Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0426(01)

    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.) 2021/C 147/05

    C/2021/2727

    ĠU C 147, 26.4.2021, p. 7–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/7


    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1)

    (2021/C 147/05)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

    APPLIKAZZJONI GĦALL-EMENDA TAL-FAJL TEKNIKU TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

    “ÚJFEHÉRTÓI MEGGYPÁLINKA”

    Nru tal-UE: PGI-HU-01829-AM01 – 18 ta’ April 2017

    Lingwa tal-emenda: L-Ungeriż

    Intermedjarju

    Stat Membru: L-Ungerija

    L-isem tal-intermedjarju: Il-Ministeru tal-Agrikoltura

    L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, ir-raħal/il-belt u l-kodiċi postali, il-pajjiż):

    Kossuth Lajos tér 11

    1055 Budapest

    L-UNGERIJA

    Tel. + 36 17951705

    Posta elettronika: gi@am.gov.hu

    Isem l-Indikazzjoni Ġeografika

    Újfehértói meggypálinka

    Intestatura tal-Ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

    Deskrizzjoni tax-xorb spirituż

    Żona ġeografika kkonċernata

    Rabta

    Isem u indirizz tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni

    Oħrajn:

    Il-metodu ta’ produzzjoni tax-xarba spirituża

    Rekwiżiti stipulati mill-Unjoni u/jew dispożizzjonijiet nazzjonali u/jew reġjonali

    L-isem u l-indirizz ta’ kuntatt tal-applikant

    Suppliment għall-Indikazzjoni Ġeografika u/jew regoli speċifiċi ta’ tikkettar

    It-tielet punt tat-taqsima dwar l-ispezzjoni

    Referenzi

    Emenda

    Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott li twassal għal emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin.

    Spjegazzjoni tal-emenda

    Emenda 1:

    Is-sottotaqsima “Karatteristiċi organolettiċi” fit-Taqsima B tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    Ċara, bla kulur, togħma u aroma ta’ ċirasa qarsa pjaċevoli; b’riħa ta’ ċitru mill-frotta u riħa ta’ marżipan mill-għadma taċ-ċirasa qarsa.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Ċara, bla kulur, togħma u aroma ta’ ċirasa qarsa pjaċevoli; b’riħa ta’ ċitru mill-frotta u riħa ta’ marżipan mill-għadma taċ-ċirasa qarsa.

    Fil-każ tal-pálinka mmaturata, din hija safranija, kulur l-ambra u b’karattru matur, filwaqt li żżomm il-fwieħa u l-aroma essenzjali taċ-ċirasa qarsa. Il-maturazzjoni fil-btieti tal-injam tagħti lill-pálinka mmaturata l-kulur u l-aroma karatteristiċi tagħha.

    Wara maturazzjoni twila f’bettija tal-injam, it-togħma u l-aroma tal-pálinka antika huma aktar rikki u jkollha kulur dehbi antik u aktar skur.

    Fil-każ tal-pálinka mmaturata fuq il-frott, il-fwieħa tiġi rfinata permezz tal-maturazzjoni tal-frott, u l-kulur jikkorrispondi għal dak taċ-ċirasa. Il-maturazzjoni fuq saff ta’ frott frisk u niexef tagħti lill-pálinka valuri ta’ kontenut ogħla, aroma aktar intensa u togħma aktar tipika.

    Spjegazzjoni:

    Minħabba li fis-sottotaqsima “Mistrieħ, maturazzjoni” fit-Taqsima D tal-fajl tekniku żdiedu tliet proċessi ta’ maturazzjoni li jibdlu l-karatteristiċi organolettiċi tal-pálinka prodotta bl-użu ta’ dawn il-proċessi, kien meħtieġ li l-karatteristiċi organolettiċi jiġu emendati kif xieraq.

    Emenda 2:

    Is-sottotaqsima “Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi” fit-Taqsima B tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    qawwa alkoħolika: tal-inqas 40 % v/v;

    kontenut ta’ metanol: massimu ta’ 1 000 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol;

    kontenut ta’ sustanzi volatili: minimu ta’ 200 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol;

    kontenut ta’ aċidu ċjanidriku: massimu ta’ 7 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    qawwa alkoħolika: tal-inqas 40 % v/v; (+/- 0,3 % v/v, għall-“Újfehértói meggypálinka” immaturata fuq saff ta’ frott +/- 1,5 % v/v)

    kontenut ta’ metanol: massimu ta’ 1 000 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol;

    kontenut ta’ sustanzi volatili: minimu ta’ 200 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol;

    kontenut ta’ aċidu ċjanidriku: massimu ta’ 7 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol.

    Spjegazzjoni:

    Il-qawwa alkoħolika tal-“Újfehértói meggypálinka” hija 40 % v/v (+/- 0,3 % v/v, għall-“Újfehértói meggypálinka” immaturata fuq saff ta’ frott +/- 1,5 % v/v). L-emenda fiha t-tolleranza għad-denominazzjoni kif speċifikat fl-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi biex titqies il-fluttwazzjoni naturali fil-qawwa alkoħolika u l-varjazzjonijiet li jirriżultaw mill-produzzjoni u mill-proċeduri tal-ħżin.

    Emenda 3:

    It-Taqsima B (Id-deskrizzjoni tax-xorb spirituż, inkluż tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi ewlenin) tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Jiżdied paragrafu ġdid:

    Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)

    Togħma u aroma ta’ ċirasa qarsa pjaċevoli; b’riħa ta’ ċitru mill-frotta u riħa ta’ marżipan mill-għadma taċ-ċirasa qarsa.

    Spjegazzjoni:

    F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 716/2013, il-karatteristiċi speċifiċi tax-xarba spirituża ġew miżjuda mad-deskrizzjoni tax-xarba spirituża.

    Emenda 4:

    Fit-Taqsima B tal-fajl tekniku, il-materja prima użata hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    Għall-produzzjoni tal-pálinka bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Újfehértói meggypálinka” jistgħu jintużaw il-varjetajiet ta’ ċirasa qarsa “Újfehértói fürtös” u “Debreceni bőtermő” biss.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Għall-produzzjoni tal-pálinka bl-Indikazzjoni Ġeografika “Újfehértói meggypálinka” jistgħu jintużaw il-varjetajiet ta’ ċirasa qarsa “Újfehértói fürtös”, “Debreceni bőtermő”, “Kántorjánosi 3”, “Petri” u “Éva” biss.

    Spjegazzjoni:

    Il-ġustifikazzjoni għaż-żieda tal-varjetajiet: kundizzjonijiet tat-temp imprevedibbli u varjabbli b’mod mhux tas-soltu għamluha neċessarja li fil-produzzjoni ta’ “Újfehértói meggypálinka” jiġu inklużi l-varjetajiet Kántorjánosi 3, Petri u Éva, minħabba li ilhom jiġu kkultivati fiż-żona ġeografika definita għal deċennji u huma inqas sensittivi għall-ġlata. Il-varjetajiet ta’ ċirasa qarsa Kántorjánosi 3, Petri u Éva ġew imnissla wkoll f’Újfehértó permezz ta’ għażla minn fost il-kultivari lokali u t-tliet karatteristiċi kollha tal-materjal ġenetiku lokali. Id-differenzi fiż-żmien tal-istadji fenoloġiċi tat-tliet varjetajiet ta’ ċirasa qarsa ġodda miżjuda fil-fajl tekniku jfissru li aktar varjetajiet se jimmitigaw l-impatt ta’ distribuzzjoni tal-fallimenti tal-uċuħ tar-raba’ kkawżati mill-ġlata tar-rebbiegħa. Il-ħsad u l-ipproċessar tal-frott iseħħ matul perjodu itwal minn qabel, mill-aħħar ta’ Ġunju sal-bidu ta’ Lulju, u dan jagħmel il-produzzjoni tal-pálinka aktar affidabbli. Il-ħames varjetajiet kollha taċ-ċirasa qarsa ilhom jiġu kkultivati għal deċennji fiż-żona ġeografika ddefinita fit-Taqsima C.

    Emenda 5:

    It-Taqsima C (Definizzjoni taż-żona ġeografika kkonċernata) tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    “Újfehértói meggypálinka” tista’ tiġi prodotta u bbottiljata biss f’distilleriji li jinsabu fiż-żona definita hawnhekk.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    L-“Újfehértói meggypálinka” tista’ tiġi prodotta biss f’distilleriji li jinsabu fiż-żona ddefinita hawnhekk.

    Spjegazzjoni:

    L-imballaġġ (ibbottiljar) fiż-żona ġeografika ma jistax jiġi ġustifikat.

    Emenda 6:

    Is-sottotaqsima “Il-kontroll tal-kwalità jkopri l-aspetti tal-frott li ġejjin” fit-Taqsima D tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    il-purità tal-varjetà: il-varjetajiet aċċettabbli huma Újfehértói fürtös u Debreceni bőtermő

    il-maturità: kompletament matura (iz-zokk jinqala’ minn mal-frotta mingħajr ma jikkawża l-ebda ħsara)

    is-saħħa: il-frott irid ikun b’saħħtu

    l-indafa: ma jistax ikun fih zkuk niexfa, weraq jew impuritajiet oħra

    il-kontenut ta’ materja niexfa taċ-ċirasa qarsa: minimu ta’ 15 ref. %

    il-valur tal-pH taċ-ċirasa qarsa: 4/5

    Test ta’ sostituzzjoni:

    il-purità tal-varjetà: il-varjetajiet aċċettabbli huma Újfehértói fürtös, Debreceni bőtermő, Kántorjánosi 3, Petri u Éva

    il-maturità: kompletament matura (iz-zokk jinqala’ minn mal-frotta mingħajr ma jikkawża l-ebda ħsara)

    is-saħħa: mingħajr moffa u taħsir, l-ebda ħsara jew daqqiet

    l-indafa: ma jistax ikun fih zkuk niexfa, weraq jew impuritajiet oħra

    il-kontenut ta’ materja niexfa taċ-ċirasa qarsa: minimu ta’ 14 ref. %

    il-valur tal-pH taċ-ċirasa qarsa: 3,5-4,5

    Spjegazzjoni:

    L-emenda taġġorna l-ewwel punt, il-kontenut ta’ materja niexfa u l-valur pH sabiex tqis il-karatteristiċi tat-tliet varjetajiet ġodda ta’ ċirasa qarsa. Ir-rekwiżit tas-saħħa ġie emendat f’konformità mal-punt 3 tal-fajl tekniku.

    Emenda 7:

    Is-sottotaqsima “Maturità u mistrieħ” fit-Taqsima D tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Emenda 7(a):

    It-titolu tas-sottotaqsima huwa emendat kif ġej:

    Test preċedenti:

    Muturità u mistrieħ

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Mistrieħ, maturità

    Spjegazzjoni:

    Emenda ta’ natura teknika.

    Emenda 7(b):

    Il-kontenut tas-sottotaqsima huwa emendat kif ġej:

    Test preċedenti:

    Wara d-distillazzjoni, id-distillat joqgħod u jimmatura f’kontenitur nadif tal-azzar li ma jissaddadx għal tal-inqas tliet xhur. (Imħassar)

    Test ta’ sostituzzjoni:

    L-“Újfehértói meggypálinka” trid titħalla tistrieħ sakemm ikollha bilanċ tajjeb. Ir-reċipjent użat għall-mistrieħ irid ikun magħmul minn materjal li l-kostitwenti tal-pálinka ma jirreaġixxux għalih u li ma jkun jista’ jirrilaxxa l-ebda materjal li jkun ta’ ħsara għas-saħħa.

    L-“Újfehértói meggypálinka” tista’ tiġi mmaturata wkoll permezz ta’ wieħed mill-proċessi li ġejjin :

    L-“Újfehértói meggypálinka” immaturata: Maturazzjoni għal tal-inqas tliet xhur f’bettija tal-injam b’volum ta’ mhux aktar minn 1 000 litru, u għal tal-inqas sitt xhur f’bettija ta’ volum akbar, sabiex il-pálinka tikseb elementi tat-togħma ġodda, parzjalment permezz tal-ossidazzjoni u parzjalment permezz tat-taħlil.

    L-“Újfehértói meggypálinka” antika: Maturazzjoni għal tal-inqas sena f’bettija tal-injam b’volum ta’ inqas minn 1 000 litru, jew għal tal-inqas sentejn f’bettija tal-injam b’volum ta’ 1 000 litru jew aktar.

    L-“Újfehértói meggypálinka” immaturata fuq saff ta’ frott: Maturazzjoni għal mill-inqas tliet xhur b’mill-inqas 10 kg ta’ ċirasa qarsa mmaturata jew mill-inqas 5 kg ta’ ċirasa qarsa niexfa tal-varjetajiet speċifikati fit-Taqsima D li joriġinaw miż-żona speċifikata fit-Taqsima C għal kull 100 l ta’ pálinka.

    Spjegazzjoni:

    Il-produzzjoni ta’ “Újfehértói meggypálinka” permezz ta’ proċessi ta’ maturazzjoni differenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni Ungeriża rilevanti kienet meħtieġa sabiex id-domanda tal-konsumatur tintlaħaq aħjar, u s-sottotaqsima ġiet aġġornata skont dan.

    Emenda 8:

    L-informazzjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni (Taqsima D) fl-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku ġiet issupplimentata fl-informazzjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni tax-xarba spirituża li diġà tinsab fil-verżjoni oriġinali tal-fajl tekniku.

    Spjegazzjoni:

    L-informazzjoni teknoloġika li diġà tinsab fil-verżjoni oriġinali tal-fajl tekniku ġiet inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet ewlenin sabiex tiddeskrivi aħjar il-proċess teknoloġiku.

    Emenda 9:

    Is-sottotaqsima “Ibbottiljar” fit-Taqsima D tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    Ibbottiljar

    Meta l-pálinka taċ-ċirasa qarsa tkun lesta biex tinbiegħ tiġi mferra’ fi fliexken tal-ħġieġ nodfa u li jingħalqu b’tappijiet tal-plastik b’għatu tal-injam u jinksew bix-xama’, jew jingħalqu b’tappijiet tal-plastik b’għatu tal-injam jew tappijiet tal-pilver jew li jiċkienu. Il-flixkun magħluq jista’ jiġi ppakkjat f’kaxex tal-karti jew f’imballaġġ dekorattiv. Il-kontenut massimu tal-unità ta’ imballaġġ ma jistax jaqbeż il-litru. Kwalunkwe valur akbar minn dan jista’ jiġi ppakkjat biss bħala kampjun ta’ darba, li jingħata bħala rigal. (Imħassar)

    Spjegazzjoni:

    L-imballaġġ (ibbottiljar) fiż-żona ġeografika ma jistax jiġi ġustifikat.

    Emenda 10:

    Ir-raba’ paragrafu tat-Taqsima E tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    (Ir-raba’ paragrafu tat-Taqsima E)

    Tqabbil tar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-varjetà tal-Újfehértói fürtös mal-karatteristiċi taż-żona ġeografika deżinjata juri koinċidenza tajba bejniethom, u mhijiex sempliċiment probabbiltà li l-produzzjoni taċ-ċirasa qarsa bdiet hawn u li l-varjetà tal-Újfehértói fürtös għandha l-oriġini tagħha hawn; jew li ħafna mill-għelejjel taċ-ċirasa qarsa tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jiġu prodotti hawn.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Tqabbil tar-rekwiżiti ta’ produzzjoni tal-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa “Újfehértói fürtös”, “Debreceni bőtermő”, “Kántorjánosi 3”, “Petri” u “Éva” li jipprovdu l-materja prima għal “Újfehértói meggypálinka” mal-karatteristiċi taż-żona ġeografika deżinjata juri koinċidenza tajba bejniethom, u mhijiex sempliċiment probabbiltà li l-produzzjoni taċ-ċirasa qarsa bdiet hawn u li l-varjetà taċ-ċirasa qarsa ta’ Újfehértó għandha l-oriġini tagħha hawn; jew li ħafna mill-għelejjel taċ-ċirasa qarsa tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jiġu prodotti hawn.

    Spjegazzjoni:

    L-ewwel varjetà magħżula fl-istazzjon tar-riċerka ta’ Újfehértó kienet “Újfehértói fürtös”. L-isem “Újfehértó” sar popolari kemm fl-Ungerija kif ukoll barra ’l pajjiż. Il-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa elenkati fit-Taqsima B ġew imnissla wkoll f’Újfehértó permezz tal-għażla minn fost il-kultivari lokali u kollha huma karatteristiċi tal-materjal ġenetiku lokali.

    Emenda 11:

    Id-disa’ paragrafu tat-Taqsima E tal-fajl tekniku huwa emendat kif ġej:

    Test preċedenti:

    (Id-disa’ paragrafu tat-Taqsima E)

    Sa mill-bidu tas-seklu 19 Újfehértó kellha għadd ta’ vinji estensivi. Minbarra l-vinji, wieħed seta’ jara wkoll diversi siġar tal-frott, bħaċ-ċirasa qarsa “żingara” nofsha selvaġġa u, f’għadd dejjem jikber, is-siġar taċ-ċirasa qarsa Szilágyi u Pándy. F’nofs is-snin sebgħin l-għelieqi tas-siġar tal-frott taċ-ċirasa qarsa bdew jidhru f’azjendi agrikoli iżgħar u magħmula l-aktar mill-varjetà taċ-ċirasa qarsa Pándy u ċ-ċirasa qarsa “fürtös” żviluppati fil-post tar-riċerka ta’ Újfehértó fl-1965.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Sa mill-bidu tas-seklu 19 Újfehértó kellha għadd ta’ vinji estensivi. Minbarra l-vinji, wieħed seta’ jara wkoll diversi siġar tal-frott, bħaċ-ċirasa qarsa “żingara” nofsha selvaġġa u, f’għadd dejjem jikber, is-siġar taċ-ċirasa qarsa Szilágyi u Pándy. F’nofs is-snin sebgħin l-għelieqi tas-siġar tal-frott taċ-ċirasa qarsa bdew jidhru f’azjendi agrikoli iżgħar u magħmula l-aktar mill-varjetà taċ-ċirasa qarsa Pándy u l-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa ta’ Újfehértói żviluppati fil-post tar-riċerka ta’ Újfehértó fl-1965.

    Spjegazzjoni:

    L-emenda tad-disa’ paragrafu sempliċiment tissostitwixxi t-test “[i]ċ-ċirasa qarsa ‘fürtös’ żviluppati fil-post tar-riċerka ta’ Újfehértó fl-1965” bit-test “[i]l-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa ta’ Újfehértói żviluppati fil-post tar-riċerka ta’ Újfehértó fl-1965”.

    Emenda 12:

    Dan li ġej ġie miżjud mat-Taqsima E (Dettalji li jikkonfermaw ir-rabta bejn l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika):

    It-tipi ta’ ċirasa qarsa b’rendiment għoli magħrufa lokalment bħala “Fehértói csüngős Pándy” jew “Fehértói fürtös Pándy” infirxu b’mod wiesa’ f’Újfehértó u madwarha fl-ewwel nofs tas-seklu 20. It-tnissil lokali selettiv, fl-istazzjon tar-riċerka ta’ Újfehértó u madwaru beda fis-snin sittin taħt il-gwida ta’ Dr Ferenc Pethő, u kien jinvolvi l-ġbir ta’ kloni ta’ frott awtofertili, ta’ kwalità għolja u b’rendiment għoli li jinqala’ faċilment minn maz-zokk. Il-klonu taċ-ċirasa qarsa bl-aktar karatteristiċi favorevoli ġie individwat, u kklassifikat bħala varjetà li ngħatat rikonoxximent preliminari mill-Istat taħt l-isem “Újfehértói fürtös” fl-1970. It-tnissil lokali selettiv ġie estiż għall-muniċipalitajiet tal-madwar tar-reġjun. Il-varjanti miġbura hawnhekk ġew ittestjati wkoll f’Újfehértó, u l-aħjar varjetajiet bħal “Debreceni bőtermő”, “Kántorjánosi 3”, “Petri” u “Éva” ingħataw ukoll rikonoxximent mill-Istat; dawn il-varjetajiet jipprovdu l-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka”.

    Hemm relazzjoni ta’ rigressjoni lineari bejn il-fluttwazzjoni wiesgħa fit-temperaturi ta’ matul il-jum u dawk ta’ matul il-lejl u l-kontenut taz-zokkor tal-frott. Id-differenza konsiderevoli bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl fiż-żona ġeografika matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni jagħtu lill-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa użati fil-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka” kontenut għoli ta’ zokkor (tal-inqas 14 ° Brix). Il-varjetajiet huma kkaratterizzati wkoll min-nuqqas ta’ togħmiet morri. Dan jagħti liċ-ċirasa qarsa t-togħma pjaċevolment ħelwa u aċiduża jew kemxejn aċiduża tagħha.

    Taħt l-effett ikkombinat ta’ xita aktar qawwija fiż-żona ġeografika matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni u l-kapaċità tajba ta’ żamma tal-ilma tal-ħamrija ramlija umika medja-densa tagħha, iċ-ċirasa qarsa għandha kontenut baxx ta’ aċidu (aċidità totali ta’ 0,6 %-1,5 %); u dan jgħin ukoll biex jagħti lill-varjetajiet li jipprovdu l-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka”, it-togħma pjaċevolment ħelwa u aċiduża jew kemxejn aċiduża karatteristika tagħhom.

    Fit-tħejjija tal-maxx, mal-maxx tal-fermentazzjoni jiżdied għadam imkisser u niexef, flimkien mill-kwantità żgħira ta’ għadam imkisser permess (massimu ta’ 3 %), jekk ikun meħtieġ biex tiġi żgurata t-togħma tal-marżipan tal-“Újfehértói meggypálinka”.

    Il-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa mkabbra fiż-żona ġeografika huma dderivati mill-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija taż-żona ġeografika u l-għarfien tal-bniedem marbut ma’ Újfehértó.

    Spjegazzjoni:

    Ġiet miżjuda informazzjoni dwar ir-rabta maż-żona ġeografika u r-rabtiet bejn il-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa qodma u dawk ġodda, kif ukoll dwar l-influwenza tal-varjetajiet ta’ ċirasa qarsa fuq il-karatteristiċi tal-prodott finali. Dawn iż-żidiet huma maħsuba biex isostnu d-dikjarazzjoni li l-kwalità tal-ispirti prodotti mill-varjetajiet il-ġodda inklużi fil-fajl tekniku hija essenzjalment attribwibbli għaż-żona ġeografika.

    Emenda 13:

    It-Taqsima F tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

    L-Att LXXIII tal-2008 dwar il-pálinka, it-törkölypálinka u l-Kunsill Nazzjonali tal-Pálinka

    Test ta’ sostituzzjoni:

    L-Att XI tal-1997 dwar il-protezzjoni tat-trademarks u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

    L-Att LXXIII tal-2008 dwar il-pálinka, il-pálinka mir-residwu tal-għasra u l-Kunsill Nazzjonali tal-Pálinka

    Id-Digriet tal-Gvern Nru 158/2009 tat-30 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel u għall-verifika tal-prodotti

    Id-Digriet tal-Gvern Nru 22/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari

    Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż

    Spjegazzjoni:

    L-emenda taġġorna l-isfond leġiżlattiv rilevanti.

    Emenda 14:

    Fit-Taqsima G tal-fajl tekniku, isem l-applikant huwa emendat kif ġej:

    Test preċedenti:

    Isem: Zsindelyes Pálinka Kft.

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Isem: Zsindelyes Pálinka Zrt.

    Spjegazzjoni:

    Id-dettalji tal-applikant ġew mibdula.

    Emenda 15:

    It-Taqsima H tal-fajl tekniku hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    Minbarra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti, id-denominazzjoni tinkludi wkoll dan li ġej:

     

    “Újfehértói meggypálinka”

     

    “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Minbarra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti, id-denominazzjoni tinkludi wkoll dan li ġej:

     

    “Indikazzjoni Ġeografika”

    Spjegazzjoni:

    Emendi ta’ natura teknika li jirriżultaw minn bidla fil-leġiżlazzjoni.

    Emenda 16:

    Ir-regoli individwali li ġejjin ġew miżjuda mat-Taqsima H tal-fajl tekniku:

    Test addizzjonali:

    L-isem “Újfehértói meggypálinka” jista’ jiġi ssupplimentat ukoll b’dan li ġej:

    Suppliment: “érlelt” [immaturat]

    Il-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi: Prodott jista’ jkollu dan is-suppliment jekk jitħalla jimmatura għal tal-inqas tliet xhur f’bettija tal-injam b’volum ta’ mhux inqas minn 1 000 litru, u tal-inqas sitt xhur f’bettija ta’ volum akbar.

    Suppliment: “ópálinka” [pálinka antika]

    Il-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi: Prodott jista’ jkollu dan is-suppliment jekk jitħalla jimmatura għal tal-inqas sena f’bettija tal-injam b’volum ta’ inqas minn 1 000 litru, u tal-inqas sentejn f’bettija tal-injam ta’ volum b’1 000 litru jew aktar.

    Suppliment: “gyümölcságyon érlelt” jew “ágyas” [immaturat fuq saff ta’ frott]

    Il-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi: Prodott jista’ jkollu dan is-suppliment jekk waqt il-maturazzjoni jintużaw tal-inqas 10 kg ta’ ċirasa qarsa mmaturata jew tal-inqas 5 kg ta’ ċirasa qarsa niexfa tal-varjetajiet speċifikati fit-Taqsima D li joriġinaw miż-żona speċifikata fit-Taqsima C għal kull 100 l ta’ pálinka u l-prodott jitħalla jimmatura mal-frott għal tal-inqas tliet xhur. Il-kwantità netta ta’ pálinka trid tintwera fuq it-tikketta tal-flixkun.

    Spjegazzjoni:

    Minħabba li fit-Taqsima D tal-fajl tekniku ġew miżjuda metodi ta’ maturazzjoni addizzjonali, hemm bżonn li r-regoli fir-rigward tad-denominazzjoni jiġu emendati.

    Emenda 17:

    Il-Punt 2 (L-awtoritajiet ta’ spezzjoni u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti) ta’ “Intestaturi skont it-Taqsima 10(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 158/2009 tat-30 ta’ Lulju 2009” huwa emendat kif ġej:

    Test preċedenti:

    L-Uffiċċju tal-Gvern tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg - Id-Direttorat tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari u tas-Saħħa tal-Annimali

    Keleti Márton út 1, H-4400 Nyíregyháza

    Tel. +36 42451200

    Faks +36 42451221

    Posta elettronika: elelmiszerlanc@szabolcs.gov.hu

    Web: http://www.kormanyhivatal.hu/hu/szabolcs-szatmar-bereg

    Test ta’ sostituzzjoni:

    L-Uffiċċju tal-Gvern tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg

    Hősök tere 5, H-4400 Nyíregyháza

    Tel. +36 42599300

    Posta elettronika: hivatal@szabolcs.gov.hu

    Web: http://www.kormanyhivatal.hu/hu/szabolcs-szatmar-bereg

    Spjegazzjoni:

    L-isem tal-awtorità ta’ spezzjoni reġjonali nbidel.

    Emenda 18:

    It-tielet punt tat-taqsima dwar l-ispezzjoni fil-fajl tekniku huwa emendat kif ġej:

    Test preċedenti:

    Kontenut ta’ metanol

    massimu ta’ 1 200  g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol kif stipulat fil-punt 9(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Kontenut ta’ metanol

    massimu ta’ 1 000  g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol kif stipulat fil-punt 9(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008

    Spjegazzjoni:

    L-emenda ġġib il-valur f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

    Emenda 19:

    It-taqsima “Referenzi” hija emendata kif ġej:

    Test preċedenti:

    Jenő Tamás: Pálinka. Pálinkák és más nemes párlatok [Pálinka. Pálinka u spirti fini oħra], Alexandra Kiadó, 2003 (ISBN 9633686105)

    Endre Némethy: Adatok a népi pálinkafőző eljárás előfordulásához [Informazzjoni dwar it-twettiq tal-proċess ta’ distillazzjoni tradizzjonali tal-pálinka], Ethnographia 1945.

    Dr Lajos Sólyom: Pálinkafőzés kézikönyv kisüzemek számára [Manwal dwar id-distillazzjoni tal-Pálinka għal distilleriji żgħar], Mezőgazdasági Kiadó, 1986

    MAGYAR NÉPRAJZ II. Gazdálkodás/Gyümölcskultúra [ETNOLOĠIJA UNGERIŻA II. Biedja/Kultivazzjoni tal-Frott], Akadémiai Kiadó, Budapest 2001

    Test ta’ sostituzzjoni:

    Géza Balázs: Pálinka, a hungarikum [Pálinka, Hungaricum], Állami Nyomda Részvénytársaság Budapest, 2004 (ISBN 9789638567437)

    Jenő Tamás: Pálinka. Pálinkák és más nemes párlatok [Pálinka. Pálinka u spirti fini oħra], Alexandra Kiadó, 2003 (ISBN 9633686105)

    Géza Balázs: A magyar pálinka [Pálinka Ungeriża], Aula Kiadó, Budapest, 1998, paġna 29

    Géza Balázs: Az égetett szeszesitalok megjelenése [Id-dehra tal-ispirti], Néprajzi látóhatár VI. 1997

    Endre Némethy: Adatok a népi pálinkafőző eljárás előfordulásához [Informazzjoni dwar it-twettiq tal-proċess ta’ distillazzjoni tradizzjonali tal-pálinka], Ethnographia 1945.

    Dr Lajos Sólyom: Pálinkafőzés kézikönyv kisüzemek számára [Manwal dwar id-distillazzjoni tal-Pálinka għal distilleriji żgħar], Mezőgazdasági Kiadó, 1986

    MAGYAR NÉPRAJZ II. Gazdálkodás/Gyümölcskultúra [ETNOLOĠIJA UNGERIŻA II. Biedja/Kultivazzjoni tal-Frott], Akadémiai Kiadó, Budapest 2001

    Spjegazzjoni:

    Ġew miżjuda referenzi letterarji ulterjuri mal-biblijografija bħala riżultat tar-riċerka mwettqa biex tiġi pprovduta evidenza tar-reputazzjoni tajba ta’ Újfehértói meggypálinka.

    L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU

    “ÚJFEHÉRTÓI MEGGYPÁLINKA”

    Nru tal-UE: PGI-HU-01829-AM01 – 18 ta’ April 2017

    1.   Isem

    “Újfehértói meggypálinka”

    2.   Kategorija tax-xorb spirituż

    Spirtu tal-frott (Kategorija Nru 9 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008)

    3.   Id-Deskrizzjoni tax-xorb spirituż

    Karatteristiċi organolettiċi

    Ċara, bla kulur, togħma u aroma ta’ ċirasa qarsa pjaċevoli; b’riħa ta’ ċitru mill-frotta u riħa ta’ marżipan mill-għadma taċ-ċirasa qarsa.

    Fil-każ tal-pálinka mmaturata, din hija safranija, kulur l-ambra u b’karattru matur, filwaqt li żżomm il-fwieħa u l-aroma essenzjali taċ-ċirasa qarsa. Il-maturazzjoni fil-btieti tal-injam tagħti lill-pálinka mmaturata l-kulur u l-aroma karatteristiċi tagħha.

    Wara maturazzjoni twila f’bettija tal-injam, it-togħma u l-aroma tal-pálinka antika huma aktar rikki u jkollha kulur dehbi antik u aktar skur.

    Fil-każ tal-pálinka mmaturata fuq il-frott, il-fwieħa tiġi rfinata permezz tal-maturazzjoni tal-frott, u l-kulur jikkorrispondi għal dak taċ-ċirasa. Il-maturazzjoni fuq saff ta’ frott frisk u niexef tagħti lill-pálinka valuri ta’ kontenut ogħla, aroma aktar intensa u togħma aktar tipika.

    Karatteristiċi kimiċi u fiżiċi

    qawwa alkoħolika: tal-inqas 40 % v/v; (+/- 0,3 % v/v, għall-“Újfehértói meggypálinka” immaturata fuq saff ta’ frott +/- 1,5 % v/v);

    kontenut ta’ metanol: massimu ta’ 1 000 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol;

    kontenut ta’ sustanzi volatili: minimu ta’ 200 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol;

    kontenut ta’ aċidu ċjanidriku: massimu ta’ 7 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol.

    Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)

    Togħma u aroma ta’ ċirasa qarsa pjaċevoli; b’riħa ta’ ċitru mill-frotta u riħa ta’ marżipan mill-għadma taċ-ċirasa qarsa.

    Materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott:

    Għall-produzzjoni tal-pálinka bl-Indikazzjoni Ġeografika “Újfehértói meggypálinka” jistgħu jintużaw biss il-varjetajiet “Újfehértói fürtös”, “Debreceni bőtermő”, “Kántorjánosi 3”, “Petri” u “Éva”.

    4.   Iż-żona ġeografika

    L-“Újfehértói meggypálinka” tista’ toriġina biss minn dawn il-lokalitajiet tal-kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg li ġejjin: Bálintbokor, Butyka, Császárszállás, Érpatak, Geszteréd, Kálmánháza, Kismicske, Kisszegegyháza, Lászlótanya, Ludastó, Petőfitanya, Szirond, Újfehértó, Újsortanya, Táncsicstag, Vadastag, Zsindelyes.

    L-“Újfehértói meggypálinka” tista’ tiġi prodotta biss f’distilleriji li jinsabu fiż-żona ddefinita hawnhekk.

    5.   Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż

    Aċċettazzjoni tal-frott taċ-ċirasa qarsa: Il-bażi għal pálinka ta’ kwalità tajba huwa frott matur u b’saħħtu. Meta l-frott jiġi rċevut, tiġi vverifikata kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità tiegħu.

    Il-kontroll tal-kwalità jkopri l-aspetti tal-frott li ġejjin:

    il-purità tal-varjetà: il-varjetajiet aċċettabbli huma Újfehértói fürtös, Debreceni bőtermő, Kántorjánosi 3, Petri u Éva

    il-maturità: kompletament matura (iz-zokk jinqala’ minn mal-frotta mingħajr ma jikkawża l-ebda ħsara)

    is-saħħa: mingħajr moffa u taħsir, l-ebda ħsara jew daqqiet

    l-indafa: ma jistax ikun fih zkuk niexfa, weraq jew impuritajiet oħra

    il-kontenut ta’ materja niexfa taċ-ċirasa qarsa: minimu ta’ 14 ref. %

    il-valur tal-pH taċ-ċirasa qarsa: 3,5-4,5

    Immaxxjar

    Il-frott maħsul jiġi ttrasferit għall-magna għat-tneħħija tal-għadam fejn il-frott jitneħħielu l-għadma. Meta jiġu aġġustati l-magni, irid jitqies id-daqs medju tal-għadam, biex b’hekk il-proporzjon ta’ għadam imkisser li jispiċċa fil-maxx jinżamm kemm jista’ jkun baxx. L-għadam imkisser huwa perikoluż fil-maxx, minħabba li bl-immaxxjar u bil-fermentazzjoni, l-amigdalina meta titherra ssir ċjanur tal-idroġenu u benżaldeid. Għall-frott bl-għadma huwa importanti li tiġi ppreservata t-togħma tal-għadma tal-frott; għalhekk, jekk ikun meħtieġ, jiżdied għadam imkisser u mnixxef mal-maxx ta’ fermentazzjoni flimkien mal-għadam imkisser permess (massimu ta’ 3 %). Il-maxx ħelu jiġi ppumpjat b’pompa tal-maxx f’reċipjenti ta’ fermentazzjoni tal-maxx ippreparat. Matul l-immaxxjar, tiżdied kwantità xierqa ta’ enzima pektinolitika (1-3 g/100 kg, skont is-sena u l-lott) mal-maxx taċ-ċirasa qarsa li titneħħielha l-għadma sabiex tiġi ffaċilitata l-estrazzjoni tal-meraq, tiġi żgurata fermentazzjoni uniformi u jiġi megħjun ir-rilaxx tat-togħmiet u l-aromi.

    Ladarba l-valur tal-pH tal-lott ikun ġie stabbilit, jiġi stabbilit il-valur tal-pH ta’ 3,0 permezz tal-aċidu fosforiku, li jipprovdi l-protezzjoni tal-pH xierqa matul il-fermentazzjoni u waqt li l-maxx ikun qed jiġi maħżun, u jgħin fil-preservazzjoni tal-aromi tal-frott. Huwa importanti li l-aċidu mal-maxx jiżdied f’forma dilwita. Il-fermentazzjoni hija kkontrollata: il-maxx - b’pektina degradata u taħt il-protezzjoni tal-aċidu - jinżamm f’temperatura ta’ bejn 18 u 20 oC permezz ta’ tagħmir tat-tkessiħ, u mbagħad jiġi inokulat b’razza ta’ ħmira reidrata ppreparata kif xieraq; dan jippermetti t-tqassir tal-ewwel stadju tal-fermentazzjoni.

    Fermentazzjoni

    Sabiex is-saff ta’ fuq tal-polpa (kappell jew kowt) li jifforma fuq nett tal-maxx jitfarrak, dan jitħawwad diversi drabi matul il-jum, li jwassal biex il-polpa tassorbi l-likwidu, u l-materjal poruż mhux imwaħħal fuq is-superfiċje tal-mass jinħall, u b’hekk jgħin biex jiġi evitat kwalunkwe telf kbir ta’ aroma jew rendiment. Il-fermentazzjoni normalment tieħu bejn 7 u 10 ijiem u l-parametri neċessarji għall-kontroll tal-proċess tal-fermentazzjoni jitkejlu kontinwament (referenza %, kontenut ta’ zokkor u alkoħol, pH, eċċ.). Il-maxx iffermentat jiġi distillat mill-aktar fis possibbli. Il-kontenut ta’ zokkor riduċenti tal-maxx iffermentat ma jistax ikun aktar minn 4 g/l.

    Distillazzjoni, irfinar

    Il-maxx taċ-ċirasa qarsa jista’ jiġi distillat minn żewġ tipi ta’ tagħmir (lampiki frazzjonali jew tagħmir tad-distillazzjoni kontinwa). L-għan fiż-żewġ każijiet huwa li jiġi prodott distillat jew pálinka tal-aħjar kwalità. Għalhekk ix-xejra ta’ separazzjoni (l-ammont ta’ distillat tar-“ras”, tal-“qalb” u tat-“tarf”) tiġi stabbilita għal kull lott, li b’mod naturali tista’ tinbidel matul id-distillazzjoni (fattur ta’ żmien). Is-separazzjoni tar-“ras” u tat-“tarf” normalment issir permezz ta’ evalwazzjoni organolettika. Id-distillatur jitnaddaf permezz ta’ sistema tas-CIP wara kull proċess ta’ distillazzjoni għal madwar 5 minuti.

    Mistrieħ, maturità

    L-“Újfehértói meggypálinka” trid titħalla tistrieħ sakemm ikollha bilanċ tajjeb. Ir-reċipjent użat għall-mistrieħ irid ikun magħmul minn materjal li l-kostitwenti tal-pálinka ma jirreaġixxux għalih u li ma jkun jista’ jirrilaxxa l-ebda materjal li jkun ta’ ħsara għas-saħħa.

    L-“Újfehértói meggypálinka” tista’ tiġi mmaturata wkoll permezz ta’ wieħed mill-proċessi li ġejjin :

    L-“Újfehértói meggypálinka” immaturata: Maturazzjoni għal mill-inqas tliet xhur f’bettija tal-injam b’volum ta’ mhux aktar minn 1 000 litru, u għal mill-inqas sitt xhur f’bettija ta’ volum akbar, sabiex il-pálinka tikseb elementi tat-togħma ġodda, parzjalment permezz tal-ossidazzjoni u parzjalment permezz tat-taħlil.

    L-“Újfehértói meggypálinka” antika: Maturazzjoni għal mill-inqas sena f’bettija tal-injam b’volum ta’ inqas minn 1 000 litru, jew għal mill-inqas sentejn f’bettija tal-injam b’volum ta’ 1 000 litru jew aktar.

    L-“Újfehértói meggypálinka” immaturata fuq saff ta’ frott: Maturazzjoni għal tal-inqas tliet xhur b’mill-inqas 10 kg ta’ ċirasa qarsa mmaturata jew tal-inqas 5 kg ta’ ċirasa qarsa niexfa tal-varjetajiet speċifikati fit-Taqsima D li joriġinaw miż-żona speċifikata fit-Taqsima C għal kull 100 l ta’ pálinka.

    L-aġġustament tal-kontenut tal-alkoħol

    Il-kontenut tal-alkoħol tad-distillati jiġi dilwit permezz ta’ ilma potabbli mrattab ta’ kwalità kkontrollata (massimu ta’ 1 odH) sa livell xieraq għall-konsum. Id-dilwizzjoni tiġi segwita minn perjodu ta’ mistrieħ u maturazzjoni ieħor qabel ma l-prodott jiġi bbottiljat.

    6.   Rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini

    Il-bażi għal pálinka tajba huwa frott ta’ kwalità tajba bi kwalitajiet eċċezzjonali. Dan jista’ jinkiseb biss jekk għall-produzzjoni tal-frott jintgħażel l-aħjar post possibbli bl-attenzjoni dovuta għall-fatturi klimatiċi u tal-ħamrija u l-pożizzjoni tas-sit.

    Iż-żona ġeografika speċifikata hawn fuq tinsab fil-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg f’nofs ir-reġjun ta’ Nyírség. Ix-xita annwali li tinżel f’din iż-żona tvarja bejn 570 u 590 mm, iżda f’ċerti żoni tista’ tvarja bejn 550 u 600 mm. L-ammont ta’ xita li tinżel waqt l-istaġun tat-tkabbir huwa ta’ madwar 420 mm, li bejn 65 u 78 mm minnhom tinżel f’Ġunju, li huwa favorevoli għat-tkabbir tal-frott. It-temperatura medja annwali hija bejn 9,3 u 9,9 oC. L-aħħar jiem kesħin jaħbtu għal madwar nofs April u l-ewwel ġlata tal-ħarifa tiġi f’nofs Ottubru. L-aktar xahar sħun huwa Lulju b’temperatura ta’ bejn 20,2 oC u 20,7 oC, li huwa 1/2 oC aktar baxx minn dak f’żoni oħrajn ta’ Alföld [il-Pjanura l-Kbira Ungeriża]. Is-sajf huwa aktar moderat f’din iż-żona ġeografika milli f’żoni oħra ta’ Alföld minħabba li l-iljieli jiksħu sew anke fis-sajf. Ir-rebbiegħa tibda aktar tard milli fir-reġjuni tal-madwar, għalhekk iż-żahar taċ-ċirasa qarsa normalment jeħles mill-ġlata tar-rebbiegħa. It-temp verament sħun jibda f’din iż-żona wara nofs Lulju, iżda sa dan iż-żmien, il-ħsad taċ-ċirasa qarsa jkun diġà sar. Id-dawl tax-xemx annwali huwa bejn 1950 u 2030 siegħa, li bejn 760 u 800 minnhom huma matul il-perjodu tas-sajf.

    It-tip ta’ ħamrija ewlenija fiż-żona ġeografika ddeżinjata hija ħamrija ramlija bil-ħumus fuq blat li jifforma r-ramel. Din it-tip ta’ ħamrija hija kkaratterizzata minn kontenut ta’ ħumus ta’ aktar minn 1 % u saff ta’ fuq tal-ħamrija ta’ 40 cm. Għandha kapaċità tajba ta’ żamma tal-ilma u permeabbiltà tajba, hija arjuża u diffiċli biex tinxef, u l-kapaċità tan-nutrijenti tagħha hija biżżejjed biex jinkiseb rendiment tajjeb. Żieda fir-riżervi tan-nitroġenu tista’ żżid ir-rendimenti b’mod sostanzjali. Minbarra t-tip ta’ ħamrija msemmija hawn fuq, jinstabu wkoll irqajja’ akbar jew iżgħar ta’ ħamrija tal-foresti ta’ lewn aħmar fil-kannella, b’kontenut ta’ ħumus li jvarja bejn 1 u 1,5 %. Il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ilma tal-ħamrija huma favorevoli wkoll, minħabba li l-permeabbiltà moderata tal-ilma tikkombina ruħha ma’ kapaċità tajba ta’ żamma tal-ilma. Il-karatteristiċi tal-ġestjoni tal-arja fiha u tan-nutrijenti tagħha huma fatturi pożittivi ulterjuri.

    Tqabbil tar-rekwiżiti ta’ produzzjoni tal-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa “Újfehértói fürtös”, “Debreceni bőtermő”, “Kántorjánosi 3”, “Petri” u “Éva” li jipprovdu l-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka” mal-karatteristiċi taż-żona ġeografika ddeżinjata juri koinċidenza tajba bejniethom, u mhijiex sempliċiment probabbiltà li l-produzzjoni taċ-ċirasa qarsa bdiet hawn u li l-varjetà taċ-ċirasa qarsa ta’ Újfehértó għandha l-oriġini tagħha hawn; jew li ħafna mill-għelejjel taċ-ċirasa qarsa tal-Kontea ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg jiġu prodotti hawn.

    It-tipi ta’ ċirasa qarsa b’rendiment għoli magħrufa lokalment bħala “Fehértói csüngős Pándy” jew “Fehértói fürtös Pándy” infirxu b’mod wiesa’ f’Újfehértó u madwarha fl-ewwel nofs tas-seklu 20. It-tnissil lokali selettiv, fl-istazzjon tar-riċerka ta’ Újfehértó u madwaru beda fis-snin sittin taħt il-gwida ta’ Dr Ferenc Pethő, u kien jinvolvi l-ġbir ta’ kloni ta’ frott awtofertili, ta’ kwalità għolja u b’rendiment għoli li jinqala’ faċilment minn maz-zokk. Il-klonu taċ-ċirasa qarsa bl-aktar karatteristiċi favorevoli ġie individwat, u kklassifikat bħala varjetà li ngħatat rikonoxximent preliminari mill-Istat taħt l-isem “Újfehértói fürtös” fl-1970. It-tnissil lokali selettiv ġie estiż għall-muniċipalitajiet tal-madwar tar-reġjun. Il-varjanti miġbura hawnhekk ġew ittestjati wkoll f’Újfehértó, u l-aħjar varjetajiet bħal “Debreceni bőtermő”, “Kántorjánosi 3”, “Petri” u “Éva” ingħataw ukoll rikonoxximent mill-Istat; dawn il-varjetajiet jipprovdu l-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka”.

    Hemm relazzjoni ta’ rigressjoni lineari bejn il-fluttwazzjoni wiesgħa fit-temperaturi ta’ matul il-jum u dawk ta’ matul il-lejl u l-kontenut taz-zokkor tal-frott. Id-differenza konsiderevoli bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl fiż-żona ġeografika matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni jagħtu lill-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa użati fil-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka” kontenut għoli ta’ zokkor (tal-inqas 14 ° Brix). Il-varjetajiet huma kkaratterizzati wkoll min-nuqqas ta’ togħmiet morri. Dan jagħti liċ-ċirasa qarsa t-togħma pjaċevolment ħelwa u aċiduża jew kemxejn aċiduża tagħha.

    Taħt l-effett ikkombinat ta’ xita aktar qawwija fiż-żona ġeografika matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni u l-kapaċità tajba ta’ żamma tal-ilma tal-ħamrija ramlija umika medja-densa tagħha, iċ-ċirasa qarsa għandha kontenut baxx ta’ aċidu (aċidità totali ta’ 0,6 %-1,5 %); u dan jgħin ukoll biex jagħti lill-varjetajiet li jipprovdu l-materja prima għall-“Újfehértói meggypálinka”, it-togħma pjaċevolment ħelwa u aċiduża jew kemxejn aċiduża karatteristika tagħhom.

    Fit-tħejjija tal-maxx, mal-maxx tal-fermentazzjoni jiżdied għadam imkisser u niexef, flimkien mill-kwantità żgħira ta’ għadam imkisser permess (massimu ta’ 3 %), jekk ikun meħtieġ biex tiġi żgurata t-togħma tal-marżipan tal-“Újfehértói meggypálinka”.

    Il-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa mkabbra fiż-żona ġeografika huma dderivati mill-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija taż-żona ġeografika u l-għarfien tal-bniedem marbut ma’ Újfehértó.

    Il-produzzjoni u l-konsum tal-pálinka fil-Baċir Karpazjan ilhom miż-żminijiet bikrija ta’ meta n-nies stabbilew ruħhom hawnhekk. In-nies ta’ Árpád diġà kienu jafu kif jipproduċu l-ispirti, minħabba li din is-sengħa ġabuha magħhom minn darhom aktar lejn il-Lvant. Il-proċess ta’ qlib mill-għodod primittivi, mid-distillaturi sempliċi magħmula mit-tafal u mill-betula, għal-lampiki ta’ distillazzjoni u rfinar tal-pálinka tal-lum ħa bosta eluf ta’ snin. L-użu tal-ispirti u l-funzjoni attribwita lilhom inbidlu skont iċ-ċirkostanzi taż-żmien. In-nektar qawwi li kien jintuża bħala mediċina fil-passat, fit-tħejjija ta’ essenzi tal-pjanti. (Il-memorja ta’ dan baqgħet tgħix fl-għarfien kollettiv sa ftit taż-żmien ilu f’Újfehértó, minħabba li sa nofs is-seklu 20 l-anzjani kienu jżommu d-diversi ħxejjex aromatiċi li jiġbru mgħaddsa fil-pálinka biex jassorbu l-effett ta’ fejqan.) Ix-xarba intossikanti saret popolari matul il-Medjuevu. Minkejja dan, anke fis-snin tletin u erbgħin kienet għadha ma saritx xarba ta’ kuljum kif nafuha llum, billi skont ir-residenti anzjani ta’ Újfehértó, il-pálinka kienet għadha tinxtorob f’festi speċjali, bħall-ħsad.

    Fil-jiem bikrija tal-produzzjoni tal-pálinka, l-lampiki ma kinux jiġu sseparati u kienu jintużaw għad-distillazzjoni tal-frott, tal-inbid, taċ-ċereali, tal-patata, eċċ. Matul is-seklu 18 il-kapaċità tal-lampiki kienet għadha baxxa ħafna. L-ewwel data dwar il-bejgħ ta’ spirti f’Újfehértó tmur lura għal dan iż-żmien u toriġina mit-taverni tal-lokalità, li kienu jinkrew u jiġu pprovduti lil-lokalità b’introjtu eċċellenti. Dawn it-taverni, li d-detenturi tal-kera tagħhom dak iż-żmien kienu fil-biċċa l-kbira ġejjin mill-komunità Lhudija li stabbiliet ruħha fiż-żona, kienu involuti fil-bejgħ tal-pálinka flimkien mal-inbid. Madankollu, l-ammont tal-pálinka kien żgħir ħafna, li huwa xhieda wkoll ta’ xi tip ta’ għodod magħmula d-dar u ta’ kapaċità żgħira li wisq probabbli servew bħala lampik għall-produzzjoni tagħha. Madankollu, aktar tard saret aktar u aktar popolari fir-reġjun, kif joħroġ biċ-ċar mid-dikjarazzjoni tal-logutenent irtirat tad-dazju tas-sisa Sándor Bakó.

    F’Újfehértó, kif ukoll f’Alföld b’mod ġenerali, il-frott kellu rwol importanti fin-nutrizzjoni. Frotta tali kienet iċ-ċirasa qarsa, li l-varjetajiet selvaġġi tagħha kienu diġà jinstabu fiż-żoni tal-madwar fil-bidu tas-seklu 17.

    Il-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar u b’azjendi agrikoli akbar u b’ġonna tas-siġar tal-frott kienu jagħmlu l-pálinka tas-sajf tagħhom fl-istess ħin li kienet tiġi prodotta l-“pálinka tal-ħsad” għall-abitanti tal-lokalità.

    Sa mill-bidu tas-seklu 19 Újfehértó kellha għadd ta’ vinji estensivi. Minbarra l-vinji, wieħed seta’ jara wkoll diversi siġar tal-frott, bħaċ-ċirasa qarsa “żingara” nofsha selvaġġa u, f’għadd dejjem jikber, is-siġar taċ-ċirasa qarsa Szilágyi u Pándy. F’nofs is-snin sebgħin l-għelieqi tas-siġar tal-frott taċ-ċirasa qarsa bdew jidhru f’azjendi agrikoli iżgħar u magħmula l-aktar mill-varjetà taċ-ċirasa qarsa Pándy u l-varjetajiet taċ-ċirasa qarsa ta’ Újfehértói żviluppati fil-post tar-riċerka ta’ Újfehértó fl-1965.

    Darba kien hemm żewġ distilleriji industrijali akbar tal-pálinka li joperaw f’Újfehértó, waħda ffinanzjata mill-komunità tal-lokalità u l-oħra mis-sidien tal-artijiet lokali. L-ewwel waħda kienet tinsab fil-parti tat-Tramuntana tal-lokalità, it-tieni waħda - li kienet twaqqfet minn Lőrinc Csernyus, l-ewwel logutenent tar-rivoluzzjoni tal-1848/49 - fil-parti tan-Nofsinhar għadha qed topera f’Rákóczi út.

    B’mod ġenerali, nistgħu ngħidu li fid-dawl tal-kundizzjonijiet klimatiċi xierqa, il-produzzjoni u l-konsum tal-pálinka taċ-ċirasa qarsa għandhom tradizzjonali twila fiż-żona ddeżinjata.

    7.   Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea

    L-Att XI tal-1997 dwar il-protezzjoni tat-trademarks u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

    L-Att LXXIII tal-2008 dwar il-pálinka, il-pálinka mir-residwu tal-għasra u l-Kunsill Nazzjonali tal-Pálinka

    Id-Digriet tal-Gvern Nru 158/2009 tat-30 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel u għall-verifika tal-prodotti

    Id-Digriet tal-Gvern Nru 22/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari

    Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż

    8.   Applikant

    Isem: Zsindelyes Pálinka Zrt.

    Indirizz postali: Zsindelyes tanya 1. sz, H-4245 Érpatak

    9.   Suppliment mal-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika

    L-isem “Újfehértói meggypálinka” jista’ jiġi ssupplimentat ukoll b’dan li ġej:

    Suppliment: “érlelt” [immaturat]

    Il-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi: Prodott jista’ jkollu dan is-suppliment jekk jitħalla jimmatura għal tal-inqas tliet xhur f’bettija tal-injam b’volum ta’ mhux inqas minn 1 000 litru, u tal-inqas sitt xhur f’bettija ta’ volum akbar.

    Suppliment: “ópálinka” [pálinka antika]

    Il-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi: Prodott jista’ jkollu dan is-suppliment jekk jitħalla jimmatura għal tal-inqas sena f’bettija tal-injam b’volum ta’ inqas minn 1 000 litru, u tal-inqas sentejn f’bettija tal-injam ta’ volum b’1 000 litru jew aktar.

    Suppliment: “gyümölcságyon érlelt” jew “ágyas” [immaturat fuq saff ta’ frott]

    Il-kundizzjonijiet ta’ użu speċifiċi: Prodott jista’ jkollu dan is-suppliment jekk waqt il-maturazzjoni jintużaw tal-inqas 10 kg ta’ ċirasa qarsa mmaturata jew tal-inqas 5 kg ta’ ċirasa qarsa niexfa tal-varjetajiet speċifikati fit-Taqsima D li joriġinaw miż-żona speċifikata fit-Taqsima C għal kull 100 l ta’ pálinka u l-prodott jitħalla jimmatura mal-frott għal tal-inqas tliet xhur. Il-kwantità netta ta’ pálinka trid tintwera fuq it-tikketta tal-flixkun.

    10.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

    Minbarra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti, id-denominazzjoni tinkludi wkoll dan li ġej:

    “Indikazzjoni Ġeografika”


    (1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

    (2)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.


    Top