IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.12.2021
COM(2021) 757 final
2021/0393(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu
{SWD(2021) 391 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ kriminalità transfruntiera serja fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bħala ċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-Eurojust tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ilha parti mill-mandat tal-Eurojust sa mill-ħolqien tagħha fl-2002 u tibqa’ waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha. Sabiex it-terroriżmu jiġi miġġieled b’mod effettiv, huwa kruċjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkondividu b’mod effiċjenti l-informazzjoni rilevanti bejniethom u mal-aġenziji u l-korpi tal-UE għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi tiddikjara li sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, huwa essenzjali li jkun hemm l-aktar informazzjoni kompluta u aġġornata possibbli. Il-persistenza u l-kumplessità tat-theddida terroristika jagħtu lok għall-ħtieġa ta’ aktar kondiviżjoni ta’ informazzjoni.
F’dan l-isfond, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tipprevedi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna investigazzjonijiet kriminali marbuta ma’ reati terroristiċi, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, u li tirriżulta minnhom, u jibagħtuha lill-Europol. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha dwar prosekuzzjonijiet u kundanni għal reati terroristiċi, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar u jibagħtuha lill-Eurojust. Kull Stat Membru jeħtieġlu wkoll jagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu dwar proċedimenti kriminali konnessi ma’ reati terroristiċi. Din l-informazzjoni trid titpoġġa b’ħeffa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fejn l-informazzjoni tista’ tintuża għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi.
Mill-2005, l-importanza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Europol u l-Eurojust saret biss aktar evidenti. Id-Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tiġi kondiviża bejn l-Istati Membri b’mod effettiv u f’waqtu, b’kont meħud tat-theddida serja minn reati terroristiċi.
Wieħed mill-aspetti ewlenin tal-ħidma tal-Eurojust f’dan il-qasam huwa r-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (CTR). Is-CTR tnieda f’Settembru 2019, abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. Għas-CTR, l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw reati terroristiċi fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Din id-data tinħażen u tiġi kontroverifikata fis-sistema tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-Eurojust - is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust (CMS) - bl-istess mod bħad-data operazzjonali relatata ma’ każijiet pendenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja appoġġata mill-Eurojust. L-objettiv huwa li jiġu identifikati rabtiet potenzjali bejn il-proċedimenti ġudizzjarji kontra t-terroriżmu u l-ħtiġijiet possibbli ta’ koordinazzjoni li jirriżultaw minn dawn. Abbażi tas-sejbiet tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali, it-titjib tal-funzjonament tas-CTR ġie identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-liġi kriminali Ewropea.
Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1727 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (“ir-Regolament dwar l-Eurojust”) f’Diċembru 2019, l-Eurojust ingħatat qafas legali ġdid u nbidlet f’aġenzija tal-UE. Peress li r-Regolament dwar l-Eurojust ġie adottat qabel l-istabbiliment tas-CTR, is-CTR u l-funzjonijiet tiegħu ma kinux previsti fir-Regolament dwar l-Eurojust. Dan joħloq inċertezzi legali, speċjalment peress li r-relazzjoni bejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI u r-Regolament dwar l-Eurojust ma hijiex ċara.
Jeżistu aktar problemi rigward id-data li l-awtoritajiet nazzjonali jikkondividu mal-Eurojust. Attwalment, l-Eurojust spiss ma tirċevix id-data meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex twettaq kontroverifika tal-informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI u dwar reati kriminali serji f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Eurojust. Ir-raġunijiet għal dan huma numerużi. L-ewwel nett, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI ma hijiex preċiża biżżejjed peress li kienet maħsuba li jkollha kamp ta’ applikazzjoni ferm usa’. Filwaqt li tipprovdi xi gwida dwar x’tip ta’ informazzjoni l-Istati Membri jeħtiġilhom jibagħtu lill-Eurojust, din għadha ma hijiex speċifika biżżejjed. Barra minn hekk, l-informazzjoni spiss ma tiġix kondiviża minħabba n-nuqqas ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri u l-piż amministrattiv ikkawżat mill-estrazzjoni manwali tal-informazzjoni, peress li skambji ta’ data aktar strutturati u awtomatizzati ma humiex possibbli mingħajr aktar diġitalizzazzjoni.
Barra minn hekk, is-CMS attwali u l-ambjent tal-ipproċessar tad-data qed jillimitaw ir-rwol aktar proattiv tal-Eurojust fil-kooperazzjoni ġudizzjarja diġitalizzata. Is-CMS tal-Eurojust teknikament skaduta ma tistax tintegra u tappoġġa b’mod xieraq għodda innovattiva li tirrikjedi skambju diġitali sigur u kontroverifika ta’ data bħas-CTR. Barra minn hekk, id-disinn tekniku tas-CMS huwa rifless fir-Regolament dwar l-Eurojust. Ir-Regolament dwar l-Eurojust jirrestrinġi l-istruttura tas-CMS għal fajls ta’ ħidma temporanji, bil-għan li jappoġġa s-segwitu amministrattiv fuq każijiet li jkunu għaddejjin, u indiċi. Ma tipprevedix b’mod espliċitu li tiġi stabbilita bażi tad-data CTR addizzjonali fis-CMS. L-ipproċessar ta’ data personali barra s-CMS huwa pprojbit. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ bażi tad-data CTR addizzjonali barra s-CMS ukoll ma huwiex legalment possibbli.
Jeżistu wkoll sfidi prattiċi u legali fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Prosekuturi ta’ Kollegament (LPs) ta’ pajjiżi terzi. L-Eurojust ikkonkludiet ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ 12-il pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Eurojust. Dawn il-ftehimiet fihom dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tad-data, is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data u l-kooperazzjoni prattika. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni, dawn jippermettu li l-LPs jiġu stazzjonati mal-Eurojust. Dawn l-LPs jaħdmu spalla ma’ spalla flimkien mal-kollegi tagħhom mill-Istati Membri tal-UE u jipprovdu appoġġ f’investigazzjonijiet transfruntiera li jinvolvu lil pajjiżhom f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni applikabbli. Madankollu, ir-Regolament dwar l-Eurojust ma jsemmix lil dawn l-LPs jew l-aċċess tagħhom għas-CMS. Għalhekk, bħalissa ma huwiex ċar kif id-data, inkluża d-data personali, tista’ tiġi skambjata b’mod effiċjenti u sigur mal-LPs ta’ pajjiżi terzi f’konformità mar-Regolament dwar l-Eurojust.
Għal dak il-għan, din il-proposta tfittex li tippermetti lill-Eurojust twettaq ir-rwol aktar b’saħħtu u aktar proattiv tagħha previst fir-Regolament dwar l-Eurojust fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’reati serji, b’mod partikolari reati terroristiċi, billi:
·tippermetti lill-Eurojust tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transfruntiera paralleli fir-rigward ta’ reati terroristiċi b’mod aktar effiċjenti u tipprovdi feedback proattiv dwar dawn ir-rabtiet lill-Istati Membri;
·tirrendi l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u pajjiżi terzi aktar effiċjenti u sigur.
Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, il-proposta għandha l-għan ukoll li tipprovdi ċertezza legali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-obbligu ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni f’każijiet ta’ terroriżmu u r-relazzjoni mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, li tirrikjedi emendi sostantivi għar-Regolament dwar l-Eurojust kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika
Il-proposta tħabbret fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE bħala parti minn inizjattiva usa’ li tippermetti l-komunikazzjoni elettronika sigura u l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-qrati, l-awtoritajiet nazzjonali, u l-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. F’konformità mal-Komunikazzjoni, hija tibni fuq l-e-CODEX bħala l-istandard tad-deheb għal komunikazzjoni diġitali sigura fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera. Bħala parti mill-pakkett dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja u flimkien mal-inizjattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera u l-inizjattiva dwar il-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tal-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti, din hija waħda mill-proposti elenkati fil-pjan ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2021 taħt l-intestatura “Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea”.
Il-proposta tqis ukoll il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI sabiex tallinjaha mad-Direttiva (UE) 2016/680 (id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data – LED). Se tkun meħtieġa koordinazzjoni mill-qrib matul il-proċess leġiżlattiv kollu sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-emendi.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-importanza tat-titjib tal-iskambju diġitali tad-data dwar każijiet ta’ terroriżmu u tal-immodernizzar tas-CMS tal-Eurojust ġiet enfasizzata f’diversi dokumenti ta’ livell għoli, bħall-istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE, l-aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE u l-istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata. F’din tal-aħħar, il-Kummissjoni ħabbret li se tappoġġa l-modernizzazzjoni tas-CMS tal-Eurojust sabiex tgħin lill-Eurojust tipprovdi feedback lill-awtoritajiet nazzjonali u tidentifika rabtiet ġudizzjarji bejn l-investigazzjonijiet pendenti.
Il-proposta tieħu kont sħiħ ukoll tal-mandat, li bih il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja aktar ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u 13-il pajjiż terz ieħor.
Hija tqis ukoll il-kooperazzjoni tal-Eurojust ma’ korpi jew aġenziji oħra tal-UE, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-Europol bħala l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni tal-pulizija, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), u l-importanza ta’ skambju sigur ta’ data u l-istabbiliment ta’ konnessjonijiet hit/no-hit bejn xi wħud minnhom.
Fid-dawl tan-natura sensittiva għolja tal-iskambju tal-informazzjoni, huwa essenzjali li l-implimentazzjoni tal-approċċ tas-sett ta' għodod dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja, anki permezz ta’ din il-proposta, isseħħ b’mod li jiggarantixxi standards għoljin taċ-ċibersigurtà. Dan huwa konsistenti bl-approċċ spjegat fl-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tal-UE u l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha (NIS2), bil-għan li ttejjeb ulterjorment il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet pubbliċi u privati, awtoritajiet kompetenti u l-Unjoni kumplessivament fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-ħarsien tal-infrastruttura kritika. Waqt li l-ġudikatura fl-Istati Membri mhix fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta NIS2, huwa essenzjali li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ miżuri nazzjonali li jiżguraw livell ta’ ċibersigurtà kumparabbli.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għall-emendar tar-Regolament dwar l-Eurojust hija l-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont l-Artikolu 85 TFUE, l-istruttura, l-operat, il-qasam ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust għandhom jiġu ddeterminati b’regolament. Dan jinkludi wkoll l-istabbiliment ta’ mezz(i) ta’ komunikazzjoni sigur(i) bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Eurojust kif ukoll il-kooperazzjoni tal-Eurojust ma’ LPs ta’ pajjiżi terzi sekondati mal-Eurojust.
Fir-rigward tal-emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar il-konċessjoni ta’ referenzi għall-Eurojust, dawk l-emendi huma ta’ natura purament konsegwenzjali għall-emendi rigward ir-Regolament dwar l-Eurojust. Għalhekk, dawn jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq l-Artikolu 85 TFUE.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), azzjoni fil-livell tal-UE għandha tittieħed biss meta l-għanijiet ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE. Hemm ukoll il-ħtieġa li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jitqabblu mal-problema identifikata.
Peress li r-reati terroristiċi huma ta’ spiss ta’ natura transfruntiera, azzjoni fil-livell nazzjonali waħedha ma tistax tiġġieled kontrihom b’mod effettiv. Huwa għalhekk li l-Istati Membri jagħżlu li jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw it-theddid tat-terroriżmu. Huma jfittxu li jikkoordinaw ir-rispons ġudizzjarju tagħhom u jikkooperaw sabiex jindirizzaw sfidi komuni. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali, l-Eurojust hija espressjoni qawwija ta’ dan l-isforz mill-Istati Membri sabiex iżommu liċ-ċittadini tagħhom sikuri billi jaħdmu flimkien.
Hemm ħtieġa speċifika għal azzjoni tal-UE minħabba li l-miżuri previsti għandhom dimensjoni intrinsika tal-UE. Huma għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċità tal-Eurojust li taġixxi. Hija l-missjoni tal-Eurojust li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fir-rigward tal-kriminalità serja inkluż it-terroriżmu li jaffettwa żewġ Stati Membri jew aktar jew li jeħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dan l-objettiv jista’ jintlaħaq biss fil-livell tal-UE, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-Istati Membri ma jistgħux joħolqu qafas legali aktar xieraq għall-funzjonament tas-CTR u li temenda d-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI biss. Għalhekk hija l-UE li għandha tistabbilixxi l-istrumenti legalment vinkolanti sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati tal-UE.
•Proporzjonalità
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, jeħtieġ li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jkunu jaqblu mal-problema identifikata. Il-problemi kollha indirizzati f’din il-proposta jitolbu appoġġ fil-livell tal-UE sabiex l-Istati Membri jindirizzaw dawn il-problemi b’mod effettiv.
L-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tal-proposta għandhom l-għan li jintegraw aħjar is-CTR fil-qafas legali u tekniku tal-Eurojust u jtejbu l-kooperazzjoni mal-LPs ta’ pajjiżi terzi. Mingħajr dawn l-emendi, l-Eurojust ma tistax tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet simultanji. Hija ma tistax taqdi r-rwol kruċjali tagħha fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ forom serji ta’ kriminalità, speċjalment it-terroriżmu. Sabiex l-Eurojust tkun tista’ twettaq bis-sħiħ il-kompitu kruċjali tagħha, huwa meħtieġ li jiġi żgurat is-segwitu ġudizzjarju koordinat.
Minħabba n-natura transfruntiera dejjem tikber tal-kriminalità organizzata u tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, iffaċilitati bl-użu ta’ għodod ta’ komunikazzjoni diġitali, huwa meħtieġ ukoll approċċ aktar ikkoordinat fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet spiss jinvolvu awtoritajiet minn barra l-UE. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv.
•Għażla tal-istrument
L-Artikolu 1 tal-proposta jemenda r-Regolament dwar l-Eurojust. L-Artikolu 85 tat-TFUE jipprovdi l-bażi ġuridika għar-Regolament dwar l-Eurojust. Dan jipprevedi li l-Eurojust tkun irregolata minn regolament li għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
L-Artikolu 2 tal-proposta għandu l-għan li jemenda Deċiżjoni tal-Kunsill, li ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-2009. Peress li dawn l-emendi huma ta’ natura purament konsegwenzjali għall-emendi għar-Regolament dwar l-Eurojust, dawn jistgħu jiġu inklużi bħala kwistjoni anċillari fir-regolament li jemenda r-Regolament dwar l-Eurojust.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Saret konsultazzjoni mmirata estensiva sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fit-tħejjija tal-proposta. Il-konsultazzjonijiet inkludew kuntatti bilaterali, laqgħat mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti, kontribuzzjoni bil-miktub u stħarriġ tal-prattikanti.
Il-Kummissjoni ġabret firxa wiesgħa u bbilanċjata ta’ fehmiet dwar din il-kwistjoni billi tat l-opportunità lill-partijiet rilevanti kollha sabiex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali bħall-korrispondenti nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu, il-prosekuturi u l-imħallfin, l-Eurojust, l-uffiċċji u l-amministrazzjoni nazzjonali tagħha, il-Koordinatur Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, l-Europol, l-akkademiċi, id-drittijiet fundamentali u l-partijiet ikkonċernati tal-protezzjoni tad-data ġew inklużi fil-proċess ta’ konsultazzjoni.
Barra minn hekk, fis-17 ta’ Ġunju 2021, il-kwistjoni ġiet diskussa fil-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Politika Kriminali tal-UE, li jikkonsisti minn akkademiċi u prattikanti fil-liġi kriminali tal-UE, u, fl-24 ta’ Ġunju 2021, il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali tal-Kummissjoni, li jikkonsisti minn esperti mill-Istati Membri.
Il-partijiet ikkonċernati kollha laqgħu l-inizjattiva b’mod ġenerali u qablu mal-oqsma problematiċi identifikati. Il-partijiet ikkonċernati kienu pjuttost ċari dwar l-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża mal-Eurojust: għandha tkun id-data meħtieġa sabiex jiġu identifikati s-suġġetti tal-investigazzjonijiet. B’mod ġenerali, ir-rispondenti kienu sodisfatti bil-firxa tad-data miġbura permezz tal-mudell attwali tal-Eurojust tas-CTR.
Kien hemm appoġġ qawwi għall-introduzzjoni ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri bejn l-Istati Membri u l-Eurojust. L-Eurojust tippreferi kanali ta’ komunikazzjoni siguri għad-data personali operazzjonali kollha mibgħuta lill-Eurojust. Ħafna partijiet ikkonċernati enfasizzaw li s-CMS attwali mhux se jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti previsti għas-CTR.
Kien hemm qbil ġenerali li l-LPs għandu jkollhom aċċess operattiv għas-CMS. L-Istati Membri u l-prattikanti tal-Eurojust indikaw li pajjiżi terzi, li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni u għalhekk jistgħu jistazzjonaw Prosekutur ta’ Kollegament fil-Eurojust, għandhom ikunu jistgħu jiftħu u jagħlqu l-każijiet b’mod indipendenti.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-proposta hija bbażata fuq is-sejbiet tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali. L-istudju wettaq rieżami tal-ħtiġijiet u tal-għażliet sabiex tinħoloq “Ġustizzja Kriminali Diġitali Transfruntiera”, infrastruttura tal-IT rapida, affidabbli u sigura sabiex l-awtoritajiet nazzjonali tal-prosekuzzjoni fl-Istati Membri jkunu jistgħu jinteraġixxu mal-kontropartijiet nazzjonali tagħhom, l-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) u l-korpi tal-UE fil-qasam tal-ĠAI.
•Valutazzjoni tal-impatt
Ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt, peress li l-proposta prinċipalment għandha l-għan li tistabbilixxi soluzzjoni teknika aġġornata għall-appoġġ tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Eurojust, mingħajr ma jinbidlu l-prinċipji ewlenin, li jirfdu l-qafas ta’ kooperazzjoni legali eżistenti.
Madankollu, id-dipartimenti tal-Kummissjoni ħejjew dokument analitiku ta’ appoġġ fil-forma ta’ dokument ta’ ħidma tal-persunal, li jakkumpanja l-proposta. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal fih deskrizzjoni dettaljata tal-problema, iħares lejn il-motivaturi sottostanti u jistabbilixxi l-objettivi tal-proposta. Dan janalizza s-soluzzjoni proposta fid-dawl tal-effikaċja, iżda wkoll l-impatti potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali.
Fid-dokument ta’ sostenn analitiku, il-problemi ewlenin identifikati kienu li l-Eurojust ma tirċevix informazzjoni komprensiva dwar każijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li s-CMS tal-Eurojust ma tappoġġax l-identifikazzjoni awtomatizzata tar-rabtiet u li l-kooperazzjoni mal-prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi ma hijiex effiċjenti. Bħala soluzzjoni huwa ssuġġerit li jiġi ċċarat u msaħħaħ l-obbligu li tiġi kondiviża l-informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu mal-Eurojust, li tiġi modernizzata s-CMS tal-Eurojust u li tittejjeb il-bażi ġuridika għall-kooperazzjoni mal-LPs ta’ pajjiżi terzi.
L-effiċjenza mtejba tal-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Eurojust, inkluż l-użu ta’ kanal(i) ta’ komunikazzjoni sigur(i) hija mistennija li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-Eurojust sabiex tidentifika rabtiet bejn il-proċedimenti pendenti u dawk konklużi b’mod sinifikanti. Il-modernizzazzjoni tal-ambjent tal-ipproċessar tad-data tal-Eurojust għandha l-istess objettiv. L-identifikazzjoni ta’ tali rabtiet hija mistennija li tgħin lill-awtoritajiet ġudizzjarji fi stadji differenti tal-proċedimenti nazzjonali sabiex jidentifikaw u jwettqu l-prosekuzzjoni b’suċċess ta’ persuni suspettati b’reati terroristiċi jew dawk involuti f’reati serji oħra u b’rabta ma’ tali suspettati. Li l-Eurojust tkun tista’ tappoġġa lill-Istati Membri bil-potenzjal sħiħ tagħha għandu jsaħħaħ b’mod sinifikanti r-rispons ġudizzjarju fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja.
•Drittijiet fundamentali
Minħabba l-importanza tal-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u l-attivitajiet ta’ appoġġ tal-Eurojust, il-proposta titfa’ dawl fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dawn jinkludu d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. Dan huwa ta’ importanza partikolari peress li l-proposta tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali sensittiva relatata ma’ investigazzjonijiet u kundanni kriminali kif ukoll data bijometrika. Peress li din hija waħda mill-objettivi ewlenin tal-proposta li tippermetti lill-Eurojust tistabbilixxi rabtiet bejn l-investigazzjonijiet tat-terroriżmu, u dan huwa possibbli biss meta l-Eurojust tirċievi biżżejjed informazzjoni, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-ammont ta’ data mibgħuta lill-Eurojust. Għal din id-data, jeħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji suffiċjenti. Dan jinkludi limitazzjoni stretta tal-iskop, speċjalment meta din tikkonċerna data bijometrika. L-użu ta’ kanal(i) ta’ komunikazzjoni siguri u s-CMS modernizzata l-ġdida se jikkontribwixxu għal protezzjoni aħjar tad-data pproċessata mill-Eurojust. Fit-tfassil tas-CMS, se ssir enfasi fuq il-protezzjoni tad-data b’mod prestabbilit u mit-tfassil. Barra minn hekk, il-prinċipju sottostanti tal-kontroll tad-data mill-membri nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux se jinbidel. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah jivvaluta l-impatt tal-proposta fuq id-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji f’aktar dettall.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Din il-proposta jkollha impatt fuq il-baġit tal-Eurojust u l-ħtiġijiet tal-persunal tagħha. Huwa stmat li EUR 33 miljun oħra se jkunu meħtieġa skont id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta.
Abbażi tal-analiżi tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali, il-kostijiet għal CMS imfassla mill-ġdid huma stmati għal EUR 31 miljun inklużi l-kostijiet tal-bini, l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni għal sentejn. L-Eurojust diġà rċeviet EUR 9,5 miljun permezz ta’ trasferiment baġitarju mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) f’Ottubru 2021, liema fatt jispjega għaliex il-kostijiet pendenti għas-CMS huma stmati għal EUR 21,5 miljun. Barra minn hekk, madwar EUR 11,5 miljun se jkunu meħtieġa sabiex ikopru ħtiġijiet addizzjonali ta’ persunal għall-perjodu tal-bini u tal-operat ta’ erba’ snin. Dawn il-25 kariga addizzjonali jkunu postijiet permanenti sabiex jiġi żgurat li l-Eurojust ikollha r-riżorsi sabiex timplimenta l-kompiti tagħha.
Il-kompiti msaħħa għall-Eurojust skont din il-proposta għalhekk ikunu jeħtieġu aktar riżorsi finanzjarji u umani meta mqabbla mar-riżorsi allokati fil-baġit tal-UE (QFP) 2021-2027.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
L-iskeda ta’ żmien sabiex tiġi implimentata CMS tal-Eurojust ġdida, kanali ta’ komunikazzjoni siguri u għodda ta’ komunikazzjoni għall-iskambju ta’ data b’mod strutturat huma bbażati fuq l-analiżi fl-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali. Għas-CTR, wara fażi preparatorja ta’ sitt xhur, il-fażi tal-akkwist u l-implimentazzjoni tkun teħtieġ madwar 20 xahar. Għalhekk, is-soluzzjoni teknika l-ġdida għandha tkun operazzjonali fi żmien madwar sentejn wara l-adozzjoni tal-proposta. Għall-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri, huwa meħtieġ att ta’ implimentazzjoni.
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data tal-Eurojust se jkunu importanti sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħha u l-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali. Fil-biċċa l-kbira, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jitwettqu skont ir-Regolament dwar l-Eurojust fis-seħħ. Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Eurojust u l-attivitajiet tal-Eurojust sat-13 ta’ Diċembru 2024. L-evalwazzjoni se titwettaq kull ħames snin sabiex tivvaluta l-implimentazzjoni u l-impatt tar-Regolament u l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament dwar l-Eurojust.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta tiddikjara li r-Regolament dwar l-Eurojust u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI għandhom jiġu emendati sabiex jiċċaraw u jsaħħu l-obbligu legali tal-Istati Membri li jikkondividu data dwar reati terroristiċi mal-Eurojust. Il-kondizzjonijiet li taħthom l-LPs ta’ pajjiżi terzi ssekondati mal-Eurojust jistgħu jiksbu aċċess għas-CMS f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data għandhom jiġu ċċarati wkoll. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll kanali ta’ komunikazzjoni siguri u ambjent tal-ipproċessar tad-data aktar flessibbli.
L-Artikolu 1 tar-Regolament jemenda r-Regolament dwar l-Eurojust:
Sabiex jiġi żgurat li l-Eurojust tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-Artikolu 1(1) tal-proposta jiċċara fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament dwar l-Eurojust li l-Eurojust tista’ tappoġġa wkoll każijiet bejn Stat Membru wieħed u pajjiż terz jew Stat Membru wieħed u organizzazzjoni internazzjonali. Din tal-aħħar tkun ta’ rilevanza partikolari għall-kooperazzjoni potenzjali mal-Interpol jew mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, eż. f’dak li għandu x’jaqsam ma’ evidenza mill-kamp tal-battalja.
L-Artikolu 1(2) tal-proposta jintroduċi obbligu tal-Istati Membri li jaħtru korrispondent nazzjonali wieħed jew aktar għat-terroriżmu u li jipprovdulhom setgħat suffiċjenti, preċedentement ibbażati fuq l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-Regolament dwar l-Eurojust, biż-żieda ta’ paragrafu 2a ġdid mal-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-Eurojust. L-Artikolu 1(3) huwa emenda konsegwenzjali, wara l-inklużjoni tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni f’każijiet ta’ terroriżmu fir-Regolament dwar l-Eurojust u li jiġi previst obbligu aktar ġenerali li tiġi pprovduta data b’mod strutturat lill-Eurojust fl-Artikolu 22a ġdid.
L-Artikolu 1(4) tal-proposta jintroduċi Artikolu 21a ġdid għar-Regolament dwar l-Eurojust. L-Artikolu 21a jiċċara u jsaħħaħ l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar proċedimenti ta’ terroriżmu, preċedentement ibbażati fuq l-Artikolu 2(3) flimkien mal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. L-Artikolu 21a jistabbilixxi l-każijiet, li fihom l-Istati Membri huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti ġudizzjarji għal reati terroristiċi, b’mod aktar preċiż. Barra minn hekk, dan jidentifika l-istadju tal-investigazzjonijiet kriminali u tal-proċedimenti nazzjonali u t-tip ta’ informazzjoni b’mod aktar ċar.
L-Artikolu 1(5) tal-proposta jipprevedi, f’Artikolu 22a ġdid, l-istabbiliment u l-użu ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri bejn l-Istati Membri kollha u l-Eurojust meta jiskambjaw data sensittiva. L-Artikolu 22a jobbliga wkoll lill-Istati Membri jipprevedu aġġornament semiawtomatizzat ta’ data strutturata minn bażijiet ta’ data nazzjonali. Semiawtomatizzata tfisser modalità ta’ trażmissjoni, li hija parzjalment awtomatizzata u parzjalment ikkontrollata mill-bniedem. L-Artikolu 22b l-Artikolu 22c jistabbilixxu qafas għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni.
L-emendi għall-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-Eurojust, li jinsabu fl-Artikolu 1(6) tal-proposta, għandhom l-għan li jagħmlu r-regoli dwar l-ipproċessar tad-data tar-Regolament dwar l-Eurojust ftit aktar flessibbli. Filwaqt li l-prinċipji ewlenin jibqgħu fis-seħħ, issa se jkun possibbli li tinħażen l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 21 dwar reati serji u skont l-Artikolu 21a dwar proċedimenti kontra t-terroriżmu fi struttura differenti u għal perjodu itwal minn dak fil-fajls ta’ ħidma temporanji attwali. Il-proposta tħassar id-dettalji tekniċi relatati mas-CMS, sabiex is-sistema tkun tista’ tiġi modernizzata. Minkejja dan, il-prinċipju tal-ħżin temporanju se jinżamm ukoll għal din id-data, anke jekk il-perjodi ta’ żamma huma kemxejn itwal għall-informazzjoni skont l-Artikolu 21a. L-Artikolu 23 rivedut jistabbilixxi l-għanijiet tas-CMS b’mod aktar ċar.
L-Artikolu 1(6) jemenda wkoll l-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-Eurojust, filwaqt li jżomm il-prinċipju attwali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fis-CMS. L-Artikolu 24(1) jenfasizza l-kontroll u r-responsabbiltà tal-membri nazzjonali għad-data fis-CMS. F’konformità mal-Artikolu 24(2), il-membri nazzjonali jkomplu jiddeċiedu d-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni ġestita minnhom. L-Artikolu 24(3) jintroduċi bażi ġuridika għal segwitu aktar awtomatizzat dwar ir-retikolazzjonijiet, f’każ li l-awtoritajiet nazzjonali jawtorizzaw il-kondiviżjoni tad-data ma’ ċerti partijiet qabel ma jkun hemm detezzjoni ta’ rabta.
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 1(6) iġib miegħu emendi konsegwenzjali għall-Artikolu 25 tar-Regolament dwar l-Eurojust, li jirriżultaw mit-tħassir tad-dettalji tekniċi mill-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-Eurojust.
L-Artikolu 1(7) jemenda l-Artikolu 27 tar-Regolament dwar l-Eurojust, sabiex jippermetti t-trattament kontinwu ta’ data f’każijiet ta’ terroriżmu, li fihom il-każijiet ġew konklużi skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tkun permessa d-detezzjoni b’mod effettiv tar-rabtiet bejn l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, anke data dwar investigazzjonijiet preċedenti, inklużi dawk li spiċċaw b’liberazzjoni jew li ġew konklużi b’xi mod ieħor, jistgħu jkomplu jiġu pproċessati għal ċertu ammont ta’ żmien.
L-Artikolu 1(8) jintroduċi perjodi ta’ żamma ġodda u itwal għad-data previsti fl-Artikolu 21a tar-Regolament dwar l-Eurojust sabiex jiġi żgurat li d-data tinħażen għal żmien twil biżżejjed sabiex jippermetti d-detezzjoni aktar effettiva ta’ retikolazzjonijiet f’każijiet ta’ terroriżmu. Id-data f’każijiet li ma rriżultawx f’kundanna, għandhom perjodi ta’ żamma iqsar sabiex jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Sabiex tiġi ċċarata l-kooperazzjoni mal-LPs ta’ pajjiżi terzi fil-Eurojust, l-Artikolu 1(9) tal-proposta jipprevedi l-Artikolu 54a ġdid tar-Regolament dwar l-Eurojust, li jagħti aċċess lill-LPs ta’ pajjiżi terzi għas-CMS. Madankollu, id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix bażi ġuridika għall-kondiviżjoni tad-data. It-trasferiment ta’ data lil Prosekutur ta’ Kollegament huwa trasferiment ta’ data lejn pajjiż terz u għalhekk dejjem irid jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 56 tar-Regolament dwar l-Eurojust.
L-Artikolu 1(10) jemenda l-Artikolu 80 tar-Regolament dwar l-Eurojust. Fih dispożizzjonijiet tranżizzjonali, li jieħdu inkunsiderazzjoni li se jieħu ċertu ammont ta’ żmien sakemm l-infrastruttura teknika meħtieġa tkun fis-seħħ.
L-Artikolu 1(11) jintroduċi Anness III ġdid, li jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Eurojust skont l-Artikolu 21a tar-Regolament dwar l-Eurojust. Il-lista tinkludi data bijometrika, marki tas-swaba’ u ritratti sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni affidabbli ta’ persuni suspettati, b’kont meħud tan-nuqqas ta’ affidabbiltà ta’ informazzjoni alfanumerika, speċjalment dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Fi proċedimenti ta’ terroriżmu, ritratt spiss ikun l-unika rabta mas-suspettati fil-fażi investigattiva, u huwa għalhekk li r-rikonoxximent tal-wiċċ għandu jiġi inkluż ukoll. Din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jkollhom aċċess għaliha.
L-Artikolu 2 jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar il-punti li ġejjin:
Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI u r-Regolament dwar l-Eurojust, ġew imnaqqxa r-referenzi għall-Eurojust fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a) u (c) tar-Regolament propost iħassru l-Artikolu 1(c) u l-Artikolu 2(2) u (5) mid-Deċiżjoni. Fl-Artikolu 2(2)(b), il-proposta tneħħi r-referenza għall-Eurojust mill-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni.
2021/0393 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa l-Eurojust u jistabbilixxi l-kompiti, il-kompetenza u l-funzjonijiet tagħha.
(2)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tistabbilixxi li sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu huwa essenzjali li jkun hemm l-aktar informazzjoni sħiħa u aġġornata possibbli. Dan jobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri sabiex jipprovdu lill-Eurojust b’informazzjoni dwar prosekuzzjonijiet u kundanni għal reati terroristiċi, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar.
(3)L-inkonsistenzi fl-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI jikkawżaw li l-informazzjoni ma tiġix kondiviża fil-ħin opportun, li l-informazzjoni li tiġi kondiviża ma tkunx dik xierqa jew l-informazzjoni sempliċiment ma tiġix kondiviża. L-Eurojust teħtieġ li tirċievi biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet transfruntiera.
(4)L-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, inkluża l-identifikazzjoni ta’ rabtiet, hija kompitu importanti tal-Eurojust skont ir-Regolament (UE) 2018/1727. Dan jippermetti lill-Eurojust tieħu approċċ aktar proattiv u tipprovdi servizzi aħjar lill-Istati Membri, pereżempju tissuġġerixxi l-bidu ta’ investigazzjonijiet, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ koordinazzjoni, każijiet potenzjali ta’ ne bis in idem u lakuni fil-prosekuzzjoni.
(5)F’Settembru 2019, l-Eurojust stabbiliet ir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu bbażat fuq id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI bl-objettiv speċifiku li jiġu identifikati rabtiet potenzjali bejn il-proċedimenti ġudizzjarji kontra s-suspettati ta’ reati terroristiċi u l-ħtiġijiet possibbli ta’ koordinazzjoni li jirriżultaw minn dawn.
(6)Peress li r-reġistru ġie stabbilit wara li r-Regolament (UE) 2018/1727 kien diġà ġie adottat, ir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu la huwa teknikament integrat tajjeb fil-Eurojust u lanqas integrat legalment tajjeb fir-Regolament (UE) 2018/1727. Għalhekk, jeħtieġ li dan jiġi rrimedjat.
(7)Sabiex it-terroriżmu jiġi miġġieled b’mod effettiv, l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-Unjoni huwa kruċjali. Huwa essenzjali li jkun hemm l-aktar informazzjoni kompluta u aġġornata possibbli. Il-persistenza tat-theddida terroristika u l-kumplessità tal-fenomenu jqajmu l-ħtieġa għal skambju dejjem akbar ta’ informazzjoni.
(8)Peress li l-organizzazzjonijiet terroristiċi huma dejjem aktar involuti f’forom oħra ta’ reati serji, bħat-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-drogi jew il-ħasil tal-flus, huwa meħtieġ ukoll li l-proċedimenti ġudizzjarji kontra reati serji bħal dawn jiġu kontroverifikati.
(9)Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika retikolazzjonijiet bejn proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera kontra persuni suspettati b’ reati terroristiċi kif ukoll retikolazzjonijiet bejn proċedimenti ġudizzjarji kontra persuni suspettati b’reati terroristiċi u informazzjoni pproċessata fil-Eurojust relatata ma’ każijiet oħra ta’ reati serji, huwa essenzjali li l-Eurojust tirċievi informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Eurojust tivverifika din id-data.
(10)L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jkunu jafu eżattament x’tip ta’ informazzjoni għandhom jittrażmettu lill-Eurojust, f’liema stadju tal-proċedimenti nazzjonali u f’liema każijiet, sabiex jipprovdu tali data. Dan huwa mistenni li jżid b’mod sinifikanti l-informazzjoni li tirċievi l-Eurojust.
(11)Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija l-punt ta’ referenza għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiddefinixxu r-reati terroristiċi kif implimentati fil-liġi nazzjonali.
(12)Għall-identifikazzjoni ta’ retikolazzjonijiet bejn investigazzjonijiet ta’ terroriżmu u proċedimenti ġudizzjarji kontra suspettati ta’ reati terroristiċi, huwa kruċjali li jkun hemm data ta’ identifikazzjoni affidabbli. Minħabba l-inċertezzi rigward id-data alfanumerika speċjalment għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandu jkun possibbli li jsir skambju ta’ data bijometrika. Minħabba n-natura sensittiva tad-data bijometrika u l-impatt li l-ipproċessar tad-data bijometrika għandu fuq ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data personali, kif minquxa fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f’kull każ għandu jiġi applikat test strett tan-neċessità mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Eurojust.
(13)Peress li l-informazzjoni dwar retikolazzjonijiet eżistenti ma’ proċeduri ġudizzjarji oħra hija l-aktar utli fi stadju bikri tal-investigazzjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu informazzjoni lill-Eurojust hekk kif l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu involuti. Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu diġà konxji ta’ retikolazzjonijiet, huma għandhom jinfurmaw lill-Eurojust b’dan.
(14)Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tad-data fir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, sabiex jiġu identifikati retikolazzjonijiet kmieni u sabiex jiġi żgurat li l-limiti ta’ żmien jiġu rispettati, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaġġornaw l-informazzjoni pprovduta regolarment. Tali aġġornamenti għandhom jinkludu informazzjoni ġdida relatata mal-persuna taħt investigazzjoni, deċiżjonijiet ġudizzjarji bħal arrest preventiv jew il-ftuħ tal-proċedimenti ġudizzjarji u talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew rabtiet identifikati ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra.
(15)Minħabba n-natura sensittiva tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra s-suspettati ta’ reati terroristiċi, ma huwiex dejjem possibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jikkondividu l-informazzjoni dwar reati terroristiċi fl-aktar stadju bikri. Tali derogi mill-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni għandhom jibqgħu eċċezzjoni.
(16)Għall-finijiet tal-iskambju u l-ipproċessar ta’ data sensittiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust għall-protezzjoni ta’ tali data kontra divulgazzjoni mhux awtorizzata u attakki ċibernetiċi, u mingħajr preġudizzju għal żviluppi teknoloġiċi futuri, għandhom jintużaw kanali ta’ komunikazzjoni siguri, bħall-konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni siguri msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI jew is-sistema tal-IT deċentralizzata kif definita fir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja]. Sabiex id-data tiġi skambjata b’mod sigur u tiġi protetta l-integrità tal-komunikazzjoni u l-iskambju tad-data, is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għandha tkun konnessa ma’ tali sistemi ta’ komunikazzjoni siguri u tissodisfa standards għolja taċ-ċibersigurtà.
(17)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment u l-użu tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-każijiet mhux koperti mir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja], il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(18)It-trażmissjoni ta’ data mhux strutturata toħloq il-ħtieġa ta’ intervent manwali, toħloq piż amministrattiv addizzjonali, u tnaqqas il-kwalità tar-riżultati tal-kontroverifika. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jittrażmettu d-data b’mod strutturat filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti minimi tal-interoperabbiltà kif definiti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà. Barra minn hekk, it-trasferiment tad-data għandu jiġi awtomatizzat kemm jista’ jkun sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-awtoritajiet nazzjonali u sabiex jiġi żgurat li d-data meħtieġa tiġi pprovduta regolarment u malajr.
(19)Sistema modernizzata ta’ ġestjoni tal-każijiet hija meħtieġa għall-Eurojust sabiex tipproċessa d-data personali sensittiva b’mod sigur. Jeħtieġ li s-sistema l-ġdida tintegra u tippermetti l-funzjonalitajiet tar-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u ttejjeb il-kapaċitajiet tal-Eurojust fir-rigward tad-detezzjoni tar-rabta.
(20)Huwa importanti li jinżammu l-kontroll u r-responsabbiltà tal-membri nazzjonali għad-data, li huma jirċievu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-ebda data personali operazzjonali ma għandha tiġi kondiviża ma’ Stat Membru ieħor b’mod awtomatiku. Id-data personali operazzjonali għandha tiġi kondiviża biss sakemm l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jawtorizzaw l-iskambju tad-data. Sabiex jiġi diġitalizzat u mħaffef is-segwitu tar-rabtiet potenzjali filwaqt li jiġi żgurat kontroll sħiħ fuq id-data, għandhom jiġu introdotti kodiċijiet ta’ ġestjoni.
(21)L-attivitajiet terroristiċi spiss jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar. It-terroriżmu diġà kellu komponent transfruntier b’saħħtu fil-passat. Madankollu, bl-użu u d-disponibbiltà tal-komunikazzjoni elettronika, il-kollaborazzjoni transfruntiera bejn it-trasgressuri terroristiċi żdiedet b’mod sinifikanti. Għalhekk, ir-reati terroristiċi għandhom jitqiesu minnhom infushom transfruntiera fin-natura tagħhom, jekk iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ ma jindikawx b’mod ċar karattru purament nazzjonali.
(22)L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f’każijiet ta’ terroriżmu spiss jiġu mxekkla min-nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni. Sabiex l-investigazzjonijiet terroristiċi ġodda jkunu jistgħu jiġu kontroverifikati wkoll mal-investigazzjonijiet preċedenti u jiġu stabbiliti rabtiet potenzjali, huwa meħtieġ li tinħażen id-data dwar kwalunkwe investigazzjoni preċedenti, mhux biss dwar kundanni u li jiġu estiżi l-limiti ta’ żmien għall-ħżin tad-data fir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li tali data tiġi pproċessata għal finijiet ta’ prosekuzzjoni biss. L-informazzjoni ma tista’ tintuża għall-ebda ħaġa oħra minbarra għall-identifikazzjoni ta’ rabtiet ma’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet pendenti u għall-appoġġ ta’ dawk l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet.
(23)L-Eurojust ikkonkludiet tnax-il ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, li jippermettu t-trasferiment ta’ data personali operazzjonali u l-issekondar ta’ prosekutur ta’ kollegament ta’ pajjiż terz lill-Eurojust. Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jippermetti l-issekondar ta’ prosekutur ta’ kollegament. F’Marzu 2021, il-Kunsill ikkonċeda mandat lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja aktar ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u tlettax-il stat terz ieħor.
(24)Filwaqt li r-Regolament (UE) 2018/1727 jipprovdi bażi ġuridika għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ data ma’ pajjiżi terzi, ma fih l-ebda regola dwar l-aspetti formali u tekniċi tal-kooperazzjoni mal-prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi ssekondati lill-Eurojust, b’mod partikolari l-aċċess tagħhom għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. Fl-interess taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (UE) 2018/1727 għandu jipprovdi bażi ġuridika espliċita għall-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-prosekuturi ta’ kollegament tal-pajjiżi terzi u l-aċċess tagħhom għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust. L-Eurojust għandha tiżgura salvagwardji u miżuri ta’ sigurtà adegwati għall-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet fundamentali permezz tal-istruttura teknika u r-regoli interni.
(25)Fl-interess taċ-ċarezza, ir-relazzjoni bejn l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar każijiet ta’ terroriżmu mal-Eurojust skont id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI u r-Regolament (UE) 2018/1727 għandha tiġi ċċarata. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jitħassru mid-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI u jiżdiedu mar-Regolament (UE) 2018/1727.
(26)Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ xi Stati Membri diġà huma konnessi ma’ konnessjoni tat-telekomunikazzjoni sigura kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI, ħafna awtoritajiet kompetenti għadhom ma humiex konnessi ma’ konnessjoni tat-telekomunikazzjoni sigura jew kanali ta’ komunikazzjoni siguri. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien sabiex jipprovdu tali konnessjoni għall-awtoritajiet kompetenti, għandu jingħata perjodu tranżizzjonali għall-implimentazzjoni.
(27)[F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.] JEW [F’konformità mal-Artikolu 3 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda innotifikat [, b’ittra ta’ …,] ix-xewqa tagħha li ma tiħux sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.]
(28)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.
(29)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ħareġ opinjoni fil-XX/XX 20XX,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1727
Ir-Regolament (UE) 2017/1727 huwa emendat kif ġej:
(1)l-Artikolu 3(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5. L-Eurojust tista’ tassisti wkoll f’investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss Stat Membru u pajjiż terz jew Stat Membru u organizzazzjoni internazzjonali, dment li jkun ġie konkluż ftehim jew arranġament ta’ kooperazzjoni li jistabbilixxi kooperazzjoni skont l-Artikolu 52 ma’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew dment li f’każ speċifiku jkun hemm interess essenzjali fl-għoti ta’ tali assistenza.”;
(2)fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti bħala korrispondent nazzjonali tal-Eurojust għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu. Dan il-korrispondent nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu għandu jkun awtorità ġudizzjarja jew awtorità kompetenti oħra. Fejn teħtieġ is-sistema legali nazzjonali, tista’ tinħatar aktar minn awtorità waħda. Il-korrispondent nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 21a(1). Hija għandha tkun kompetenti sabiex tiġbor tali informazzjoni u tibgħatha lill-Eurojust.”;
(3)L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“9. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa obbligi oħra rigward it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-Eurojust.”;
(b)jitħassar il-paragrafu 10;
(4)jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:
“Artikolu 21a
Skambju ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu
1.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-membri nazzjonali tagħhom dwar kwalunkwe investigazzjoni kriminali pendenti jew konkluża taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, il-prosekuzzjonijiet, il-proċedimenti ġudizzjarji u d-deċiżjonijiet tal-qorti dwar reati terroristiċi hekk kif l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu involuti.
2.Ir-reati terroristiċi għall-fini ta’ dan l-artikolu huma r-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għar-reati terroristiċi kollha irrispettivament minn jekk hemmx rabta magħrufa ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, sakemm il-każ, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu, ma jaffettwax b’mod ċar lil Stat Membru wieħed biss.
3.L-informazzjoni trażmessa f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi d-data personali operazzjonali u d-data mhux personali elenkati fl-Anness III.
4.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-membru nazzjonali tagħhom mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla rilevanti fil-proċedimenti nazzjonali.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirreżaminaw u jipprovdu aġġornament dwar l-informazzjoni trażmessa skont il-paragrafu 1 mill-inqas kull tliet xhur.
5.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni tkun tipperikola l-investigazzjonijiet attwali jew is-sikurezza ta’ individwu, jew meta din tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat.
____________
* Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).”;
(5)l-Artikoli 22a, 22b u 22c li ġejjin huma inseriti:
“Artikolu 22 a
Komunikazzjoni diġitali sigura u skambju ta’ data bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust
1.Il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust skont dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata kif definita fir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*[Ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja].
2.Fejn l-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ma jkunx possibbli minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, dan għandu jitwettaq bl-aktar mezz alternattiv rapidu u xieraq. L-Istati Membri u l-Eurojust għandhom jiżguraw li l-mezzi alternattivi ta’ komunikazzjoni jkunu affidabbli u jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sigurtà.
3.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni f’konformità mal-Artikoli 21 u 21a lill-Eurojust b’mod semiawtomatizzat mir-reġistri nazzjonali u b’mod strutturat determinat mill-Eurojust.
__________
* [Ir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja] (ĠU L...).
Artikolu 22b
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment u l-użu tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament, li jistabbilixxu dan li ġej:
(a)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata;
(b)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni;
(c)l-objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi ta’ sigurtà tal-informazzjoni u livell għoli ta’ ċibersigurtà għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata;
(d)l-objettivi ta’ disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata;
(e)l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
2.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22c(2).
Artikolu 22c
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
__________
* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;
(6)L-Artikoli 23, 24 u 25 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 23
Sistema għall-Ġestjoni tal-Każijiet
1.L-Eurojust għandha tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għall-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali elenkata fl-Anness II, id-data elenkata fl-Anness III u d-data mhux personali.
2.L-għanijiet tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għandhom ikunu li:
(a)tappoġġa l-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li għalihom l-Eurojust qed tipprovdi assistenza;
(b)tiżgura aċċess sigur għal informazzjoni dwar investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet pendenti u l-iskambju tagħha;
(c)tippermetti l-kontroverifika tal-informazzjoni u tistabbilixxi retikolazzjonijiet;
(d)tippermetti l-estrazzjoni ta’ data għal finijiet operazzjonali u statistiċi;
(e)tiffaċilita l-monitoraġġ sabiex tiżgura li l-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali jkun legali u jikkonforma ma’ dan ir-regolament u mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
3.Is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tista’ tkun marbuta mal-konnessjoni tat-telekomunikazzjoni sigura msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI* u kanal(i) ta’ komunikazzjoni siguri oħra f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
4.Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-membri nazzjonali jistgħu jipproċessaw data personali dwar il-każijiet individwali, li jkunu qed jaħdmu fuqhom, f’konformità ma’ dan ir-regolament jew ma’ strumenti applikabbli oħra.
Huma għandhom jippermettu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jkollu aċċess għad-data personali pproċessata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.
5.Għall-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali, l-Eurojust ma tista’ tistabbilixxi l-ebda fajl ta’ data awtomatizzat għajr is-sistema ta’ ġestjoni ta’ każijiet.
Il-membri nazzjonali jistgħu, madankollu, jaħżnu u janalizzaw temporanjament data personali għall-fini li jiġi ddeterminat jekk tali data hijiex rilevanti għall-kompiti tal-Eurojust u tistax tiġi inkluża fis-sistema ta’ ġestjoni tad-data operazzjonali. Dik id-data tista’ tinżamm sa tliet xhur.
Artikolu 24
Ġestjoni tal-informazzjoni fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet
1.Il-membru nazzjonali għandu jaħżen l-informazzjoni trażmessa lilu f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew strumenti oħra applikabbli fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.
Il-membru nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tad-data pproċessata minn dak il-membru nazzjonali.
2.Il-membru nazzjonali għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk għandux iżomm l-aċċess għall-informazzjoni ristretta jew jagħtix aċċess għaliha jew għal partijiet minnha lil membri nazzjonali oħra, lill-prosekuturi ta’ kollegament issekondati lill-Eurojust, lill-persunal awtorizzat tal-Eurojust jew lil kwalunkwe persuna oħra li taħdem f’isem l-Eurojust li tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni meħtieġa mingħand id-Direttur Amministrattiv.
3.Il-membru nazzjonali għandu jindika, f’termini ġenerali jew speċifiċi, kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trattament, l-aċċess u t-trasferiment ulterjuri tal-informazzjoni jekk tkun ġiet identifikata retikolazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(2)(c).
Artikolu 25
Aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet fil-livell nazzjonali
1.Dment li huma konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, il-persuni msemmija fl-Artikolu 20(3) għandu jkollhom aċċess biss għal:
(a)data kkontrollata mill-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom, sakemm il-membru nazzjonali, li jkun iddeċieda li jintroduċi d-data fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, ma ċaħadx espressament tali aċċess;
(b)data kkontrollata minn membri nazzjonali ta’ Stati Membri oħra u li għaliha l-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom ikun irċieva aċċess, sakemm il-membru nazzjonali li jikkontrolla d-data ma jkunx espressament ċaħad tali aċċess.
2.Il-membru nazzjonali għandu, fil-limitazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jiddeċiedi dwar il-limitu tal-aċċess, li jingħata fl-Istat Membru tiegħu lill-persuni msemmija fl-Artikolu 20(3) sa fejn dawn ikunu konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.
3.Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-membru nazzjonali tiegħu, dwar il-grad tal-aċċess, li jingħata f’dak l-Istat Membru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 20(3) sa fejn dawn ikunu konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Eurojust u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b’dan.
___________
* Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).” ;
(7)L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. L-Eurojust tista’ tipproċessa kategoriji speċjali ta’ data personali operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fejn tali data oħra tirreferi għal xhieda jew vittmi fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, id-deċiżjoni li din tiġi pproċessata għandha tittieħed mill-membri nazzjonali kkonċernati.”;
(b)jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:
“5. Meta data personali operazzjonali tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 21a, l-Eurojust tista’ tipproċessa d-data personali operazzjonali elenkata fl-Anness III tal-persuni li ġejjin:
(a)persuni li għalihom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li huma wettqu jew waslu sabiex iwettqu reat kriminali li fir-rigward tiegħu l-Eurojust hija kompetenti;
(b)persuni li ġew ikkundannati għal tali reat.
L-Eurojust tista’ tkompli tipproċessa d-data personali operazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu anke wara li l-proċedimenti jkunu ġew konklużi skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, anke f’każ ta’ liberazzjoni. Fejn il-proċedimenti ma rriżultawx f’kundanna, l-ipproċessar tad-data personali jista’ jsir biss sabiex jiġu identifikati rabtiet ma’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet oħra pendenti jew konklużi kif imsemmi fl-Artikolu 23(2)(c).”;
(8)L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1 a. L-Eurojust ma għandhiex taħżen data personali operazzjonali trażmessa f’konformità mal-Artikolu 21a lil hinn mill-ewwel data applikabbli fost id-dati li ġejjin:
(a)id-data li fiha l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont l-istatut tal-preskrizzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati bl-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet;
(b)ħames snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar Stat Membru kkonċernat mill-investigazzjoni jew mill-prosekuzzjoni saret finali, tliet snin f’każ ta’ liberazzjoni.”;
(b)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:
“2. L-osservanza tal-iskadenzi għall-ħżin imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-artikolu għandha tiġi rieżaminata b’mod kostanti permezz ta’ pproċessar awtomatizzat xieraq imwettaq mill-Eurojust, b’mod partikolari mill-mument li fih l-Eurojust ma tibqax tipprovdi appoġġ.
Għandu jsir ukoll rieżami tal-ħtieġa li tinħażen id-data kull tliet snin wara li tiddaħħal.
Jekk id-data personali operazzjonali msemmija fl-Artikolu 27(4) tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-KEPD għandu jiġi infurmat b’dan.
3. Qabel ma tiskadi waħda mill-iskadenzi għall-ħżin imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a, l-Eurojust għandha tirrieżamina l-ħtieġa li d-data personali operazzjonali tkompli tinħażen fejn u sakemm dan ikun meħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha.
Hija tista’, permezz ta’ deroga, tiddeċiedi li taħżen dik id-data sar-rieżami li jmiss. Ir-raġunijiet għat-tkomplija tal-ħżin għandhom jiġu ġġustifikati u rreġistrati. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-ħażna kontinwa ta’ data personali operazzjonali fil-mument tar-rieżami, dik id-data għandha titħassar awtomatikament.”;
(9)fit-Taqsima III, jiddaħħal l-Artikolu 54a li ġej:
“Artikolu 54 a
Prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi
1.Il-prosekutur ta’ kollegament minn pajjiż terz jista’ jiġi ssekondat lill-Eurojust abbażi ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż qabel it-12 ta’ Diċembru 2019 bejn l-Eurojust u dak il-pajjiż terz jew ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 TFUE li jippermetti l-issekondar ta’ prosekutur ta’ kollegament.
2.Id-drittijiet u l-obbligi tal-prosekutur ta’ kollegament għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni jew fil-ftehim internazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jew fl-arranġament ta’ ħidma konkluż f’konformità mal-Artikolu 47(3).
3.Il-prosekuturi ta’ kollegament issekondati mal-Eurojust għandhom jingħataw aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għall-iskambju sigur tad-data.
It-trasferimenti ta’ data personali operazzjonali lil prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet jistgħu jsiru biss skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-regolament, il-ftehim mal-pajjiż rispettiv jew strumenti legali applikabbli oħra.
It-tieni sentenza tal-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prosekuturi ta’ kollegament.
Il-Kulleġġ għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet dettaljati ta’ aċċess.”;
(10)Fl-Artikolu 80, il-paragrafi 8, 9 u 10 li ġejjin huma miżjuda:
“8. L-Eurojust tista’ tkompli tuża s-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet magħmula minn fajls ta’ ħidma temporanji u minn indiċi sa [l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament], jekk is-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet għadha ma daħlitx fis-seħħ.
9. L-awtoritajiet kompetenti u l-Eurojust jistgħu jkomplu jużaw kanali ta’ komunikazzjoni oħrajn minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 22a(1) sa[l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22b ta’dan ir-regolament], jekk dawk il-kanali ta’ komunikazzjoni jkun għadhom ma humiex disponibbli għal skambju dirett bejniethom.
10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu jipprovdu informazzjoni b’modi oħra li ma humiex semiawtomatiċi f’konformità mal-Artikolu 22a(3) sa[l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22b ta’ dan ir-regolament], jekk ir-rekwiżiti tekniċi jkunu għadhom ma humiex fis-seħħ.”;
(11)jiżdied l-Anness III li ġej:
“Anness III:
(a)informazzjoni sabiex tiġi identifikata l-persuna suspettata, akkużata, ikkundannata jew illiberata:
–il-kunjom (isem il-familja);
–ismijiet (isem mogħti, psewdonimu);
–id-data tat-twelid;
–il-post tat-twelid (belt u pajjiż);
–in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet;
–dokument ta’ identifikazzjoni,
–ġeneru;
(b)informazzjoni dwar ir-reat terroristiku:
–kwalifika legali tar-reat skont il-liġi nazzjonali;
–il-forma applikabbli ta’ reat serju mil-lista msemmija fl-Anness I;
–affiljazzjoni ma’ grupp terroristiku;
–it-tip ta’ terroriżmu, bħall-ġiħadisti, is-separatisti, ix-xellug, il-lemin;
–sommarju qasir tal-każ;
(c)informazzjoni dwar il-proċedimenti nazzjonali:
–l-istatus tal-proċedimenti nazzjonali;
–l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku responsabbli;
–in-numru tal-każ;
–id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ġudizzjarji formali;
–rabtiet ma’ każijiet rilevanti oħra;
(d)informazzjoni sabiex jiġi identifikat is-suspettat, fejn disponibbli, għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
–id-data tal-marki tas-swaba’ li tkun inġabret f’konformità mal-liġi nazzjonali matul proċedimenti kriminali;
–ritratti.”.
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI
Id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1)l-Artikolu 1 jitħassar il-punt (c).
(2)L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)jitħassar il-paragrafu 2;
(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 dwar investigazzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, miġbura mill-awtorità rilevanti, tiġi trażmessa lill-Europol, f’konformità mal-liġi nazzjonali u mar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *.
_____________
* Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).”;
(c)jitħassar il-paragrafu 5.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u s-sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1727 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Qasam ta’ politika: Il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali
Attività: Investiment fin-nies, koeżjoni soċjali u valuri
071007: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
L-Eurojust ġiet stabbilita bħala korp intergovernattiv sabiex jikkoordina investigazzjonijiet ta’ kriminalità transfruntiera serja fl-Ewropa u lil hinn minnha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. It-Trattat ta’ Lisbona abolixxa l-istruttura tal-pilastri tal-Unjoni Ewropea u allinja l-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja mal-acquis communautaire. Bir-Regolament (UE) 2017/1727 ġie stabbilit qafas legali ġdid għal Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), kif meħtieġ skont l-Artikolu 85 tat-TFUE.
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ilha fil-mandat tal-Eurojust sa minn meta twaqqfet fl-2002. Wieħed mill-elementi ewlenin tal-ħidma tal-Eurojust f’dan il-qasam kien il-ħolqien ta’ Reġistru Ġudizzjarju Ewropew Kontra t-Terroriżmu (CTR) f’Settembru 2019. Il-bażi ġuridika għas-CTR hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. Peress li r-Regolament dwar l-Eurojust kien maħsub u maqbul qabel l-istabbiliment tas-CTR, is-CTR u l-funzjonijiet tiegħu ma kinux previsti fir-Regolament dwar l-Eurojust. Barra minn hekk, is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet (CMS) tal-Eurojust teknikament skaduta ma hijiex kapaċi tintegra u tappoġġa għodda proattiva bħas-CTR.
Bi tweġiba għal din il-ħtieġa operazzjonali urġenti, il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 ħabbar inizjattiva leġiżlattiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni diġitali dwar każijiet ta’ terroriżmu transfruntier bħala parti mill-pakkett ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja diġitali.
L-objettiv ġenerali huwa li l-Eurojust tkun tista’ twettaq ir-rwol aktar b’saħħtu u proattiv tagħha billi tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-investigazzjonijiet tagħhom, speċjalment f’każijiet ta’ terroriżmu, f’konformità mal-missjoni tal-Eurojust li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
L-objettivi speċifiċi jirriżultaw mill-objettiv ġenerali kif deskritt hawn fuq:
Objettiv speċifiku Nru 1:
Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika r-rabtiet b’mod aktar effiċjenti u tipprovdi feedback proattiv lill-Istati Membri.
Objettiv speċifiku Nru 2:
Sabiex l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u l-pajjiżi terzi isir aktar effiċjenti u sigur.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-inizjattiva hija mistennija li tintegra legalment u teknikament is-CTR fis-CMS fil-Eurojust sabiex tippermetti lill-Eurojust tidentifika rabtiet bejn proċedimenti transfruntiera paralleli f’każijiet ta’ terroriżmu u każijiet oħra ta’ kriminalità serja u tagħti feedback lill-Istati Membri.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
–L-ammont ta’ informazzjoni mibgħuta minn kull Stat Membru għas-CTR b’rabta mal-volum u l-kwalità ġenerali tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri;
–In-numru ta’ rabtiet stabbiliti f’każijiet ta’ ġlieda kontra t-terroriżmu u każijiet ta’ kriminalità serja;
–In-numru ta’ feedback mibgħut mill-Eurojust lill-Istati Membri;
–In-numru ta’ każijiet operattivi appoġġati bl-involviment ta’ stati terzi;
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-eżekuzzjoni tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva leġiżlattiva teħtieġ miżuri tekniċi u proċedurali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li għandhom jibdew meta tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni riveduta.
Ir-rekwiżiti ewlenin wara d-dħul fis-seħħ tal-proposta huma kif ġej:
–L-Eurojust timplimenta CMS tal-Eurojust moderna ġdida, li tintegra s-CTR u tiżgura l-kapaċità ta’ konnessjoni ma’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri u l-ipproċessar ta’ data strutturata.
–L-Eurojust u l-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri.
–L-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà tal-infrastruttura meħtieġa sabiex id-data tittella’ semiawtomatikament u strutturata.
Abbażi tas-sejbiet tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali u minħabba l-urġenza tat-tiġdid ta’ CMS ġdida, l-Eurojust diġà ħadet l-ewwel passi preliminari għat-tiġdid. Hija tat mandat għal studju ta’ analiżi tas-suq, fejn stħarrġet fil-fond l-aktar soluzzjoni xierqa.
Fi tmiem l-2021, l-Eurojust ġiet attribwita EUR 9,5 miljun ta’ fondi mhux minfuqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li se jintużaw sabiex jitħejja aktar l-iżvilupp tas-CMS. L-Eurojust se tagħti mandat lis-servizzi ta’ konsulenza sabiex jappoġġaw il-fażi ta’ analiżi, ta’ tfassil u ta’ żvilupp. Għal dawn is-servizzi, l-Eurojust tantiċipa nfiq ta’ EUR 2,3 miljun. Għax-xiri li ġej ta’ servizzi ta’ infrastruttura u ta’ installazzjoni u servizzi ta’ installazzjoni, huma antiċipati EUR 5,2 miljun. Fl-aħħar nett, l-Eurojust stmat li tonfoq EUR 2 miljun fuq servizzi ta’ konsulenza sabiex tipprovdi ġestjoni ta’ programmi u proġetti, bidliet amministrattivi u governanza.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
L-attivitajiet tal-kriminali saru aktar kumplessi, diversifikati u internazzjonali minn qatt qabel. Networks terroristiċi u kriminali fuq skala kbira huma ta’ theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-UE u ċ-ċittadini tagħha. L-attivitajiet kriminali saru dejjem aktar polikriminali u transfruntiera fin-natura tagħhom. L-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ma jistgħux jaħdmu aktar f’iżolament iżda jeħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Eurojust.
Għall-prosekuzzjoni tat-terroriżmu, l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-Unjoni, huwa kruċjali. Biż-żieda l-ġdida ta’ ġellieda terroristi barranin, l-importanza tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Eurojust saret biss aktar evidenti.
L-iskonnessjoni attwali bejn il-każijiet tal-Eurojust u l-informazzjoni riċevuta permezz tas-CTR jipprevjeni lill-Eurojust milli tipprovdi feedback f’waqtu u proattiv lill-awtoritajiet nazzjonali f’każijiet ta’ terroriżmu transfruntier, u b’hekk titlef konnessjonijiet potenzjali u l-identifikazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet duplikati li għandhom ikunu konnessi. Tali skonnessjoni tista’ xxekkel ukoll l-isforzi tal-Eurojust sabiex tipprevjeni konflitti ta’ ġuriżdizzjoni u każijiet ta’ ne bis in idem.
L-inizjattiva hija mistennija li tippermetti lill-Eurojust tidentifika u ssegwi r-rabtiet bejn każijiet ta’ terroriżmu b’mod aktar proattiv u tagħti feedback f’waqtu lill-Istati Membri. Dawn il-kompiti u s-servizzi jistgħu jitwettqu biss fil-livell tal-UE minħabba n-natura transfruntiera tagħhom. B’hekk, flimkien mal-Istat Membru u s-sħab internazzjonali tiegħu, l-Eurojust se tagħmel l-Ewropa post aktar sikur għaċ-ċittadini kollha tagħha.
Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi għas-sigurtà tranżnazzjonali li qed jevolvu kontinwament lil hinn mil-livell nazzjonali. Il-prattika wriet li għal ġustizzja kriminali effettiva, l-iskambju rapidu u sigur tad-data huwa kruċjali. Mingħajr l-infrastruttura adegwata tal-IT la huwa possibbli l-iskambju sigur u strutturali tad-data, u lanqas il-kontroverifika xierqa tad-data. Għalhekk, l-identifikazzjoni strutturata ta’ rabtiet bejn każijiet transfruntiera lanqas ma hija possibbli mingħajr mezzi ta’ komunikazzjoni siguri u Sistema moderna ta’ Ġestjoni tal-Każijiet. Din il-proposta tibni wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda u l-progress miksub sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Eurojust tal-2019. Din taffettwa l-aktar ir-rwol dejjem aktar importanti li l-Eurojust għandha bħala interlokutur bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kooperazzjoni ġudizzjarja.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li jiġi kkoordinat ir-rispons ġudizzjarju għall-kriminalità transfruntiera li qed tevolvi kontinwament lil hinn mil-livell nazzjonali biss.
L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta’ sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b’theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali, it-teknoloġiji l-ġodda, il-globalizzazzjoni u l-mobbiltà, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali. Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif il-kriminali malajr ħatfu l-opportunitajiet sabiex jisfruttaw il-kriżi billi jadattaw il-modi ta’ operazzjoni tagħhom jew billi jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda.
Il-pandemija wriet l-importanza ġenerali tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja għall-funzjonament tal-ġudikatura. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ pajjiżi terzi f’investigazzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi u reati internazzjonali oħrajn ewlenin
saret aktar rilevanti, speċjalment fir-rigward tar-reati mwettqa minn Daesh.
L-attivitajiet kriminali li qed jevolvu jitolbu appoġġ effettiv fil-livell tal-UE għall-ħidma tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-liġi tal-Istati Membri għamlu dejjem aktar użu mill-appoġġ u l-għarfien espert li l-Eurojust toffri sabiex tiġġieled il-kriminalità serja u t-terroriżmu. Din il-proposta tibni wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda u l-progress miksub mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Eurojust tal-2018 u l-istabbiliment tas-CTR. Ir-rwol li kellhom il-pajjiżi terzi ma kienx prevedibbli meta l-koleġiżlaturi nnegozjaw ir-Regolament attwali dwar l-Eurojust.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u s-sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa parti kruċjali mill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja.
It-titjib tal-iskambju diġitali tad-data dwar każijiet ta’ terroriżmu u l-modernizzazzjoni tas-CMS tal-Eurojust huwa konformi mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, l-Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE, , il-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Ġustizzja u l-Istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikata f’Lulju 2020, issottolinjat il-konnessjoni bejn is-sigurtà interna u esterna u l-importanza tal-kooperazzjoni sabiex id-drittijiet taċ-ċittadini jiġu protetti b’mod effettiv. L-Aġenda reċenti Kontra t-Terroriżmu għall-UE kkonfermat li r-reati terroristiċi għadhom sfida ewlenija għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri, li jeħtieġu aktar sforzi sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejniethom, appoġġata mill-Europol u mill-Eurojust. Fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità organizzata, il-Kummissjoni esprimiet l-appoġġ tagħha għall-immodernizzar tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust sabiex tgħin lill-Eurojust tipprovdi feedback lill-awtoritajiet nazzjonali u tiżviluppa rabtiet ġudizzjarji bejn l-investigazzjonijiet pendenti.
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja tirreferi għal din il-proposta bħala parti mill-istrumentarju kumplessiv ta’ opportunitajiet għal diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-ġustizzja. Din il-proposta hija inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021. Il-proposta hija relatata wkoll mal-proposta attwali tal-Kummissjoni għal Regolament dwar sistema kompjuterizzata għall-komunikazzjoni fi proċedimenti ċivili u kriminali transfruntiera (e-CODEX) u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726, li bħalissa qed jiġi nnegozjat bejn il-koleġiżlaturi.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament dwar l-Eurojust, ix-xejra kienet lejn tkabbir tal-flussi tad-data tal-aġenzija u tad-domanda fuq is-servizzi tagħha. Madankollu, il-baġits tal-passat qatt ma inkludew riżorsi finanzjarji għat-tiġdid tas-CMS skaduta tal-Eurojust.
Il-proposta se tintroduċi kompiti ġodda fir-Regolament dwar l-Eurojust u se tiċċara wkoll kompiti oħra, bil-għan li l-Eurojust tkun adattata għall-era diġitali. L-implimentazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mhux se tkun possibbli li tiġi implimentata mingħajr CMS ġdida, appoġġata minn rinforzi finanzjarji u umani.
Fi tmiem l-2021, l-Eurojust ġiet attribwita EUR 9,5 miljun ta’ fondi mhux minfuqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), għat-tħejjija tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-CMS il-ġdida. Il-bqija tan-nefqa se tiġi ffinanzjata mill-marġni taħt l-intestatura 2b tal-QFP.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS
☑ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’
–◻
aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;
◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu nkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Kummenti
Iċ-ċifri dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani jikkombinaw l-ammont totali previst għall-implimentazzjoni tas-CTR, is-CMS il-ġdida u rekwiżiti oħra li jirriżultaw mill-Ġustizzja Kriminali Diġitali ppjanata għall-perjodu bejn l-2024 u l-2027, bit-tnaqqis ta’ EUR 9,5 miljun diġà allokati lill-Eurojust fit-tieni nofs tal-2021. Dan jinkludi ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali għall-implimentazzjoni teknika (inklużi kostijiet operattivi u ta’ manutenzjoni) kif ukoll rekwiżiti tal-persunal. Il-kostijiet għas-CMS jinkludu s-CTR minħabba li s-CTR għandu jkun parti integrali mis-CMS. Din l-integrazzjoni teknika tas-CTR hija waħda mill-objettivi tal-inizjattiva. Barra minn hekk, is-CMS il-ġdida suppost tinkludi pereżempju saff ta’ integrazzjoni, li jiżgura l-interoperabbiltà kif meħtieġ fl-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-iskambju tad-data tal-aġenzija se jkunu importanti sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Eurojust. Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-proposta se jsegwu l-prinċipji deskritti fir-Regolament dwar l-Eurojust u f’konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati.
Minbarra r-regoli ta’ governanza orizzontali applikabbli għall-aġenziji, l-Eurojust jeħtiġilha tibgħat b’mod partikolari kull sena lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) li jkun fih programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u l-ipprogrammar tar-riżorsi. L-SPD jistabbilixxi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi u tar-riżultati.
L-Eurojust tirrapporta wkoll dwar il-ħidma tagħha f’rapport annwali elaborat. L-Eurojust tibgħat dan ir-rapport annwali lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali. Barra minn hekk, l-Eurojust tinforma lill-parlament u lill-parlamenti nazzjonali dwar l-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ partijiet terzi.
Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-attivitajiet tal-Eurojust sat-13 ta’ Diċembru 2024 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem sabiex tevalwa l-implimentazzjoni u l-impatt tar-Regolament u l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust, l-Artikolu 69(1) tar-Regolament dwar l-Eurojust.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
B’kont meħud tal-fatt li l-proposta għandha impatt fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Eurojust, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta.
Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-Eurojust għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti.
Rigward il-kontrolli ex-post, l-Eurojust, bħala aġenzija deċentralizzata, hija notevolment soġġetta għal:
–awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni;
–rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jipprovdu dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;
–il-kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;
–investigazzjonijiet possibbli mwettqa mill-OLAF sabiex jiżgura, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost;
–fl-aħħar nett, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u obbligu ta’ rendikont fil-Eurojust.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
F’dan l-istadju ma ġie identifikat ebda riskju speċifiku fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. L-Eurojust hija soġġetta għal kontrolli amministrattivi inkluż il-kontroll baġitarju, l-awditjar intern, ir-rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-kwittanza annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE kif stabbilit hawn fuq.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-proporzjon ta’ “kostijiet ta’ kontroll/pagament tal-fondi relatati ġestiti” huwa rrappurtat mill-Kummissjoni. Ir-RAA tal-2020 tad-DĠ JUST jirrapporta 0,74 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-Entitajiet Fdati u l-Aġenziji Deċentralizzati tal-Maniġment Indirett, inkluża l-Eurojust.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ikkonfermat il-legalità u r-regolarità tal-kontijiet annwali tal-Eurojust għall-2019, li jimplika rata ta’ żball ta’ inqas minn 2 %. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ żball se tmur għall-agħar fis-snin li ġejjin. Għall-2020 huwa wkoll ikkonfermat proviżorjament abbażi tal-verifika tal-kontijiet annwali tal-Eurojust minn awditur estern indipendenti. L-opinjoni tal-QEA dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet hija soġġetta għall-konferma mill-QEA tal-affidabbiltà tar-riżultati tal-awditur indipendenti u għadha pendenti.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra huma deskritti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 75 tar-Regolament dwar l-Eurojust. L-Eurojust għandha tipparteċipa b’mod partikolari fl-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi preżunta u irregolaritajiet finanzjarji oħra.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff..
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
2b
|
071007
|
Diff./Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
IVA
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
Intestatura 7-Investiment fin-Nies, fil-Koeżjoni Soċjali u fil-Valuri
|
[Korp]: L-Eurojust
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Titolu 1 Infiq tal-persunal
|
Impenji
|
(1)
|
1,125
|
2,683
|
3,376
|
3,981
|
11,165
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
1,125
|
2,683
|
3,376
|
3,981
|
11,165
|
Titolu 2: Infiq infrastrutturali u operatorju
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
|
|
|
|
Titolu 3: Nefqiet operazzjonali
|
Impenji
|
(3 a)
|
1,033
|
8,128
|
7,027
|
5,390
|
21,577
|
|
Pagamenti
|
(3b)
|
0,578
|
4,780
|
6,458
|
9,771
|
21,577
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-Eurojust
|
Impenji
|
= 1 + 1a + 3a
|
2,158
|
10,811
|
10,403
|
9,371
|
32,743
|
|
Pagamenti
|
= 2 + 2a
+ 3b
|
1,693
|
7,463
|
9,834
|
13,752
|
32,743
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
DĠ: JUST
|
|
|
• Riżorsi umani
|
0,238
|
0,238
|
0,238
|
0,238
|
0,952
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
TOTAL DĠ JUST
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
0,238
|
0,238
|
0,238
|
0,238
|
0,952
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
2,396
|
11,049
|
10,641
|
9,609
|
33,695
|
|
Pagamenti
|
1,931
|
7,701
|
10,072
|
13,99
|
33,695
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1
Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transfruntiera paralleli fir-rigward ta’ reati terroristiċi b’mod aktar effiċjenti u sabiex tipprovdi feedback dwar dawn ir-rabtiet lill-Istati Membri
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
Identifikazzjoni ta’ rabtiet bejn każijiet transfruntiera stabbiliti mill-Eurojust
|
|
1,835
|
|
9,190
|
|
8,843
|
|
7,965
|
|
27,832
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2
Sabiex l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u l-pajjiżi terzi isir aktar effiċjenti u sigur.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
Data personali riċevuta b’mod sigur mill-Istati Membri lill-Eurojust
|
|
0,108
|
|
0,541
|
|
0,520
|
|
0,469
|
|
1,637
|
- Output
|
Data personali trasferita b’mod strutturat, semiawtomatizzat
|
|
0,108
|
|
0,541
|
|
0,520
|
|
0,469
|
|
1,637
|
- Output
|
Informazzjoni skambjata ma’ pajjiżi terzi
|
|
0,108
|
|
0,541
|
|
0,520
|
|
0,469
|
|
1,637
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
0,324
|
|
1,622
|
|
1,560
|
|
1,406
|
|
4,911
|
KOSTIJIET TOTALI
|
|
2,158
|
|
10,811
|
|
10,403
|
|
9,371
|
|
32,743
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)
|
0,952
|
2,337
|
2,943
|
3,289
|
9,521
|
Aġenti temporanji (gradi AST)
|
0,173
|
0,346
|
0,433
|
0,692
|
1,644
|
Persunal bil-kuntratt
|
|
|
|
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
1,125
|
2,683
|
3,376
|
3,981
|
11,165
|
-Rekwiżiti tal-Persunal (FTE):
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)
|
11
|
16
|
18
|
20
|
20
|
Aġenti temporanji (gradi AST)
|
2
|
2
|
3
|
5
|
5
|
Persunal bil-kuntratt
|
|
|
|
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
Id-dati ta’ reklutaġġ huma ppjanati għal nofs is-sena. Għal kull sena ġdida, ġew stmati 50 % tal-kostijiet tal-persunal reklutati ġodda. Ma saru l-ebda suppożizzjonijiet għal żieda potenzjali fl-indiċjar tas-salarji jew il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għan-Netherlands.
Dettalji taż-żieda fil-persunal:
Objettiv speċifiku
|
Persunal addizzjonali
|
Objettiv speċifiku nru 1: Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika r-rabtiet b’mod aktar effiċjenti u tipprovdi feedback proattiv lill-Istati Membri.
|
Żewġ (2)* Analisti tad-Data tal-Każ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità tas-CMS mar-Regolament u l-ftehimiet tal-Eurojust (mal-Istati Membri, il-Pajjiżi Terzi, l-Aġenziji) u l-qafas legali eżistenti tal-UE dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-interoperabbiltà
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1; 2025: +1
|
|
Żewġ (2)* Uffiċjali tal-Ġestjoni tad-Data huma meħtieġa sabiex jipparteċipaw fl-evalwazzjoni u l-għażla tas-CMS, sabiex jassistu fit-trasformazzjoni tan-negozju, il-fażijiet tal-analiżi u tat-tfassil tar-rekwiżiti, l-implimentazzjoni u l-aċċettazzjoni tas-CMS il-ġdida u l-integrazzjoni ma’ sistemi oħra (eż. Hit/No-Hit), proġetti (eż. e-CODEX, e-EDES) u l-Proġetti Qafas tal-Interoperabbiltà (SIS II, eċċ.) u sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti politiki u proċeduri korretti sabiex jirregolaw id-data maħluqa bl-implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1; 2025: +1
|
|
Żewġ (2)* Assistenti tal-Appoġġ tal-Każijiet huma meħtieġa sabiex jiġġestixxu ż-żieda sinifikanti fil-volum tad-data mistennija, sabiex iwettqu pproċessar tad-data operazzjonali fis-CMS (inklużi traduzzjonijiet), sabiex jiġġestixxu ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ każijiet miftuħa u sabiex jipproduċu rapporti ad hoc u regolari (ta’ kull xahar, annwali) u statistiċi
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2026: +1; 2027: +1
|
|
Uffiċjal tal-Ġestjoni tad-Data wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex iwettaq proċessi ta’ rieżami tal-kwalità tad-data bil-għan li jiżgura li d-data tal-Eurojust tkun ta’ kwalità għolja, attwali, kompluta, mifhuma b’mod mhux ambigwu, konsistenti u disponibbli meta jkun meħtieġ
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2026: +1
|
|
Analist tad-Data tal-Każ wieħed (1)* huwa meħtieġ minħabba ż-żieda mistennija ta’ notifiki mibgħuta lill-Eurojust sabiex jiġu identifikati rabtiet fost il-proċedimenti ġudizzjarji pendenti abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni li l-Eurojust tirċievi mill-Europol, mill-OLAF, mill-UPPE u mill-awtoritajiet nazzjonali u sabiex jiġi analizzat sett kbir ta’ data għall-finijiet ta’ koordinazzjoni ġudizzjarja
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2026: +1
|
|
Analist tad-Data tal-Każ wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jabbozza talbiet (konġunti) indirizzati lill-Istati Membri abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni skambjata li tkopri l-funzjonijiet operazzjonali kollha elenkati fl-Artikolu 4(2) tal-Eurojust, sabiex jidentifika kwistjonijiet rikorrenti fl-użu ta’ għodod ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, sabiex jabbozza suġġerimenti biex il-każijiet jiġu estiżi għal Stati Membri oħra u opinjonijiet dwar rifjuti jew diffikultajiet rikorrenti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja u dwar l-aħjar post għall-prosekuzzjoni
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2027: +1
Maniġer tal-Programm wieħed (1)* u Maniġer tal-Proġett wieħed (1)* huma meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-governanza u l-ġestjoni tal-programm (inklużi l-komunikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-progress lill-bord tal-programm u lill-partijiet ikkonċernati) mill-istabbiliment sal-għeluq u sabiex tiġi appoġġata l-manutenzjoni preventiva u evalwattiva tas-sistema l-ġdida
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +2
|
|
Arkitett tal-IT wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiddefinixxi l-arkitettura ta’ livell għoli, ifassal u jistabbilixxi l-infrastruttura għall-implimentazzjoni tas-CMS il-ġdida u sabiex iżomm l-arkitettura teknika, il-konnessjonijiet u s-sistemi li jappoġġaw is-CMS il-ġdida
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1
|
|
Analist tan-Negozju wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex iwettaq l-analiżi tar-rekwiżiti, inkluża prova tal-kunċett għal kull soluzzjoni teknika u sabiex jappoġġa l-manutenzjoni preventiva u evalwattiva tas-sistema l-ġdida
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1
|
|
Uffiċjal tas-Sigurtà tal-ICT wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiżgura d-disinn, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni sikuri tas-CMS u l-iskambju sigur tad-data ma’ sistemi esterni
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1
|
|
Speċjalist tal-Protezzjoni tad-Data wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiżgura l-protezzjoni tad-data mit-tfassil u li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data jiġu applikati għad-data operazzjonali
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1
|
|
Tlett (3)* Uffiċjali tal-Operazzjonijiet tal-ICT huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-politika tal-applikazzjonijiet u tal-IT, għat-trasformazzjoni tan-negozju tal-proċessi tal-Eurojust, sabiex iħejju manwali (inkluż l-għoti ta’ taħriġ lill-utenti) u sabiex jamministraw in-networks, il-bażijiet tad-data, is-sistemi, il-pjattaformi u l-applikazzjonijiet ta’ virtwalizzazzjoni tal-Eurojust
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +1; 2025: +2
|
|
Żewġ (2)* membri tal-persunal amministrattiv huma meħtieġa sabiex iħejju deskrizzjonijiet tal-impjiegi, jagħmlu għażliet u jiġġestixxu l-onboarding, il-ħtiġijiet ta’ taħriġ u l-intitolamenti ta’ persunal ġdid u sabiex jiġġestixxu l-proċeduri tal-offerti u jiżguraw l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll u r-rappurtar dwar il-fondi riċevuti
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +2
|
Objettiv speċifiku nru2: Sabiex l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u l-pajjiżi terzi isir aktar effiċjenti u sigur.
|
Assistent għall-Appoġġ tal-Każijiet wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiġġestixxi ż-żieda sinifikanti tal-volum tad-data mistenni, sabiex iwettaq ipproċessar tad-data operazzjonali fis-CMS (inklużi traduzzjonijiet), sabiex jiġġestixxi ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ każijiet miftuħa u sabiex jipproduċi rapporti ad hoc u regolari (ta’ kull xahar, annwali) u statistiċi
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2027: +1;
|
|
Uffiċjal tal-Ġestjoni tad-Data wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex iwettaq proċessi ta’ rieżami tal-kwalità tad-data bil-għan li jiżgura li d-data tal-Eurojust tkun ta’ kwalità għolja, attwali, kompluta, mifhuma b’mod mhux ambigwu, konsistenti u disponibbli meta jkun meħtieġ
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2027: +1
|
|
Uffiċjal Legali wieħed (1)* u Uffiċjal tal-Politika wieħed (1)* huma meħtieġa sabiex jipparteċipaw fin-negozjati mill-Kummissjoni ta’ ftehimiet internazzjonali u sabiex jinnegozjaw u jabbozzaw arranġamenti ta’ ħidma strateġiċi u/jew implimentattivi ma’ pajjiżi terzi
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2024: +2;
|
|
Uffiċjal Legali wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jinnegozja, jabbozza, jevalwa u jirreżamina l-istrumenti ta’ kooperazzjoni/ftehimiet ta’ kooperazzjoni/MtQ ma’ aġenziji u korpi sħab
FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):
2025: +1
|
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
|
20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
1
|
1
|
1
|
1
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta' ingaġġ Full-Time: FTE)
|
|
|
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
1
|
1
|
1
|
1
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
Linja(i) baġitarja(i) (speċifika)
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
TOTAL
|
2
|
2
|
2
|
2
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-Bord Eżekuttiv tal-Aġenzija. Ifasslu opinjoni tal-kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu. Iwettqu monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit. Jassistu lill-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha f’konformità mal-politiki tal-UE, inkluż bil-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-esperti.
|
Persunal estern
|
SNE wieħed se jappoġġa l-uffiċjali u l-persunal temporanju fil-kompiti ta’ hawn fuq u jassisti lill-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha f’konformità mal-politiki tal-UE, inkluż billi jipparteċipa f’laqgħat tal-esperti
|
Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
– tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.
–☑teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
Il-proposta teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 2b tal-QFP kif ġej: dwar il-linja baġitarja 07.1007 – Eurojust – fl-2024 – EUR 2,158 miljun, fl-2025 EUR 10,811 miljun, fl-2026 – EUR 10,403 miljun u fl-2027 EUR 9,371 miljun.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Totali
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
– ◻ indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu sabiex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.