Skeda tas-Sommarju Eżekuttiv (Massimu ta’ żewġ paġni)
|
VALUTAZZJONI TAL-IMPATT dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ skema ta’ preferenzi tariffarji għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024
|
A. Ħtieġa li tittieħed azzjoni
|
X’inhi l-problema u għaliex hi problema fil-livell tal-UE?
|
Ir-Regolament SĠP (UE) Nru 978/2012 se jiskadi fl-aħħar tal-2023. Jekk ma jiġi adottat l-ebda regolament SPĠ ġdid, l-arranġamenti tas-SĠP Standard u tas-SĠP+ tas-SĠP ma jitkomplewx u l-UE jkollha timponi imposti fuq il-pajjiżi benefiċjarji attwali (pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx u medju inferjuri) bit-tariffi tal-pajjiż l-aktar favorit (MFN, most favoured nation). Huwa l-arranġament tal-Kollox Minbarra Armi (KMA) għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs, least developed countries) biss li huwa miftuħ u jibqa’ jiġi applikat. Dan jaffettwa ħażin l-esportazzjonijiet u l-investimenti, u b’hekk it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fil-15-il pajjiż benefiċjarju attwali tas-SĠP Standard u d-disa’ pajjiżi benefiċjarji attwali tas-SĠP+.
|
X’jenħtieġ li jinkiseb?
|
L-analiżi identifikat tliet objettivi ġenerali u ħames objettivi speċifiċi li jridu jinkisbu.
1)Li tkompli l-kontribuzzjoni għall-qerda tal-faqar billi
-Ikun hemm espansjoni tal-esportazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji, speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn,
-Titjieb id-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji.
2)Li tkompli l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba fil-pajjiżi benefiċjarji billi:
-Jissaħħaħ l-appoġġ tas-SĠP għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji,
-Tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-SĠP u tiżdied it-trasparenza dwar il-monitoraġġ tas-SĠP+.
3)Li jiġi żgurat li l-interessi ekonomiċi tal-UE jiġu protetti aħjar fil-funzjonament tal-iskema billi
- ikomplu jiġu protetti l-industriji tal-UE li jikkompetu magħhom.
|
X’inhu l-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-UE (sussidjarjetà)?
|
Il-politika kummerċjali komuni hija elenkata fl-Artikolu 3 tat-TFUE fost l-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax fl-oqsma tal-kompetenza esklużiva tal-UE.
|
B. Soluzzjonijiet
|
X’inhuma l-alternattivi differenti biex jinkisbu l-objettivi? Hemm alternattiva ppreferuta? Jekk le, għaliex?
|
Identifikajna 11-il għażla ta’ politika u 19-il għażla sekondarja, li ssibuhom f’aktar dettall fit-tabella mehmuża. Il-konklużjoni ġenerali, wara l-Istudju ta’ sostenn u l-Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu, hija li t-tliet objettivi ġenerali tas-SĠP ikunu moqdija l-aħjar billi tiġi segwita l-kontinwità u tinżamm l-arkitettura attwali tas-SĠP bit-tliet arranġamenti tagħha. Jenħtieġ li l-qafas tas-SĠP jiġi aġġornat billi jiġu introdotti bidliet tekniċi biex jittejbu l-effettività u l-effiċjenza tas-SĠP.
Għaldaqstant, is-sett ta’ għażliet ippreferuti huma:
-Jiġi abolit il-kriterju ta’ vulnerabbiltà tal-kompetittività tal-esportazzjoni limitat eżistenti biex jiġi żgurat li l-pajjiżi kollha li jiggradwaw mill-KMA jkunu jistgħu jsiru eliġibbli għas-SĠP+ (l-Għażla sekondarja 3Ba)
-Tiġi estiża l-kundizzjonalità negattiva (jiġifieri l-possibbiltà li jiġu rtirati preferenzi tariffarji f’każijiet ta’ ksur serju u sistematiku) għall-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-klima/l-ambjent u l-governanza tajba elenkati fl-Anness VIII għar-Regolament (l-Għażla 6B)
-Tiġi aġġornata l-lista ta’ konvenzjonijiet fl-Anness VIII tar-Regolament (l-Għażla sekondarja 8Bc)
-Jiġu introdotti passi addizzjonali wara t-tnedija formali ta’ proċedura ta’ rtirar (l-Għażla 9Bb), titqassar id-durata tal-proċedura f’ċirkustanzi eċċezzjonali (l-Għażla sekondarja 9Bd) u jiġi introdott l-irtirar għall-migrazzjoni (l-Għażla sekondarja 9Bc)
-Jiġu adottati miżuri prattiċi biex itejbu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-SĠP: tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ monitoraġġ u jiġi ċċarat l-involviment tas-soċjetà ċivili (l-Għażla 10B).
-Issir espansjoni taċ-ċiklu ta’ monitoraġġ għal tliet snin (l-Għażla 10D).
Għall-għażliet kollha li jifdal, b’mod ġenerali nżommu l-linja bażi.
|
X’inhi l-opinjoni tal-partijiet ikkonċernati differenti? Liema għażla u min jappoġġaha?
|
Il-parti l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jappoġġaw iż-żamma tal-qafas attwali tas-SĠP, inkluż it-tliet arranġamenti, fuq il-bażi li l-iskema tgħin biex jinqered il-faqar, jinħolqu l-impjiegi u jiġi appoġġat it-tkabbir ekonomiku, filwaqt li tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Mhux meħtieġ tiġdid maġġuri tal-arkitettura tas-SĠP, iżda pjuttost it-titjib tal-effiċjenza u l-effettività tagħha. Il-partijiet ikkonċernati appoġġaw l-idea li l-konvenzjonijiet dwar l-ambjent/it-tibdil fil-klima jiġu inklużi fil-kundizzjonalità tas-SĠP kif ukoll jiġu introdotti miżuri addizzjonali biex jitjiebu t-trasparenza u l-involviment tas-soċjetà ċivili. L-industrija tal-UE tappoġġa b’mod ġenerali s-SĠP, għalkemm xi setturi (eż. is-settur agroalimentari u l-produtturi tat-tessuti) jitolbu aktar protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-UE. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jitolbu aktar trasparenza fil-proċess ta’ monitoraġġ tas-SĠP u żieda fl-impatt tal-iskema fuq it-titjib tal-istandards tax-xogħol u tal-ambjent fil-pajjiżi benefiċjarji.
|
C. Impatti tal-għażla ppreferuta
|
X’inhuma l-benefiċċji tal-għażla ppreferuta (jekk hemm, inkella x’inhuma dawk ewlenin)?
|
L-impatt ġenerali huwa limitat billi l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi għadha ġeneralment stabbli, mingħajr ma tintroduċi bidliet kbar u kumplessitajiet addizzjonali għall-benefiċjarji tas-SĠP, in-negozju, u s-soċjetà ċivili. Il-bidliet proposti għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-ifqar pajjiżi għas-suq tal-UE, b’mod partikolari pajjiżi li mistennija jiggradwaw mill-istat ta’ LDC, u l-integrazzjoni tagħhom fil-kummerċ internazzjonali, biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom u jippromwovu tkabbir ekonomiku sostenibbli, b’mod partikolari permezz ta’ żieda fil-ħarsien tal-ambjent. It-tkomplija tas-SĠP bil-bidliet immirati proposti se tkun sinjal inkoraġġanti kruċjali mill-UE lis-sħab li qed jiżviluppaw, u żżomm pjattaforma importanti biex ikun hemm involviment mal-pajjiżi benefiċjarji biex ikun hemm bidla li tkun konsistenti mal-aġenda tal-valuri tal-UE u l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
|
X’inhuma l-kostijiet tal-għażla ppreferuta (jekk hemm, inkella x’inhuma dawk ewlenin)?
|
Kostijiet addizzjonali (riżorsi) huma marbuta ma’ żieda fil-monitoraġġ tal-konformità tal-benefiċjarji tas-SĠP mal-konvenzjonijiet internazzjonali l-ġodda (li se jiżdiedu fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-governanza relatata mal-migrazzjoni) u, wara l-estensjoni tal-kundizzjonalità negattiva, tal-konvenzjonijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-governanza tajba.
|
X’inhuma l-impatti fuq l-SMEs u fuq il-kompetittività?
|
Il-miżuri ta’ trasparenza jtejbu l-fehim ta’ kif taħdem is-SĠP fil-prattika għall-benefiċċju tal-SMEs, b’mod partikolari. Ma hu mistenni l-ebda impatt negattiv fuq l-SMEs.
|
Se jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-baġits u l-amministrazzjonijiet nazzjonali?
|
Ma huma mistennija l-ebda impatti sinifikanti fuq il-baġits u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.
|
Se jkun hemm impatti sinifikanti oħra?
|
L-għażliet proposti se jappoġġaw is-SĠP u l-kontribut tal-politika kummerċjali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew (b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima), għall-ġlieda kontra x-xogħol furzat u l-agħar forom ta’ tħaddim tat-tfal, u politiki relatati mal-migrazzjoni.
|
Proporzjonalità?
|
Il-prinċipju tal-proporzjonalità huwa ssodisfat billi regolament rigward is-SĠP huwa l-uniku tip ta’ azzjoni xierqa li tista’ tagħmel l-Unjoni biex tistabbilixxi aċċess preferenzjali unilaterali għas-suq tagħha għall-esportazzjonijiet mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
|
D. Segwitu
|
Meta se tiġi rieżaminata l-politika?
|
Il-Kummissjoni tipproponi li r-regolament il-ġdid idum għaddej 10 snin biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza għall-operaturi ekonomiċi u biex jiġi minimizzat il-piż regolatorju.
|
Raggruppamenti
|
Fatturi
|
Għażliet ta’ Politika
|
Raggruppament 1
Arranġamenti u pajjiżi benefiċjarji
|
Fattur 1 (D1)
Tnaqqis fl-għadd ta’ pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP Standard
|
Għażla 1B (O.1B)
Tiġi emendata l-istruttura bi tliet livelli tas-SĠP
üGħażla sekondarja 1Ba: Jitwaqqaf kollox ħlief il-KMA
üGħażla sekondarja 1Bb: Titwaqqaf is-SĠP Standard biss
|
|
|
|
|
Fattur 2 (D2)
Pajjiżi benefiċjarji kbar u industrijalizzati bi struttura tal-esportazzjoni diversifikata wkoll jibbenefikaw mis-SĠP
|
Għażla 2B (O.2B)
Gradwazzjoni mis-SĠP ta’ pajjiżi kbar u industrijalizzati li qed jiżviluppaw
|
|
Fattur 3 (D3)
Għadd bla preċedent ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-KMA mistennija li jiggradwaw mill-istat ta’ LDC u b’hekk joħorġu mill-KMA
|
Għażla 3B (O.3B)
Jiġi żgurat li l-pajjiżi kollha li huma mistennija li jiggradwaw minn LDC jistgħu jagħmlu tranżizzjoni lejn is-SĠP+ billi:
üGħażla sekondarja 3Ba: jinbidlu l-kriterji ta’ vulnerabbiltà jew
üGħażla sekondarja 3Bb: jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni itwal biex jiġu ssodisfati l-kriterji
|
|
|
|
Raggruppament 2
Kopertura tal-prodotti u mekkaniżmu tal-gradwazzjoni
|
Fattur 4 (D4)
Il-mekkaniżmu tal-gradwazzjoni tal-prodotti mhuwiex immirat biżżejjed lejn il-prodotti kompetittivi u jkopri biss is-SĠP Standard
|
Għażla 4B (O.4B)
Issir espansjoni tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-gradwazzjoni tal-prodotti għas-SĠP+ u l-KMA
üGħażla sekondarja 4Ba: għar-ross u z-zokkor
üGħażla sekondarja 4Bb: għall-prodotti agrikoli kollha fl-Anness V u IX tar-Regolament SĠP
|
|
|
|
|
Fattur 5 (D5)
Il-kopertura tal-prodotti tas-SĠP ma tirriflettix b’mod adegwat il-potenzjal tal-esportazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji
|
Għażla 5B (O.5B)
Issir espansjoni tal-kopertura tal-prodotti għas-SĠP standard
u s-SĠP+
üGħażla sekondarja 5Ba: għall-prodotti li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ħarsien tal-ambjent u tal-klima
üGħażla sekondarja 5Bb: għal għadd ta’ prodotti industrijali u agrikoli nofshom lesti u finali
|
|
|
|
Raggruppament 3
Kundizzjonalità
|
Fattur 6 (D6)
Il-kundizzjonalità negattiva (l-Artikolu 19) għall-arranġamenti kollha tas-SĠP hija ristretta għall-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin (id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol) elenkati fil-Parti A tal-Anness VIII tar-Regolament SĠP
|
Għażla 6B (O.6B)
Issir espansjoni tal-kundizzjonalità għall-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament
|
|
Fattur 7 (D7)
Il-kundizzjonalità pożittiva (l-Artikolu 15) tingħata biss għas-SĠP+. Il-benefiċjarji tas-SĠP Standard u tal-KMA mhumiex meħtieġa jirratifikaw il-konvenzjonijiet elenkati fil-Parti A u B tal-Anness VIII tar-Regolament
|
Għażla 7B (O.7B)
Issir espansjoni tal-kundizzjonalità pożittiva għall-arranġament tas-SĠP Standard u l-pajjiżi benefiċjarji tal-KMA
|
|
|
|
|
Fattur 8 (D8)
Il-lista tal-konvenzjonijiet internazzjonali fl-Anness VIII tar-Regolament mhijiex aġġornata
|
Għażla 8B (O.8B)
Tiġi emendata l-lista ta’ konvenzjonijiet fl-Anness VIII tar-Regolament
üGħażla sekondarja 8Ba: Jitneħħew il-konvenzjonijiet meqjusa li ma għadhomx/huma inqas rilevanti
üGħażla sekondarja 8Bb: Issir espansjoni tal-lista ta’ konvenzjonijiet fl-Anness VIII tar-Regolament
üGħażla sekondarja 8Bc: Jiġu kkombinati 8Ba u 8Bb
|
|
|
|
|
|
|
|
Fattur 9 (D9)
Rispons ineffiċjenti u insuffiċjenti – permezz tal-mekkaniżmu ta’ rtirar tas-SĠP
|
Għażla 9B (O.9B)
Jiġi emendat il-mekkaniżmu għall-irtirar temporanju tal-preferenzi
üGħażla sekondarja 9Ba: Jiġu introdotti passi addizzjonali qabel it-tnedija formali ta’ proċedura ta’ rtirar
üGħażla sekondarja 9Bb: Jiġu introdotti passi addizzjonali wara t-tnedija formali ta’ proċedura ta’ rtirar
üGħażla sekondarja 9Bc: Jiġi introdott irtirar għal operaturi ekonomiċi speċifiċi, u/jew għall-ksur tal-konvenzjonijiet dwar il-migrazzjoni
üGħażla sekondarja 9Bd: Proċedura ta’ urġenza iqsar f’ċirkustanzi kwalifikati sew
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Raggruppament 4
Trasparenza
|
Fattur 10 (D10)
Informazzjoni u trasparenza insuffiċjenti u nuqqas ta’ indikaturi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tas-SĠP
|
Għażla 10B (O.10B)
Jiġu adottati miżuri prattiċi biex titjieb it-trasparenza
|
|
|
Għażla 10 C (O.10C)
Iċ-ċiklu ta’ monitoraġġ tas-SĠP jiġi estiż u allinjat
|
Raggruppament 5
Salvagwardji
|
Fattur 11 (D11)
Il-mekkaniżmu ta’ salvagwardja mhuwiex reattiv biżżejjed, b’mod partikolari dwar prodotti sensittivi
[u
Fattur 4 (D4)
Il-mekkaniżmu tal-gradwazzjoni tal-prodotti mhuwiex immirat biżżejjed lejn il-prodotti kompetittivi u jkopri biss is-SĠP Standard]
|
Għażla 11 B (O.11B)
Issir espansjoni tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ salvagwardji awtomatiċi (l-Artikolu 29) għall-prodotti agrikoli kollha
|
|
|
Għażla 11 C (O.11C)
Issir espansjoni tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ salvagwardji awtomatiċi (l-Artikolu 29) għall-pajjiżi benefiċjarji tal-KMA għal-listi differenti ta’ prodotti
üGħażla sekondarja 11Ca: il-lista attwali tal-prodotti (l-Artikolu 29)
üGħażla sekondarja 11Cb: issir espansjoni tal-lista għar-ross u z-zokkor
üGħażla sekondarja 11Cc: issir espansjoni tal-lista għall-prodotti agrikoli kollha
|