This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XC0602(02)
Notice of the impending expiry of certain anti-dumping measures 2021/C 209/06
Avviżdwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping 2021/C 209/06
Avviżdwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping 2021/C 209/06
C/2021/3750
ĠU C 209, 2.6.2021, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/24 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2021/C 209/06)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju Antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 tas-27 ta’ Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
1.3.2022 |
(1) ĠU L 176, 30 ta’ Ġunju 2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.