EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0712(02)

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping 2021/C 277/03

C/2021/4986

ĠU C 277, 12.7.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/3


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2021/C 277/03)

1.   

Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68)

7.4.2022


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna


Top