata minn att ta’ bejgħ ta’ roqgħa art mis-Sire ta’ Beaujeu lil sudditu, fis-sena 956.

Minn tmiem is-seklu XV, il-borgeżija ta’ Lyon, li kienet saret sinjura bis-saħħa tal-industriji tal-ħarir u bankarji, bdiet tiżviluppa l-vinja.

B’reputazzjoni kbira u mfittxija, l-inbejjed ta’ Morgon ġew rikonoxxuti bħala Denominazzjoni ta’ oOriġini Kkontrollata bid-digriet tal-11 ta’ Settembru 1936.

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Morgon hija kkaratterizzata mill-unjoni ta’ tradizzjonijiet tipiċi tar-reġjun mat-tekniki moderni.

Il-produtturi, li dejjem ifittxu nbid ta’ kwalità, tgħallmu kif jikkontrollaw il-varjetà tad-dielja gamay N u t-tkabbir tagħha, b’mod partikolari bl-użu ta’ densità ta’ tħawwil għolja u żabra qasira.

Biex jiżgura maturità tajba tal-għenba, il-produttur jara li l-wiċċ tal-weraq ikun espost biżżejjed. Għalhekk id-dwieli jistgħu jitħarrġu fuq kannizzati fissi.

F’konformità mal-prattiki fis-seħħ, il-produtturi adottaw sistema ta’ vinifikazzjoni partikolari li fiha jintużaw kemm il-fermentazzjoni tradizzjonali kif ukoll il-maċerazzjoni semikarbonika.

Fl-2010, il-vinja ta’ Morgon kienet tkopri erja ta’ aktar minn 1 100 ettaru għal produzzjoni annwali medja ta’ 55 000 ettolitru, żviluppata minn 451 produttur li jiżguraw aktar minn 40 % tal-kummerċjalizzazzjoni bil-bejgħ dirett.

8.3.   Interazzjonijiet kawżali

Il-pjantaġġun tal-vinja fuq l-għoljiet li jimponu fuq il-pjanura vasta ta’ Saône jippermettulha tibbenefika minn kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli. Għalkemm hija esposta għax-Xlokk, il-mikropajsaġġ jiffavorixxi l-espożizzjonijiet kollha u kundizzjonijiet tax-xemx ottimali.

Bil-pożizzjoni tagħha madwar għaxar kilometri bogħod mis-Saône, il-vinja tibbenefika mir-rwol ta’ moderazzjoni termali tal-wied, iżda hija ’l bogħod biżżejjed biex ma ssofrix l-inkonvenjenzi tiegħu bħaċ-ċpar iffriżat u l-ġlata ta’ tard fir-rebbiegħa.

Il-ħamrija tal-muniċipalità ta’ Villié-Morgon hija żviluppata fuq varjetà ta’ substrati u toffri ċerta diversità b’areni ramlin fuq il-granit, tafal itqal fuq ix-shale, u ħamrija relattivament fonda u filtranti fuq il-materjal kolluvjali u t-terrazzi qodma. Din il-partikularità hija determinanti għall-oriġinalità tal-inbejjed. Il-varjetà gamay N tesprimi dawn l-isfumaturi fl-inbejjed. L-inbejjed minn irqajja’ li għandhom ħamrija żviluppata fuq ix-shale għandhom karattru oriġinali li l-produtturi jirreferu għalih bil-verb “morgonner”, li l-aħjar eżempju u l-iżjed wieħed magħruf tiegħu huwa nbid minn irqajja’ li jinsabu fuq l-għolja “Py”.

Matul il-ġenerazzjonijiet, il-produtturi żviluppaw u tejbu t-tekniki l-aktar adattati għall-varjetà gamay N, fejn ippreferew l-espressjoni ottimali tal-isfumaturi ġġenerati mis-substrati. Barra minn hekk, u skont l-użanzi, għandhom it-tendenza li fuq it-tikketti jindikaw l-isem tal-post ta’ provenjenza tal-għeneb.

Fis-seklu XIX, fix-xogħol tiegħu “Topographie de tous les vignobles connus” (It-Topografija tal-Vinji Kollha Magħrufa), JULLIEN jispeċifika li: “ Morgon, villaġġ li jinsab fuq il-muntanja tal-quċċata fil-muniċipalità ta’ Villiers, jipproduċi fl-ewwel cuvée nbejjed robusti, spiritużi u b’togħma tajba…; dawn idumu tajbin għal żmien twil u dejjem jispiċċaw tajjeb”.

Fl-1953, il-produtturi stabbilew l-ewwel u l-akbar kantini ta’ tidwiq fir-reġjun fil-kastell ta’ Fontcrenne, tempju reali fejn fil-kmamar differenti, isiru ċ-ċerimonji u l-iljieli li jaċċentwaw il-ħajja tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019:

id-département tal-Côte-d’Or:

Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chamboeuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Clémencey, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L’Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée, Vougeot

id-département tar-Rhône:

Alix, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Chasselay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dardilly, Denicé, Deux Grosnes (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità qadima ta’ Avenas biss), Dracé, Emeringes, Fleurie, Fleurieux-sur-l’Arbresle, Frontenas, Gleizé, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Sain-Bel, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux, Vindry-sur-Turdine (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet qodma ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup biss)

Id-département ta’ Saône-et-Loire:

Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-les-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fragnes-La-Loyère (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità qadima ta’ La Loyère biss), Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse sur Fregande (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet qodma ta’ Donzy-le-National, Massy u La Vineuse biss), Vinzelles, Viré

id-département tal-Yonne:

Aigremont, Annay-sur-Serein, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Montholon (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet qodma ta’ Champvallon, Villiers sur Tholon u Volgré biss), Mouffy, Moulins-en-Tonnerrois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey , Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers, Yrouerre.

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar bil-kundizzjoni li:

tkun post irreġistrat;

tkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post katastali jinkiteb immedjatament wara l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata u jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

b)

It-tikkettar tal-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika ikbar “Vin du Beaujolais” jew “Grand Vin du Beaujolais” jew “Cru du Beaujolais”.

Id-daqs tal-ittri tal-unità ġeografika ikbar ma għandux ikun ogħla u usa’ minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-1169e922-4ee5-4592-8f0f-27a337e58a43


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


nach oben