EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0769

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan l-Unjoni d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (kodifikazzjoni)

COM/2021/769 final

Brussell, 7.12.2021

COM(2021) 769 final

2021/0400(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan l-Unjoni d‑dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (kodifikazzjoni)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara l-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jużaw id-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom ifittxu li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li ddispożizzjonijiet tagħhom huma ċari u jinftiehmu malajr.

3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , waqt li saħqu l-importanza tal-kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza dwar il-liġi applikabbli għal kwistjoni partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha titwettaq skond il-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal‑20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura aċċelerata għall-adozzjoni malajr ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.L-għan ta’ din il-proposta hi li titwettaq il-kodifikazzjoni tadDirettiva talKunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali 3 . Id-Direttiva l-ġdida tieħu post l-atti varji inkorporati fiha 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu talatti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bil-bidliet formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.Il-proposta tal-kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, f24 lingwa uffiċjali, tad-Direttiva 96/53/KE u tal-atti li jemendawha, magħmula millUffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn innumri ġodda u qodma tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness V tad-Direttiva kkodifikata.

🡻 96/53 (adattat)

2021/0400 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan  l-Unjoni  d‑dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw Ö it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b’mod partikolari l‑Artikolu Ö 91 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

🡻 96/53 premessa 2 (adattat)

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill  96/53/KE 7   ġiet emendata kemmil darba b’mod sostanzjali 8 .  Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata. 

🡻 2002/7 premessa 1 (adattat)

(2)Id-Direttiva 96/53/KE stabbiliet, fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport,  ilpiżijiet u  d-dimensjonijiet massimi armonizzati tal-vetturi għaċ-ċirkolazzjoni fil-każ tal-vetturi tat-triq li jġorru  l-passiġġieri jew  il-merkanzija. 

🡻 96/53 premessa 9 (adattat)

(3)Huwa neċessarju li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta' tagħbija indiviżibbli sabiex tiġi assigurata  l- applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fejn għandhom x'jaqsmu l-permessi għal vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jġorru dawk ittagħbijiet.

🡻 96/53 premessa 10

(4)It-tunnellata metrika hija użata universalment u mifhuma bħala unità ta' kejl għall-piż ta' vettura u hi, għalhekk, applikata għal din id-Direttiva filwaqt li tagħraf li l-unità formali ta' piż huwa n-newton.

🡻 96/53 premessa 11 (adattat)

(5) Bil-għan li jiġu żgurat il-funzjonament  tas-suq intern,  l-ambitu  ta' din id-Direttiva għandu jiġi estiż għat-trasport nazzjonali sa fejn jikkonċerna lkaratteristiċi li sinifikament jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport u b'mod partikolari il-valuri li għandhom x'jaqsmu mat-tul u l-wisa' massimi awtorizzati  tal-vetturi  u tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi maħsuba għat-trasport ta passiġġieri u  merkanzija.

🡻 96/53 premessa 12 (adattat)

(6) Fir-rigward ta  l-karatteristiċi l-oħrajn tal-vetturi, l-Istati Membri huma awtorizzati japplikaw fit-territorju tagħhom valuri differenti minn dawk provduti f'din id-Direttiva biss għal vetturi użati fit-traffiku nazzjonali.

🡻 2002/7 premessa 6 (adattat)

(7)Għall- raġunijiet  ta' sigurtà fit-triq, il-karrozzi tal-linji għandhom jikkonformaw mal-kriterji dwar il-funzjonalità fir-rigward tal-manuvrabilità tagħhom.

🡻 96/53 premessa 13 (adattat)

(8)Road trains li jużaw sistemi ta' agganċjar estensivi fil-prattika jiksbu tul massimu ta' 18,75 m meta estiżi fl-intier. L-istess tul massimu għandu jkun awtorizzat għal road trains li jużaw sistemi ta' agganċjar fissi.

🡻 96/53 premessa 16

(9)Sabiex tiġi evitata ħsara eċċessiva lit-toroq u sabiex tkun assigurata l-manuvrabbilità, flawtorizzazzjoni u fl-użu tal-vetturi għandha tingħata preferenza lis-sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti tagħha aktar milli lis-sospensjoni mekkanika. M'għandhomx jinqabżu ċerti tagħbijiet massimi fuq il-fus, u l-vettura għandha tkun kapaċi ddur 360° fil-limitu’ta’ ċerti valuri għar-rotta segwita.

🡻 96/53 premessa 17

(10)L-Istati Membri għandu jkollhom il-permess, fit-trasport ta' merkanzija nazzjonali, li jħallu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom jekk l-operazzjonijiet tattrasport imwettqa minn dawk il-vetturi huma definiti minn din id-Direttiva bħala li ma jaffettwawx sinifikament il-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, jiġifieri operazzjonijiet imwettqa minn vetturi speċjalizzati u operazzjonijiet imwettqa skond il-kunċett modulari.

🡻 96/53 premessa 19

(11)Vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li japplikaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda, skond istandards li jvarjaw minn dawk stabbiliti minn din id-Direttiva, għandhom ikunu permessi jwettqu operazzjonijiet tat-trasport lokali għal perjodu ta' prova sabiex jippermettu li jkun hemm profitt mill-progress tekniku.

🡻 96/53 premessa 23

(12)Sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ ta' konformità ma' din id-Direttiva, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-vetturi jkollhom prova ta' dik il-konformità.

🡻 2015/719 premessa 1

(13)Jeħtieġ li tinsaħaq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, b'mod partikolari l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2), biex titjieb is-sikurezza tattoroq, biex il-leġislazzjoni rilevanti tiġi adattata għall-iżviluppi teknoloġiċi u lħtiġijiet tas-suq li qed jinbidlu u biex jiġu ffaċilitati operazzjonijiet tat-trasport intermodali, filwaqt li tiġi żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura tat-toroq.

🡻 2015/719 premessa 2 (adattat)

(14)Permezz tal-iżviluppi teknoloġiċi huwa possibbli li jiġi mmuntat apparat ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa fuq wara tal-vetturi. Madankollu, dan iwassal biex jinqabeż it-tul massimu tal-vetturi. Hija meħtieġa deroga mit-tul massimu  permess skont l-Anness I ta’ din id-Direttiva  biex tkun permessa l-istallazzjoni ta' tagħmir hekk kif l-emendi meħtieġa għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tattip tal-apparat ajrudinamiku jiġu trasposti jew applikati u l-Kummissjoni tkun adottat atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli operazzjonali għall-użu ta' tali apparat.

🡻 2015/719 premessa 3 (adattat)

(15)Ajrudinamika mtejba tal-kabini tal-vetturi bil-mutur tippermetti titjib fir-rigward talprestazzjoni enerġetika tal-vetturi, possibbilment flimkien ma' apparat ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa u li jkun immuntat ma' wara tal-vetturi. Hija wkoll meħtieġa deroga mit-tul massimu  stabbilit mill-Anness I ta’ din idDirettiva . Dik id-deroga m'għandhiex tintuża biex tiżdied il-kapaċità tattagħbija tal-vettura.

🡻 2015/719 premessa 6

(16)Sistemi ta' motopropulsjoni alternattivi, li jinkludu sistemi tal-motopropulsjoni ibridi, huma dawk li, għall-fini ta' propulsjoni mekkanika, jieħdu l-enerġija minn fjuwil li jiġi kkunsmat u/jew batterija jew tagħmir ieħor elettriku jew mekkaniku għall-ħażna talenerġija. L-użu tagħhom għal vetturi heavy duty jew xarabanks jista' jiġġenera piż żejjed iżda jnaqqas it-tniġġis. Dak il-piż żejjed m'għandux jingħadd bħala parti mittagħbija effettiva tal-vettura, billi dan jippenalizza s-settur tat-trasport bit-triq f'termini ekonomiċi. Madankollu, il-piż żejjed lanqas ma għandux jirriżulta fiż-żieda filkapaċità ta' tagħbija tal-vettura.

🡻 2015/719 premessa 7

(17)Vetturi futuri bi fjuwils alternattivi (b'sistemi tal-motopropulsjoni itqal minn dawk użati f'vetturi li jaħdmu bi fjuwil konvenzjonali) jistgħu jibbenefikaw ukoll minn permess għal piż żejjed. Għalhekk, tali teknoloġiji alternattivi ta' fjuwil jistgħu jiġu inklużi fil-lista ta' fjuwils alternattivi provduti f'din id-Direttiva, jekk l-użu tagħhom jeħtieġ permess għal piż żejjed.

🡻 2015/719 premessa 8 (adattat)

(18) Għandu jkun hemm  derogi mill-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi awtorizzati ta' vetturi u kombinazzjonijiet tavetturi stipulati f  l-Anness I ta’ din  idDirettiva. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrestrinġu, għal raġunijiet relatati mas-sikurezza tat-triq jew il-karatteristiċi infrastrutturali, iċċirkolazzjoni ta' ċerti vetturi f'partijiet speċifiċi tan-netwerk tat-toroq tagħhom.

🡻 2015/719 premessa 9 (adattat)

(19)Fil-qasam tat-trasport bil-kontejners, il-kontejners tal-45 pied qed jintużaw dejjem aktar. Tali kontejners huma ttrasportati b'kull mezz ta' trasport. Jekk it-tul awtorizzat tal-vetturi li jkunu qed iġorru dawk il-kontejners jiżdied bi 15-il ċentimetru, loperazzjonijiet tat-trasport intermodali jiġu faċilitati, mingħajr riskju jew preġudizzju għall-infrastruttura tat-triq jew għall-utenti l-oħra tat-triq. Id-definizzjoni taoperazzjoni tat-trasport intermodali f'din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għallħidma fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE 9 .

🡻 2015/719 premessa 10

(20)Sabiex jiġu promossi aktar l-operazzjonijiet ta' trasport intermodali u biex jittieħed kont tal-piż vojt ta' kontejners jew kaxex skambjabbli mhux itwal minn 45 pied għandha tiġi permessa ċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi bil-mutur bi tliet fusijiet b'semitrejlers b'żewġ jew tliet fusijiet sa piż totali awtorizzat ta' 44 tunnellata. Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet b'semitrejlers bi tliet fusijiet li jittrasportaw kontejners jew kaxex skambjabbli mhux itwal minn 45 pied għandhom jiġu permessi fl-operazzjonijiet ta' trasport intermodali sa piż totali awtorizzat ta' 42 tunnellata.

🡻 2015/719 premessa 12

(21)Każijiet ta' ksur rigward vetturi b'tagħbija eċċessiva jeħtieġ li jkunu indirizzati kif xieraq mill-Istati Membri sabiex tkun evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tat-triq.

🡻 2015/719 premessa 13 (adattat)

(22)Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi u biex jitjieb is-sejbien ta' ksur, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jidentifikaw vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x'aktarx jaqbżu l-limiti rilevanti fil-piż u li għaldaqstant għandhom jiġu vverifikati. Tali identifikazzjoni tista' titwettaq permezz ta' mekkaniżmi tal-piż mibnijia flinfrastruttura tat-toroq jew permezz ta' sensers abbord il-vetturi li jikkomunikaw data mill-bogħod lill-awtoritajiet rilevanti. Tali data abbord għandha ssir disponibbli wkoll għas-sewwieq. Kull sena kull Stat Membru għandu jwettaq għadd xieraq ta' kontrolli fuq il-piż tal-vetturi. L-għadd ta' tali kontrolli għandu jkun proporzjonat għall-għadd totali ta' vetturi spezzjonati annwalment fl-Istat Membru konċernat.

🡻 2015/719 premessa 15

(23)Sabiex il-kontrolli tal-piżijiet tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi jsiru aktar effettivi fil-livell internazzjonali, u sabiex tiġi ffaċilitata l-operazzjoni aktar bla xkiel ta' dawk il-kontrolli, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni. Il-punt ta' kuntatt magħżul f'konformità marRegolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 għandu jintuża għal tali skambji ta' informazzjoni.

🡻 2015/719 premessa 14

(24)Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw limplimentazzjoni tagħhom. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, nondiskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi.

🡻 2015/719 premessa 16

(25)Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati regolarment bil-kontrolli tat-traffiku fit-toroq li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Linformazzjoni, mogħtija mill-Istati Membri, ser tippermetti lill-Kummissjoni li tiżgura l-knformità min-naħa tat-trasportaturi mar-regoli provduti f'din id-Direttiva, kif ukoll li tiddetermina jekk għandhomx jiġu elaborati miżuri koerċittivi addizzonali.

🡻 2015/719 premessa 19 (adattat)

(26)Sabiex tiġi aġġornata l-lista ta' fjuwils alternattivi  koperti minn  din idDirettiva fid-dawl tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni ssetgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290  tat-Trattat dwar ilFunzjonament talUnjoni Ewropea . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anki fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati filFtehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 11 .  B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, ilParlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati .

🡻 2015/719 premessa 17

(27)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din idDirettiva, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 .

🡻 2015/719 premessa 18

(28)Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta atti ta' implimentazzjoni marbuta mar-rekwiżiti operazzjonali rigward l-użu ta' apparat ajrudinamiku u lanqas speċifikazzjonijiet dettaljati dwar tagħmir abbord ta' użin, meta l-kumitat stabbilit skont din id-Direttiva ma jagħti l-ebda opinjoni dwar l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni ppreżentat millKummissjoni.

🡻 2015/719 premessa 20

(29)Minħabba li l-objettivi ta' din-id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti millIstati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jintlaħqu aħjar fillivell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' għalhekk tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din idDirettiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk lobjettivi.

🡻 96/53 premessa 24 (adattat)

(30) Jenħtieġ li  din id-Direttiva  tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-  Istati Membri  marbuta mal -iskadenzi għat-trasportazzjoni  fil -liġi nazzjonali tad-Direttivi  mniżżla fl-Anness IV, Parti B ,

🡻 96/53

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tapplika għal:

🡻 2015/719 Art. 1.1 (adattat)

(a)id-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2 u M3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategorija 0 u l-vetturi bil-mutur fil-kategoriji N2 u N3 u l-karrijiet tagħhom filkategoriji 03 u 04, kif  klassifikati  fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 ;

🡻 96/53 (adattat)

(b)il-piżijiet u ċerti karatteristiċi oħrajn tal-vetturi  msemmija fil-punt  (a) u speċifikati fil-punt (2) tal-Anness I(2).

2. Il-valuri kollha tal-piżijiet indikati fl-Anness I huma validi bħala standards ta' ċirkolazzjoni u għalhekk jirreferu għall-kondizzjonijiet ta' tagħbija, mhux għall-istandards ta' produzzjoni, li  huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 14  .

🡻 2002/7 Art. 1.1(b) (adattat)

3. Din id-Direttiva  ma tapplikax  għal  xarabanks  artikolati magħmula minn aktar minn sezzjoni artikolata waħda.

🡻 96/53 (adattat)

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“vettura bil-mutur” ifisser kull vettura b'inġenju li tivvjaġġa fit-triq awtomatikament;

(2)trailerifisser kull vettura maħsuba biex tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur blesklużjoni ta' semi-trailers, u mibnija u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija;

(3)semi-trailerifisser kull vettura maħsuba li tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur b'tali mod li parti minnha jibqa' fuq il-vettura bil-mutur b'parti sostanzjali mill-piż tagħha u mill-piż tat-tagħbija tagħha li jintrefa' mill-vettura bil-mutur, u mibnija u mgħammra għat-trasport ta' merkanzija;

(4)“kombinazzjoni ta' vettura” jfisser:

(a)road train li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' trailer;

(b)vettura artikolata li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' semi-trailer;

(5)“vettura kondizzjonata” jfisser kull vettura li s-superstrutturi fissi jew mobbli tagħha huma speċjalment mgħammra għat-trasport ta' merkanzija f'temperaturi kkontrollati u li l-ġnub tagħha, inkluża l-insulazzjoni, huma mill-inqas 45 mm ħoxnin;

(6)“xarabank” ifisser vettura b'iktar minn disa' siġġijiet inkluż is-siġġu tax-xufier, mibnija u mgħammra biex iġġorr passiġġieri u l-bagalji tagħhom. Jista' jkollha sular wieħed jew tnejn u tista' wkoll iġġorr trailer tal-bagalji;

(7)“xarabank artikolat” ifisser xarabank li tikkonsisti minn żewġ sezzjonijiet riġidi mqabbda flimkien b'sezzjoni artikolata. Fuq din it-tip ta' vettura il-kompartimenti talpassiġġieri f'kull wieħed miż-żewġ sezzjonijiet riġidi għandhom jinterkomunikaw. Is-sezzjoni artikolata għandha tippermetti l-moviment liberu talvjaġġaturi bejn is-sezzjonijiet riġidi. Il-Konnessjoni u n-nuqqas ta' konnessjoni taż-żewġ sezzjonijiet għandha tkun possibbli biss fil-ħanut;

(8)“id-dimensjonijiet massimi awtorizzati” ifisser id-dimensjoni massima għall-użu ta' vettura, kif stabbilit fl-Anness I;

(9)“il-piż massimu awtorizzat” ifisser il-piż massimu għall-użu ta' vettura mgħobbija fit-traffiku internazzjonali;

(10)“il-piż tal-fus massimu awtorizzat” ifisser il-piż massimu għall-użu fit-traffiku internazzjonali ta' fus mgħobbi jew ta' grupp ta' fusijiet;

(11)“tagħbija indivisibbli” jfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskop ta' trasport bit-triq, tinqasam f'żewġ tagħbijiet jew iktar mingħajr spejjeż żejda jew riskju ta' ħsara u li minħabba d-dimensjonijiet jew il-massa tagħha ma tistax tinġarr minn vettura bilmutur, trailer, road train jew vettura artikolata li tikkonforma ma' din idDirettiva fejn jidħlu l-kwistjonijiet kollha;

(12)“tunnellata metrika” jfisser il-piż esegwit bil-massa ta' tunnellata metrika u għandha tikkorrispondi għal 9,8 kilonewtons (kN);

🡻 2015/719 Art. 1.2(a) (adattat)

(13)“fjuwils alternattivi” jfisser fjuwils jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-inqas parzjalment, ta' sostitut għas-sorsi ta' żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għattrasport, u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport li jikkonsistu minn:

(a)l-elettriku kkunsmat f'kull tip ta' vettura elettrika;

(b)l-idroġenu;

(c)il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f'forma gassuża (Gass Naturali Kkompressat — CNG) u f'forma likwifikata (gass naturali likwifikat — LNG);

(d)il-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG);

(e)enerġija mekkanika minn sors abbord/ħażna abbord, inkluża sħana mitlufa;

(14)“vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” ifisser vettura bil-mutur li taħdem kompletament jew parzjalment bi fjuwil alternattiv u li ġiet approvata skont il-qafas tar-Regolament (UE) 2018/858;

🡻 2019/1242 Art. 20.1

(15)“vettura mingħajr emissjonijiet” ifisser vettura tqila mingħajr emissjonijiet kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 11, tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 ;

🡻 2015/719 Art. 1.2(a) (adattat)

(16)“operazzjoni tat-trasport intermodali” jfisser:

(a)l-operazzjonijiet tat-trasport kombinati definiti fl-Artikolu 1 tadDirettiva 92/106/KEE li jittrasportaw kontenitur jew kontenituri jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' 45 pied; jew

(b)operazzjonijiet ta' trasport li jittrasportaw kontenitur jew kontenituri jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' 45 pied, li jużaw it-trasport fuq l-ilma, sakemm it-tul inizjali jew finali tat-triq ma jaqbiżx 150 km fit-territorju talUnjoni. Id-distanza ta' 150 km tista' tinqabeż sabiex jintlaħaq l-eqreb terminal ta' trasport adatt għas-servizz previst fil-każ li:

(i)vetturi li jikkonformaw mal-punti 2.2.2 (a) jew (b) tal-Anness I;

(ii)vetturi li jikkonformaw mal-punti 2.2.2 (c) jew (d) tal-Anness I, fil-każ li tali distanzi jkunu permessi fl-Istat Membru rilevanti.

Għall-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, l-eqreb terminal ta' trasport adatt li jipprovdi servizz jista' jkun jinsab fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il‑konsenja ġiet mgħobbija jew maħtuta;

(17)“burdnar” ifisser entità ġuridika jew persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fuq polza ta' kargu jew fuq dokument ta' trasport ekwivalenti, pereżempju polza ta' kargu tat-tip “through”, bħala l-burdnar u/jew li f'isimha jew għan-nom tagħha jkun ġie konkluż kuntratt ta' ġarr mal-kumpannija tat-trasport.

🡻 96/53

Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati kollha speċifikati fl-Anness I għandhom jitkejlu skond ir-Regolament (UE) 2018/858, b'ebda tolleranzi pożittivi.

L-Artikolu 3

1. Stat Membru ma jistax jiċħad jew jipprojbixxi l-użu fit-territorju tiegħu,

fit-traffiku internazzjonali, ta' vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni f'kull Stat Membru ieħor għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-piżijiet u ddimensjonijiet tagħhom,

🡻 2002/7 Art. 1.2

fit-traffiku nazzjonali, il-vetturi rreġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru ieħor għal raġunijiet relatati mad-dimensjonijiet tagħhom,

🡻 96/53 (adattat)

sakemm dawn il-vetturi jikkonformaw mal-valuri limiti speċifikati fl-Anness I.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika minkejja l-fatt li:

(a)l-vetturi msemmija  fl-ewwel subparagrafu  mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dak l-Istat Membru fir-rigward ta’ ċerti karattersitiċi ta' piż u daqs li mhumiex koperti mill-Anness I;

(b)l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-vetturi msemmija  fl-ewwel subparagrafu  huma reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni jkollha limiti awtorizzati mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) li jaqbżu dawk stipulati fl-Anness I.

2. Madanakollu, il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a) m'għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri, b'qies xieraq tal-liġi  tal-Unjoni , li jeħtieġu li vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju proprju jkunu konformi mal-ħtiġiet nazzjonali tagħhom dwar kartteristiċi ta' piż u dimensjoni mhux koperti mill-Anness I.

3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li vetturi kondizzjonati jkollhom ċertifikat ATP jew pjanċa ta' ċertifikazzjoni ATP prevista fil-Ftehim tal-1 ta' Settembru 1970 dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Affarijiet tal-Ikel li Jmorru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għal dak it-Trasport.

L-Artikolu 4

🡻 2002/7 Art. 1.3(a) (adattat)

1. L-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw iċ-ċirkolazzjoni normali fit-territorji tagħhom  ta’ :

(a)vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali  ta' merkanzija  li ma tkunx tikkonforma mal-karatteristiċi mniżżla filpunti 1.1, 1.2, 1.4, 1.6, 1.8, 1.9, 1.10, 4.2 u 4.4 tal-Anness I;

(b)vetturi għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri, ma jkunux jikkonformaw malkaratteristiċi mniżżla fil-punti 1.1, 1.2, 1.5, 1.6 u 1.7 tal-Anness I.

2. L-Istati Membri jistgħu madankollu jawtorizzaw iċ-ċirkolazzjoni fuq it-territorji tagħhom  ta’ :

(a)vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-merkanzija li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punt 1.3, fil-punti 2 u 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness I;

(b)vetturi għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri, li ma jkunux jikkonformaw malkaratteristiċi mniżżla fil-punt 1.3, fil-punti 2 u 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness I.

🡻 96/53 (adattat)

🡺1 2002/7 Art. 1.3(b)

3. Vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jeċċedu d-dimensjonijiet massimi jistgħu biss jitħallew jiċċirkolaw fuq il-bażi ta' permessi speċjali maħruġa mingħajr diskriminazzjoni mill awtoritajiet kompetenti, jew fuq il-bażi ta' arranġamenti mhux diskriminatorji simili miftiehma fuq bażi ta' każ b'każ ma' dawk l-awtoritajiet, meta  dawk  il-vetturi jew il‑kombinazzjonijiet ta' vetturi jerfgħu jew huma intenzjonati li jerfgħu tagħbijiet indivisibbli.

4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu 🡺1 vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat‑trasport li 🡸 jwettqu ċerti operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport li ma jaffettwawx sinifikament il-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 to 1.10, 4.2 u 4.4 tal-Anness I.

L-operazzjonijiet tat-trasport għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma jaffettwawx il‑kompetizzjoni internazzjonali sinifikament fis-settur tat-trasport jekk waħda mill‑kondizzjonijiet hija ssodisfata:

(a)l-operazzjonijiet tat-trasport huma mwettqa fit-territorju ta' Stat Membru minn vetturi speċjalizzati jew kombinazzjonijiet ta' vetturi speċjalizzati f'ċirkostanzi fejn mhumiex normalment imwettqa minn vetturi minn Stati Membri oħrajn,  per eżempju  operazzjonijiet marbuta mal-qtugħ tas-siġar u l-industrija forestjera;

(b)l-Istat Membru li jippermetti li l-operazzjonijiet tat-trasport jitwettqu fit-territorju tiegħu minn vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stipulati fl-Anness I jippermetti wkoll vetturi bil-mutur, trailers u semi-trailers li jikkonformaw mad-dimensjonijiet stipulati fl-Anness I li jiġu użati f'dawk ilkombinazzjonijiet  sabiex  jakkwistaw mill-inqas it-tul ta' tagħbija awtorizzat f'dak l-Istat Membru, sabiex kull operatur ikun jista' jibbenefika minn kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni (il-kunċett modulari).

5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jinkorporaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda li ma jistgħux jikkonformaw ma' ħtieġa waħda jew iktar ta' din id-Direttiva li jtemmu ċerti operazzjonijiet tat-trasport lokali għal perjodu ta' prova. L‑Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

🡻 2015/719 Art. 1.4 (adattat)

Artikolu 5

Vetturi artikolati fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1991 li ma jikkonformawx mal‑ispeċifikazzjonijiet  stipulati  fil-punti 1.8 u 4.4 tal-Anness I għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' tali speċifikazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 3 sakemm it-tul totali tagħhom ma jkunx iktar minn 15,50 m.

🡻 96/53 (adattat)

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-vetturi msemmija fl-Artikolu 1 u li jikkonformaw ma' din id-Direttiva jkollhom waħda  mill-provi li ġejjin :

(a)kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin:

il-“pjanċa  statutorja  tal-fabbrikant” stabbilita u annessa skont irRegolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 16 ;

il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, skond l-Anness III  ta’ din id-Direttiva , stabbilita u annessa skond ir-Regolament (UE) Nru 19/2011;

(b)pjanċa singola stabbilita u annessa skond ir-Regolament (UE) Nru 19/2011 u li fiha linformazzjoni fuq iż-żewġ pjanċi msemmija fil-punt (a);

(ċ)dokument wieħed maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ilvettura hi rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni.  Dak  id-dokument għandu jkollu l-istess intetstauri u informazzjoi bħall-pjanċi msemmija fil-punt (a). Għandu jinżamm f'post faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni u għandu jinżamm adegwatament protett.

2. Jekk il-karatteristiċi tal-vettura ma jikkorrispondux ma' dawk indikati fuq il-prova ta' konformità, l-Istat Membru fejn il-vettura hi reġistrata għandu jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li l-prova ta' konformità tiġi mibdula.

3. Il-pjanċi u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala prova tal-konformità tal-vettura prevista f'din id-Direttiva.

4. Vetturi li jkollhom prova ta' konformità jistgħu ikunu soġġetti:

(a)fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards komuni dwar il-piżijiet, għal spezzjonijiet bladdoċċ;

(b)fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards komuni dwar id-dimensjonijiet, biss għal spezzjonijiet fejn hemm suspett ta' non-konformità ma' din id-Direttiva.

5. Il-kolonna tan-nofs tal-prova ta' konformità li għandha x'taqsam mal-piżijiet għandha tikkontjeni, meta xieraq, l-istandards tal-piż  tal-Unjoni  applikabbli għall-vettura konċernata. Fir-rigward tal-vetturi msemmija fil-punt 2.2.2  (d)  tal-Anness I, l‑iskrizzjoni ’44 tunnellati metriċi’ għandha tiġi inkluża f'parentesi taħt il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjoni tal-vettura.

6. Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, fejn għandha x'taqsam kull vettura rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju tiegħu, li l-piżijiet massimi awtorizzati mil‑leġislazzjoni nazzjonali tiegħu għandhom jiġu indikati bħala prova ta' konformità fil‑kolonna tan-naħa tax-xellug u l-piżijiet teknikament permissibbli fil-kolonna tan-naħa tal‑lemin.

🡻 2002/7 Art. 1.4 (adattat)

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit-toroq fis-seħħ f'kull Stat Membru li jippermettu li l-piż jew id-dimensjonijiet tal-vetturi fuq ċerti toroq jew strutturi ta' inġinerija ċivili jkunu limitati, irrispettivament mill-Istat tar‑reġistrazzjoni ta' dawk il-vetturi jew l-Istat fejn dawk il-vetturi jkunu tqiegħdu fiċ‑ċirkolazzjoni.

Dan jinkludi l-possibiltà li jiġu imposti restrizzjonijiet lokali dwar il-piżijiet jew id‑dimensjonijiet massimi awtorizzati tal-vetturi li jistgħu jintużaw f'żoni speċifiċi jew fuq toroq speċifiċi, fejn l-infrastruttura ma tkunx adattata għal vetturi twal u tqal, bħal ċentri tal‑ibliet, villaġġi żgħar u postijiet ta' interess naturali speċjali.

🡻 2015/719 Art. 1.6 (adattat)

Artikolu 8

1. Bl-għan li titjieb l-effiċjenza enerġetika, vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma mgħammra b'tagħmir ajrudinamiku li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/858 jistgħu jaqbżu t-tulijiet massimi previsti fil‑punt 1.1 tal-Anness I għal' din id-Direttiva, biex tkun possibbli ż-żieda ta' tali tagħmir ma' wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi mgħammra b'tali tagħmir għandhom ikunu konformi mal-punt 1.6 tal-Anness I, u kwalunkwe żidiet tat-tulijiet massimi, dan ma għandux jirriżulta f'żieda tat-tul tat-tagħbija ta' dawk il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi.

2. Qabel ma jitqiegħed fis-suq, it-tagħmir ajrudinamiku imsemmi fil-paragrafu 1 li jaqbeż 500 mm fit-tul għandu jkun kopert minn approvazzjoni tat-tip skont ir-regoli dwar l‑approvazzjoni tat-tip fil-qafas tar-Regolament (UE) 2018/858.

3. It-tagħmir ajrudinamiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet operazzjonali li ġejjin:

(a)f'ċirkustanzi fejn is-sikurezza ta' utenti oħra tat-triq jew tas-sewwieq tinsab f'riskju, għandu jintewa, jinġibed lura jew jinqala' mis-sewwieq;

(b)l-użu tiegħu fl-infrastrutturi tat-toroq urbani u interurbani għandu jqis il-karatteristiċi speċjali ta' żoni fejn il-limitu ta' veloċità jkun inqas jew ta' 50 km/siegħa u fejn hemm possibbiltà akbar li jkunu preżenti utenti tat-triq aktar vulnerabbli;

(c)l-użu tiegħu għandu jkun kumpatibbli mal-operazzjonijiet tat-trasport intermodali u b'mod partikolari, fejn miġbud lura  jew  mitwi, ma għandux jiżdied it-tul massimu awtorizzat b'aktar minn 20 ċm.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 3. Dawk l‑atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl‑Artikolu 17(2).

Artikolu 9

1. Bl-għan li titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari permezz ta' titjib fil‑prestazzjoni ajrudinamika tal-kabini, kif ukoll is-sikurezza tat-toroq, il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/858, jistgħu jaqbżu t-tulijiet massimi stipulati fil-punt 1.1 tal‑Anness I għal din id-Direttiva sakemm il-kabina tagħhom jkollha ajrudinamika mtejba, effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prestazzjoni tas-sikurezza. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi mgħammra b'tali kabini għandhom ikunu konformi mal-punt 1.6 tal-Anness I u, kwalunkwe żieda fit-tulijiet massimima għandux jirriżulta f'żieda tal-kapaċità tat-tagħbija ta' dawk il-vetturi.

2. Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu approvati f'konformità mar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tar-Regolament (UE) 2018/858.

🡻 2019/1242 Art. 20.2 (adattat)

Artikolu 10

Il-piżijiet massimi awtorizzati ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti 2.2.1, 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4, 2.3.1, 2.3.2 u 2.4 tal-Anness I.

Il-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattivi jew mingħajr emissjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll mal-limiti massimi awtorizzati tal-piż tal-fusijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I.

Il-piż addizzjonali meħtieġ mill-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-produttur meta l‑vettura inkwistjoni tiġi approvata. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fil-prova uffiċjali meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 6.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 16  dwar l-aġġornament , għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, tal-lista ta’ fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 li jeħtieġu piż addizzjonali.

🡻 2015/719 Art. 1.8 (adattat)

Artikolu 11

It-tulijiet massimi stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Anness I, soġġett fejn applikabbli għall‑Artikolu 9(1) u t-tul massimu stabbilit fil-punt 1.8 tal-Anness I jistgħu jinqabżu bi 15‑il ċentimetru għall-vetturi jew għal kombinazzjonijiet ta' vetturi li jittrasportaw kontejners tal-45 pied jew kaxex skambjabbli tal-45 pied, vojta jew mgħobbija, sakemm it‑trasport bit-triq tal-kontejner jew tal-kaxxa skambjabbli in kwistjoni jkun parti minn operazzjoni ta' trasport intermodali.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jidentifikaw vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x'aktarx ikunu qabżu l-piż massimu awtorizzat u li għaldaqstant  jeħtieġ li  jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri jistgħu jsiru bl-għajnuna ta' sistemi awtomatiċi mqiegħda fuq l-infrastrutturi, jew permezz ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vetturi skont il-paragrafu 4.

Stat Membru ma għandux jirrikjedi l-installazzjoni ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord fuq vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma reġistrati fi Stat Membru ieħor.

Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, fejn jintużaw sistemi awtomatiċi biex jiġi stabbilit ksur ta' din id-Direttiva u biex jiġu imposti pieni, tali sistemi awtomatiċi għandhom jiġu ċċertifikati. Fejn sistemi awtomatiċi jintużaw biss għal skopijiet ta' identifikazzjoni ma għandhomx għalfejn ikunu ċertifikati.

2. Kull Stat Membru għandu, f'kull sena kalendarja, jagħmel għadd xieraq ta' verifiki fuq il‑piż ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, proporzjonat mal-għadd totali ta' vetturi spezzjonati kull sena fit-territorju tiegħu.

3. L-Istati Membri, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-ksur u l-pieni marbutin ma' dan l-Artikolu.

4. It-tagħmir għall-kejl tal-piż imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun preċiż u affidabbli, kompletament interoperabbli u kumpatibbli mat-tipi kollha ta' vetturi.

5. Il-Kummissjoni għandha, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l‑interoperabbiltà u l-kumpatibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 4.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità, dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom iwasslu biex id-data dwar il-piż tkun tista' tiġi komunikata fi kwalunkwe ħin minn vettura li qed tiċċaqlaq lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lis-sewwieq tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-interfaċċja definita mill-istandards ta' CEN DSRC — EN 12253, EN 12795, EN 12834, EN 13372 u ISO 14906. Barra minn hekk, tali komunikazzjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw u jiskambjaw informazzjoni bl-istess mod mal-vetturi u l-kombinazzjonijiet ta' vetturi reġistrati fi kwalunkwe Stat Membru u bl-użu ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vettura.

Sabiex tiġi żgurata kumpatibbiltà mat-tipi kollha ta' vetturi, sistemi abbord vetturi bil-mutur għandu jkollhom il-kapaċità li jirċievu u jipproċessaw kwalunkwe data li ġejja minn kull tip ta' trejler jew semitrejler marbuta ma' vetturi bil-mutur.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' din id‑Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, m'għandhomx ikunu diskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar dawk ir-regoli lill-Kummissjoni.

Artikolu 14

1. Għat-trasport ta' kontejners u kaxxi skambjabbli, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jesiġu:

(a)li l-burdnar jagħti lit-trasportatur bit-triq fdat bit-trasport ta' kontejner jew kaxxa skambjabbli dikjarazzjoni li tindika l-piż tal-kontejner jew kaxxa skambjabbli li tkun ġiet trasportata;

(b)li t-trasportatur bit-triq jipprovdi aċċess għad-dokumentazzjoni rilevanti kollha provduta mill-burdnar.

2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar ir-responsabbiltà kemm għall-burdnar kif ukoll għat-trasportatur bit-triq kif xieraq f'każijiet fejn l-informazzjoni msemmija fil‑paragrafu 1 tkun nieqsa jew żbaljata u l-vettura jew kombinazzjoni ta' vetturi tkun mgħobbija żżejjed.

Artikolu 15

Kull sentejn, u mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena wara tmiem il-perijodu ta' sentejn ikkonċernat, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa dwar:

(a)l-għadd ta' verifiki li jkunu saru fis-sentejn kalendarji preċedenti;

(b)l-għadd ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'tagħbija eċċessiva li jkunu nstabu.

Din l-informazzjoni tista' tkun parti mill-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 17 tarRegolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 .

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni riċevuta skont dan l-Artikolu, u għandha tinkludiha fir-rapport li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont ir‑Regolament (KE) Nru 561/2006.

Artikolu 16

1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall‑kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 hija mogħtija lill‑Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-26 ta' Mejju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 10 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat‑13 ta’ April 2016. 

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dwar dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għat-Trasport bit-Triq imsemmi flArtikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 18

Sat-8 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni għandha tressaq, kif xieraq, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-emendi tad-Direttiva  96/53/KE  introdotti bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , inkluż it-teħid tal-kont ta' karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti setturi tas-suq. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, ilKummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva akkumpanjata debitament minn valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport għandu jsir disponibbli tal-anqas sitt xhur qabel ma tiġi sottomessa kwalunkwe proposta leġislattiva.

🡻 96/53 (adattat)

L-Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 20

Id-Direttiva  96/53/KE kif emendata bl-atti elenkati  fl-Anness IV, il-Parti A,  hija mħassra , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri  marbuta mal‑limiti taż‑żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla  fl‑Anness IV, il‑Parti B.

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

L-Artikolu 21

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ  fl-għoxrin  jum  wara dak  tal‑pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali  tal-Unjoni Ewropea .

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(87) 868 PV.
(2)    Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.
(3)    Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2021.
(4)    Ara l-Anness IV, Parti A, ta’ din il-proposta.
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    ĠU C […], […], p. […].
(7)    Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(8)    Ara l-Anness IV, Parti A.
(9)    Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
(10)    Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal‑professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(11)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l‑approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(14)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta rRegolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għallapprovazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 3).
(15)    Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r‑Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d‑Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
(16)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għassikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).
(17)    Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar larmonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda rRegolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament talKunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(18)    Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mattrasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(19)    Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda dDirettiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan ilKomunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).
Top

Brussell, 7.12.2021

COM(2021) 769 final

ANNESSI

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan l-Unjoni d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (kodifikazzjoni)


🡻 96/53 (adattat)

🡺1 2002/7 Art. 1.7(a)

🡺2 2015/719 Art. 1.9(a)

🡺3 2019/1242 Art. 1.9(b)

🡺4 2002/7 Art. 1.7(b)

🡺5 2002/7 Art. 1.7(c)

🡺6 2019/1242 Art. 20.3(a)

🡺7 2015/719 Art. 1.9(c)

🡺8 2015/719 Art. 1.9(d)

🡺9 2015/719 Art. 1.9(e)

🡺10 2019/1242 Art. 20.3(b)

🡺11 2015/719 Art. 1.9(f)

🡺12 2015/719 Art. 1.9(g)

ANNESS I

IL-PIŻIJIET U D-DIMENSJONIJIET MASSIMI U L-KARATTERISTIĊI RELATATI TAL-VETTURI

1.

Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati għall-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1), punt (a)

🡺1 1.1 🡸

🡺1 it-tul massimu: 🡸

🡺1 - vettura bil-mutur minnbarra karrozza tal‑linja 🡸

🡺1 12,00 m 🡸

🡺1 - karru 🡸

🡺1 12,00 m 🡸

🡺1 - vettura artikolata 🡸

🡺1 16,50 m 🡸

🡺1 - ferrovija tat-triq 🡸

🡺1 18,75 m 🡸

🡺1 - karrozza tal-linja artikolata 🡸

🡺1 18,75 m 🡸

🡺1 - karrozzi tal-linja b'żewġ fusien 🡸

🡺1 13,50 m 🡸

🡺1 - karrozzi tal-linja b'aktar minn żewġ fusien 🡸

🡺1 15,00 m 🡸

🡺1 - karrozza tal-linja + karru 🡸

🡺1 18,75 m 🡸

1.2

Il-wisgħa massimu:

🡺2 (a) il-vetturi kollha ħlief  dawk  imsemmija fil‑punt (b) 🡸

🡺2 2,55 m 🡸

🡺3 (b) superstrutturi ta' vetturi kondizzjonati jew kontejners jew kaxxi skambjabbli kondizzjonati trasportati permezz ta' vetturi 🡸

🡺3 2,60 m 🡸

1.3

L-Għoli massimu (kwalunkwe vettura)

4,00 m

1.4

Superstrutturi li jitneħħew u oġġetti tat-tagħbija standardizzati bħall-containers huma inklużi fid‑dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.8, 1.9, 1.10 u 4.4.

🡺4 1.5 🡸

🡺4 Jekk xi aċċessorji li jistgħu jitneħħew bħal ski‑boxes ikunu ffittjati mal-karrozza tal-linja, it-tul tagħha, inklużi l-aċċessorji, m'għandux jeċċedi t-tul massimu stabilit fil-punt 1.1. 🡸

1.6

Kull vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta' vettura f'moviment għandha tkun tista' ddur fi ħdan ċirku b'radju fuq barra ta' 12,50 m u radju fuq ġewwa ta' 5,30 m.

🡺5 1.7 🡸

🡺5 Ħtiġiet addizzjonali fil-każ tal-karrozzi tal-linja

Bil-vettura wieqfa, pjan vertikali tanġenzjali għall‑ġenb tal-vettura u jħares 'il barra miċ-ċirku għandu jiġi stabilit billi tiġi mmarkata linja mal-art. Fil-każ ta' vettura artikolata, iż-żewġ porzjonijiet riġidi għandhom ikunu allineati mal-pjan.

Meta l-vettura titmexxa dritt mill-faċċata fiż-żona ċirkolari deskritta fil-punt 1.6, ebda parti minnha m'għandha toħroġ 'il barra minn dak il-pjan vertikali b'aktar minn 0,60 m. 🡸

1.8

Id-distanza massima bejn l-assi tal-pern tal-ħames rota u l-wara tas-semi-trailer.

12,00 m

1.9

Id-distanza massima mkejla parallela ma' l-assi lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem tal-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal‑punt estern tat-trailer tal-kombinazzjoni l-iktar fuq wara, naqqas id-distanza bejn il-wara tal-vettura li qed tiġbed u l-quddiem tat-trailer.

15,65 m

1.10

Id-distanza massima mkejla parallela għall-axis lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem tal-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal punt estern l-iktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni.

16,40 m

2.

Il-piż massimu awtorizzat tal-vettura (f'tunnellati metriċi)

2.1

Vetturi li jifformaw parti minn kombinazzjoni ta' vettura

2.1.1

Trailer b'żewġ fusijiet

18-il tunnellata metrika

2.1.2

Trailer bi tliet fusijiet

24 tunnellata metrika

2.2.

Il-kombinazzjonijiet tal-vettura

2.2.1

Feroviji tat-toroq b'ħames jew sitt fusijiet

(a) vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet

40 tunnellata metrika

(b) vettura bil-mutur bi tliet fusijiet bi trailer b'żewġ fusijiet jew bi tlieta

40 tunnellata metrika

🡺6 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l‑vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-Taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. 🡸

2.2.2

Vetturi artikolati b'ħames jew b'sitt fusijiet

(a) vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet

40 tunnellata metrika

(b) vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b'semi-trailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet

40 tunnellata metrika

🡺7 (c) vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet b'semitrejler li jkollu tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b'operazzjonijiet ta' trasport intermodali, unità waħda jew aktar ta' kontejners jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta' mhux iktar minn 45 pied 🡸

🡺7 42 tunnellata 🡸

🡺8 (d) vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b'semitrejler li jkollu żewġ jew tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b'operazzjonijiet ta' trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta' 45 pied 🡸

🡺8 44 tunnellata 🡸

🡺6 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l‑vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-Taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. 🡸

2.2.3

Road trains b'erba' fusijiet li jikkonsisitu f'vettura bil‑mutur b'żewġ fusijiet u bi trailer b'żewġ fusijiet

🡺6 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l‑vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-Taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. 🡸

36 tunnellata metrika

2.2.4

Vetturi artikolati b'erba' fusijiet li jikkonsistu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u semi-trailer b'żewġ fusijiet, jekk id-distanza bejn il-fusijiet tas‑semi‑trailer:

2.2.4.1

hija 1,3 m jew akbar imma mhux aktar minn 1,8 m

36 tunnellata metrika

2.2.4.2

hija akbar minn 1,8 m

36 tunnellata metrika

+ 2 tunnellati metriċi marġni meta l-piż massimu awtorizzat (MAW) tal-vettura bil-mutur (18-il tunnellata metrika) u l-MAW tal-fus tandem tas-semi‑trailer (20 tunnellata metrika) huwa rispettat u l-fus tas‑sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s‑sospensjoni tal-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan  fl-Unjoni  kif definit fl-Anness II

🡺6 Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l‑vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-Taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament. 🡸

2.3

Vetturi bil-mutur

🡺9 2.3.1 🡸

🡺9 Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex karozzi tal-linja:

Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li jaħdmu bi fjuwils alternattivi u li mhumiex karozzi tal-linja: il-piż massimu ta' 18-il tunnellata għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata.

Vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 18-il tunnellata  għandu  jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati

🡺9 18-il tunnellata 🡸

karozzi tal-linja b'żewġ fusijiet:

🡺10 Vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 18-il tunnellata  għandu  jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati. 🡸 🡸

🡺9 19,5 tunnellati 🡸

🡺11 2.3.2 🡸

🡺11 Vetturi bil-mutur bi tliet fusijiet: 🡸

 Vettura bil-mutur bi tliet fusijiet li jaħdmu bi fjuwils alternattivi: il-piz massimu awtorizzata ta’ 25 tunnellata jew 26 tunnellata fejn il-fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u sospensjoni bl-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u l-piż massimu ta' kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati, għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata. 

 Vetturi mingħajr emissjonijiet bi tliet fusijiet: il‑piż massimu awtorizzat ta’ 25 tunnellata, jew 26 tunnellata meta l-fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u sospensjoni tal-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl‑Anness II jew meta kull fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u l-piż massimu ta’ kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati, għandu jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati. 

🡺11 25 tunnellata jew 26 tunnellata fejn il‑fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u sospensjoni bl-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl Anness II, jew fejn kull fus motorizzat ikun mgħammar b'tajers doppji u l-piż massimu ta' kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati 🡸 

2.3.3

Vetturi bil-mutur b'erba' fusijiet b'żewġ fusijiet tas‑sewqan

— 32 tunnellata metrika, meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s‑sospensjoni tal-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan  fl-Unjoni  kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas‑sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi

🡺12 2.4 🡸

🡺12 Karozzi tal-linja artikolati bi tliet fusijiet: 🡸

Karozzi tal-linja artikolati bi tliet fusijiet li jaħdmu fi fjuwils alternattivi: il-piż massimu awtorizzat ta' 28 tunnellata għandu jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata.

 Xarabanks artikolati bi tliet fusijiet li jkunu vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 28 tunnellata għandu jiżdied bil-piż addizzjonali tat‑teknoloġija mingħajr emissjonijietv b’massimu ta’ 2 tunnellati. 

🡺12 28 tunnellata 🡸

3.

Il-piż massimu awtorizzat tal-fusijiet tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1), punt (b) (f'tunnellati metriċi)

3.1

Fusijiet singoli

Fus singolu mhux tas-sewqan

10 tunnellati metriċi

3.2

Fusijiet tandem ta' trailers u semi-trailers

Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il‑fusijiet hi:

3.2.1

inqas minn 1 m (d < 1,0)

11-il tunnellata metrika

3.2.2

bejn 1,0 m u inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)

16-il tunnellata metrika

3.2.3

bejn 1,3 m u inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)

18-il tunnellata metrika

3.2.4

1,8 m jew iktar (1,8 ≤ d)

20 tunnellata metrika

3.3

Tri-Fusijiet ta' trailers u semi-trailers

Is-somma tal-piżijiet tal-fus għal kull tri-fus m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il‑fusijiet hi:

3.3.1

1,3 m jew inqas (d ≤ 1,3)

21 tunnellata metrika

3.3.2

iktar minn 1,3 m u sa 1,4 m (1,3 < d ≤ 1,4)

24 tunnellata metrika

3.4

Il-Fus tas-sewqan

3.4.1

Il-Fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija f' 2.2.1 u 2.2.2

11,5 tunnellati metriċi

3.4.2

Il-fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3, 2.2.4, 2.3 u 2.4

11,5 tunnellati metriċi

3.5

Il-Fusijiet tandem tal-vetturi bil-mutur

Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il‑fusijiet hi:

3.5.1

inqas minn 1 m (d < 1,0)

11,5 tunnellata metrika

3.5.2

1,0 m jew iktar imma inqas minn 1,3 m

(1,0 ≤ d < 1,3)

16-il tunnellata metrika

3.5.3

1,3 m jew iktar imma inqas minn 1,8 m

(1,3 ≤ d < 1,8)

— 18-il tunnellata metrika

— 19-il tunnellata metrika, meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s‑sospensjoni tal-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan  fl-Unjoni  kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas‑sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id‑9,5 tunnellati metriċi

4.

Karatteristiċi rrelatati tal-vetturi msemmija fl‑Artikolu 1(1), punt (b)

4.1

Il-vetturi kollha

Il-piż merfugħ mill-fus tas-sewqan jew mill-fusijiet tas-sewqan ta' vettura jew kombinazzjoni ta' vettura m'għandux ikun inqas minn 25 % tal-piż totali mgħobbi tal-vettura jew tal-kombinazzjoni tal‑vettura, meta użata fit-traffiku internazzjonali.

4.2

Ir-Road trains

Id-distanza bejn il-fus ta' wara ta' vetura bil-mutur u l-fus ta' quddiem ta' trailer m'għandhiex tkun inqas minn 3,00 m.

4.3

Il-Piż massimu awtorizzat jiddependi mill-bażi tar‑rota

Il-piż massimu awtorizzat f'tunnellati metriċi ta' vettura bil-mutur b'erba' fusijiet ma  għandhux ikun iktar minn  ħames darbiet id-distanza f'metri bejn il-fusijiet tal-fusijiet l-iktar 'il quddiem u l-iktar lura tal-vettura.

4.4

Semi-trailers

Id-distanza mkejla orizzontalment bejn il-fus tal-pern tal-ħames rota u kwalunkwe punt fil-quddiem tas‑semi-trailer m'għandhiex teċċedi t-2,04 m.

_____________

ANNESS II

KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-EKWIVALENZA BEJN ĊERTI SISTEMI TA' SOSPENSJONI MINGĦAJR ARJA U SOSPENSJONI TAL‑ARJA GĦAL FUS(IJIET) TAS-SEWQAN TAL-VETTURI

1.ID-DEFINIZZJONI TAS-SOSPENSJONI TAL-ARJA

Sistema ta' sospensjoni  għandha titqies bħala  arja sospiża jekk mill-inqas 75 % tal‑effett tal-molla ikun ikkawżat mill-molla tal-arja.

2.EKWIVALENZA GĦAS-SOSPENSJONI TAL-ARJA

Sospensjoni  rikonoxxuta  bħala ekwivalenti għal sospensjoni tal-arja għandha tikkonforma ma' li ġej:

2.1.matul oxxillar wieqaf baxx free transient tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tassewqan jew mill-bogie, il-frekwenza mkejla u d-damping mas-sospensjoni li jerfa' ttagħbija massima tiegħu għandha taqa' fi ħdan il-limiti definiti fil-punti 2.2 sa 2.5;

2.2.kull fus għandu jkun mgħammar b'dampers idrawliċi. Fuq bogies b'fus tandem, iddampers għandhom ikunu pożizzjonati biex jimminimizzaw l-oxxillar tal-bogies;

2.3.il-proporzjon medju ta' damping D għandu jkun iktar minn 20 % tad-damping kritiku għas-suspensjoni fil-kondizzjonijiet normali tagħha b'dampers idrawliċi fil-post u f'operazzjoni;

2.4.il-proporzjon ta' damping D tas-suspensjoni bid-dampers idrawliċi kollha mneħħija jew inkapaċitati m'għandux ikun iktar minn 50 % ta' D;

2.5.il-frekwenza tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie f'oxxillar free transient m'għandhiex tkun ogħla minn 2,0 Hz;

2.6.il-frekwenza u d-damping tas-suspensjoni huma mogħtija fil-punt 3. Ilproċeduri ta' test għall-kejl tal-frekwenza u d-damping huma stabbiliti filpunt 4.

3.DEFINIZZJONI TAL-FREKWENZA U TAD-DAMPING

F'din id-definizzjoni hija kkunsidrata massa mmullata M (kg) 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie. Il-fus jew il-bogie għandha riġidità wieqfa totali bejn il-wiċċ tat-triq u l-massa mmullata ta' K Newtons/metru (N/m) u koeffiċjent totali ta' damping ta' C Newtons għal kull metru f'kull sekonda (N.s/m). Iċ-ċaqliq wieqaf tal-massa mmullata huwa Z. L-ekwazzjoni tal‑moviment għall-oxxillar ħieles tal-massa mmullata hi:

Il-frekwenza tal-oxxillar tal-massa mmullata F (rad/sec) hi:

Id-damping huwa kritiku meta C = Co,

fejn

Il-proporzjon ta' damping bħala frazzjoni tad-damping kritiku hu .

Matul l-oxxillar free transient tal-massa mmullata l-moviment wieqaf tal-massa jsegwi mogħdija sinusoidal damped (Il-Figura 2). Il-frekwenza tista' tiġi stmata bil-kejl tal-ħin għal dawk iċ-ċikli ta' oxxillar li jistgħu jiġu osservati. Id-damping jista' jiġi stmat bil-kejl tal-għoli tal-ponot suċċessivi tal-oxxillar fl-istess direzzjoni. Jekk l-ampjezza tal- ponot tal-ewwel u t‑tieni ċiklu tal-oxxillar huma A1 u A2, allura l-proporzjon ta' damping D hu:

 

“ln'” il-logaritmu naturali tal-proporzjon tar-rapport ta' ampjezza.

4.IL-PROĊEDURA TAT-TEST

Biex jiġi stabbilit b'test il-proporzjon ta' damping D, il-proporzjon ta' damping bid-dampers idrawliċi imneħħija, u l-frekwenza tas-sospensjoni F, il-vettura mgħobbija għandha jew:

(a)tiġi misjuqa b'veloċità baxxa (5 km/hr ± 1 km/hr) tul tarġa ta' 80 mm bil-profil muri fil-Figura 1. L-oxxillar transient li għandu jiġi analizzat għall-frekwenza u d-damping iseħħ wara li r-roti fuq il-fus tas-sewqan ikunu ħallew it-tarġa;

jew

(b)tinġibed 'l isfel mix-chassis sabiex it-tagħbija fuq il-fus tas-sewqan hija 1,5 darbiet ilvalur statiku massimu tagħha. Il-vettura miżmuma ‘l isfel tiġi rilaxxata f’daqqa waħda u l-oxxillar sussegwenti analizzat;

jew

(ċ)tinġibed mix-chassis sabiex il-massa mmullata tkun merfugħa 80 mm 'l fuq mill-fus tas-sewqan. Il-vettura miżmuma 'l fuq hi f'daqqa waħda mwaqqgħa u l-oxxillar sussegwenti analizzat;

jew

(d)tkun soġġetta għal proċeduri oħrajn sa fejn kien ippruvat mill-fabbrikant, għassoddisfazzjon tad-dipartiment tekniku, li huma ekwivalenti.

Il-vettura għandha tkun strumentata b'displacement transducer wieqaf bejn il-fus tas-sewqan u x-chassis, direttament fuq il-fus tas-sewqan. Mit-traċċa, l-intervall bejn l-ewwel u t-tieni ponot ta' kompressjoni jista' jitkejjel biex tinkiseb il-frekwenza F u l-proporzjon tal‑amplitudini biex jinkiseb id-damping. Għal bogies bi twin-drive, displacement transducers weqfin għandhom jitqiegħdu bejn kull fus tas-sewqan u x-chassis direttament fuqu.




Figura 1

Tarġa għat-testijiet tas-sospensjoni








Figura 2

Risposta ta'damped transience

_____________

ANNESS III

PJANĊA LI GĦANDHA X'TAQSAM MAD-DIMENSJONIJIET IMSEMMIJA FL‑ARTIKOLU 6(1), PUNT (a)

I.Il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, sa fejn possibbli mwaħħla viċin talpjanċa msemmija fir-Regolament (UE) Nru 19/2011, għandu jkollha d-data li ġejja:

1.l-isem tal-fabbrikant 1 ;

2.in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura 2 ;

3.it-tul tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (L);

4.il-wisgħa tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (W);

5.data għall-kejl tat-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura:

id-distanza (a) bejn il-quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru talistrument tal-agganċjar (il-ganċ tal-agganċjar jew il-ħames rota); fil-każ tal-ħames rota b'diversi punti tal-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw;

id-distanza (b) bejn iċ-ċentru tal-istrument tal-agganċjar tat-trailer (iċċirku talħames rota) (amin u amax), jew tas-semi-trailer (il-pern) u l-wara tat-trailer jew tas-semi-trailer; fil-każ ta' strument b'diversi punti talagganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax).

It-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura  għandu jkun  it-tul tal-vettura bil‑mutur u t-trailer jew is-semi-trailer mqiegħda f'linja dritta wara xulxin.

II.Il-valuri mogħtija fuq xiehda ta' konformità għandhom jirriproduċu eżattament listess miżuri mwettqa direttament fuq il-vettura.

_____________

🡹

ANNESS IV

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 20)

Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE
(ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59)

Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u talKunsill
(ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47)

Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1)

Deċiżjoni (UE) 2019/984 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 164, 20.6.2019, p. 30)

Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202)

L-Artikolu 20 biss

Parti B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 20)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat‑traspożizzjoni

96/53/KE

17 ta’ Settembru 1997

2002/7/KE

9 ta’ Marzu 2004

(UE) 2015/719

7 ta’ Mejju 2017

_____________

ANNESS V

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 96/53KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, l-ewwel inċiż

Artikolu 2, punt 1

Artikolu 2, it-tieni inċiż

Artikolu 2, punt 2

Artikolu 2, it-tielet inċiż

Artikolu 2, punt 3

Artikolu 2, ir-raba 'inċiż, kliem introduttorju

Artikolu 2, punt 4, kliem introduttorju

Artikolu 2, ir-raba 'inċiż, l-ewwel subinċiż

Artikolu 2, punt 4, punt (a)

Artikolu 2, ir-raba 'inċiż, it-tieni subinċiż

Artikolu 2, punt 4, punt (b)

Artikolu 2, il-ħames inċiż

Artikolu 2, punt 5

Artikolu 2, is-sitt inċiż

Artikolu 2, punt 6

Artikolu 2, is-seba 'inċiż

Artikolu 2, punt 7

Artikolu 2, it-tmien inċiż

Artikolu 2, punt 8

Artikolu 2, id-disa 'inċiż

Artikolu 2, punt 9

Artikolu 2, l-għaxar inċi

Artikolu 2, punt 10

Artikolu 2, il-ħdax-il inċiż

Artikolu 2, punt 11

Artikolu 2, it-tnax-il inċiż

Artikolu 2, punt 12

Artikolu 2, it-tlettax-il inċiż

Artikolu 2, punt 13

Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż

Artikolu 2, punt 14

Artikolu 2, il-ħmistax-il inċiż

Artikolu 2, punt 15

Artikolu 2, is-sittax-il inċiż

Artikolu 2, punt 16

Artikolu 2, is-sbatax-il inċiż

Artikolu 2, punt 17

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1) sa (5)

Artikolu 4(1) sa (5)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6(1), (2) u (3)

Artikolu 6(1), (2) u (3)

Artikolu 6(4), kliem introduttorju

Artikolu 6(4), kliem introduttorju

Artikolu 6(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(4), punt (a)

Artikolu 6(4), it-tieni inċiż

Artikolu 6(4), punt (b)

Artikolu 6(5) u (6)

Artikolu 6(5) u (6)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8b(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8b(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2)

Artikolu 8b(2), it-tieni u it-tielet subparagrafu

Artikolu 8b(3) u (4)

Artikolu 8b(3) u (4)

Artikolu 8b(5)

Artikolu 9a(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9a(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 9a(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9a(3)

Artikolu 10

Artikolu 20

Artikolu 10b

Artikolu 10

Artikolu 10c

Artikolu 11

Artikolu 10d

Artikolu 12

Artikolu 10e

Artikolu 13

Artikolu 10f

Artikolu 14

Artikolu 10g

Artikolu 15

Artikolu 10h(1), (2) u (3)

Artikolu 16(1), (2) u (3)

Artikolu 16(4)

Artikolu 10h(4)

Artikolu 16(5)

Artikolu 10h(5)

Artikolu 16(6)

Artikolu 10i

Artikolu 17

Artikolu 10j

Artikolu 18

Artikolu 11

Artikolu 19

Artikolu 12

Artikolu 21

Artikolu 13

Artikolu 22

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

_____________

(1)     Mhux meħtieġ li  din l-informazzjoni tiġi ripetuta meta l-vettura jkollha pjanċa singola li jkollha d-data kemm dwar il-piżijiet kif ukoll dwar id-dimensjonijiet.
(2)     Mhux meħtieġli din  l-informazzjoni tiġi ripetuta meta l-vettura jkollha pjanċa singola li jkollha d-data kemm dwar il-piżijiet kif ukoll dwar id-dimensjonijiet.
Top