EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0076

Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Panama taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 dwar it-tneħħija tar-rati tariffarji tad-WTO tagħha fuq il-ħalib likwidu u l-ħalib evaporat

COM/2021/76 final

Brussell, 22.2.2021

COM(2021) 76 final

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Panama taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 dwar it-tneħħija tar-rati tariffarji tad-WTO tagħha fuq il-ħalib likwidu u l-ħalib evaporat


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Permezz tal-komunikazzjoni G/SECRET/45 tat-12 ta’ Awwissu 2020, il-Panama nnotifikat lill-Membri tad-WTO bl-intenzjoni tagħha li tirtira l-kwoti tariffarji tagħha għall-ħalib likwidu u l-ħalib evaporat taħt il-linji tariffarji 0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90, 0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99 mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI tagħha, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu XXVIII:1 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT 1994). Fl-istess ħin, il-Panama indikat li lesta tinnegozja u tikkonsulta mal-Membri kkonċernati (jiġifieri fornitur sostanzjali u detenturi tad-Dritt Inizjali tan-Negozjar għal-linji tariffarji kkonċernati) skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994. Għal dan il-għan, il-Panama ppreżentat statistika tal-importazzjoni skont il-pajjiż tal-oriġini li tkopri l-aħħar tliet snin li għalihom hemm id-data disponibbli.

Skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, bħala Membru tad-WTO li jħaddam id-Dritt Inizjali ta’ Negozjar għal-linji tariffarji li jkopru l-ħalib evaporat (0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99) u bħala fornitur sostanzjali għal-linji tariffarji li jkopru l-ħalib likwidu (0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90), l-UE għandha d-dritt tinnegozja kumpens xieraq mal-Panama, sabiex iżżomm livell ġenerali ta’ konċessjonijiet li ma tkunx inqas favorevoli għall-kummerċ minn qabel il-bidla prevista mill-Panama.

Skont il-Proċeduri għan-Negozjati skont l-Artikolu XXVIII adottati mill-Kunsill tal-GATT fl-10 ta’ Novembru 1980 1 , fis-26 ta’ Ottubru 2020 l-UE ppreżentat dikjarazzjoni ta’ interess bħala Membru li għandu Dritt Inizjali ta’ Negozjar fuq oġġetti koperti taħt is-SA 0402 u bħala Membru li hu fornitur sostanzjali ta’ oġġetti koperti taħt is-SA 0401 10 u 0401 20.

L-objettiv tal-proposta huwa li l-Kummissjoni tikseb awtorizzazzjoni mill-Kunsill biex tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 mal-Panama sabiex jintlaħaq ftehim dwar kumpens adegwat għall-UE wara d-deċiżjoni tal-Panama li tirtira ċerti konċessjonijiet tariffarji għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI.

Din il-proposta hija mingħajr preġudizzju għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2015 (COM (2015) 369 final) li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u/jew XXVIII tal-GATT 1994 mal-membri tad-WTO li jimmodifikaw il-konċessjonijiet tariffarji tagħhom.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mal-politika kummerċjali tal-UE u mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-Kummissjoni ma tindikax il-bażi ġuridika sostantiva meta tirrakkomanda lill-Kunsill biex jadotta deċiżjoni li tawtorizza n-negozjati ta’ ftehim internazzjonali. Għalhekk, l-Artikolu 218(3) u (4) għandu jiġi indikat bħala bażi ġuridika għal din il-proposta.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Skont l-Artikolu 5(3) tat-TUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax fl-oqsma tal-kompetenza esklużiva tal-UE. Il-politika kummerċjali komuni hija elenkata fost l-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni fl-Artikolu 3 tat-TFUE. In-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT jikkonċernaw kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-politika kummerċjali.

Proporzjonalità

Din ir-Rakkomandazzjoni tipproponi lill-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati, f’isem l-UE, skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 mal-Panama. Il-Panama nnotifikat lill-Membri tad-WTO bl-intenzjoni li tinnegozja skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 sabiex tirtira l-kwoti tariffarji tagħha għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat taħt il-linji tariffarji 0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90, 0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99 mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet tagħha CXLI. Skont ir-regoli tad-WTO, bħala membru tad-WTO li jħaddam id-Dritt Inizjali ta’ Negozjar għal-linji tariffarji li jkopru l-ħalib evaporat (0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99) u bħala fornitur sostanzjali għal-linji tariffarji li jkopru l-ħalib likwidu (0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90), l-UE għandha d-dritt tinnegozja kumpens xieraq mal-Panama. Ir-rakkomandazzjoni proposta tal-Kummissjoni hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u meħtieġa fid-dawl tal-objettivi stabbiliti hawn fuq.

Għażla tal-istrument

L-uniku strument disponibbli biex jintlaħaq l-objettiv huwa ftehim internazzjonali. Għalhekk hija meħtieġa awtorizzazzjoni biex jinfetħu n-negozjati għal ftehim internazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli. Skont ir-regoli tad-WTO, in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jenħtieġ li jsiru bl-akbar segretezza possibbli.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Mhux applikabbli.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar

Mhux applikabbli.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux applikabbli.

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Panama skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 rigward l-irtirar tal-kwoti tariffarji tad-WTO tagħha għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)Fit-12 ta’ Awwissu 2020, il-Panama nnotifikat lill-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“id-WTO”) bl-intenzjoni tagħha li tvara negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (“GATT 1994”) sabiex tirtira l-kwoti tariffarji tagħha għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat taħt il-linji tariffarji 0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90, 0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99 mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI tagħha, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu XXVIII:1 tal-GATT 1994.

(2)Fis-26 ta’ Ottubru 2020, l-Unjoni kkomunikat id-dikjarazzjoni ta’ interess tagħha lill-Panama bħala Membru tad-WTO li għandu Dritt Inizjali ta’ Negozjar rigward il-linji tariffarji li jkopru l-ħalib evaporat u bħala fornitur sostanzjali fir-rigward tal-linji tariffarji li jkopru l-ħalib likwidu, fir-rigward tal-konċessjonijiet li huma s-suġġett ta’ negozjati u konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994.

(3)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata li tiftaħ in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 mal-Panama sabiex jintlaħaq qbil dwar kumpens adegwat għall-Unjoni wara d-deċiżjoni tal-Panama li tirtira ċerti konċessjonijiet tariffarji għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tinnegozja, f’isem l-Unjoni, ftehim mal-Panama, skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għal kumpens xieraq, wara d-deċiżjoni tal-Panama li tirtira l-kwoti għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat taħt il-linji tariffarji 0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90, 0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99 mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI tagħha.

Artikolu 2

Id-direttivi għan-negozjar huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

In-negozjati għandhom isiru b’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Linji Gwida adottati fl-10 ta’ Novembru 1980, dokumenti tal-GATT C/113 u C/113/Corr.1, GATT BISD 27S/26-28.
Top

Brussell, 22.2.2021

COM(2021) 76 final

ANNESS

ta'

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Panama taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 dwar it-tneħħija tar-rati tariffarji tad-WTO tagħha fuq il-ħalib likwidu u l-ħalib evaporat


ANNESS

·Il-Kummissjoni għandha tinnegozja ftehim mal-Panama skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 1 , wara d-deċiżjoni tal-Panama li tirtira l-kwoti tariffarji tagħha għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat taħt il-linji tariffarji 0401.10.00, 0401.20.10, 0401.20.90, 0402.91.91, 0402.91.92, 0402.91.99, 0402.99.91, 0402.99.92 u 0402.99.99 mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI tagħha.

·Il-Kummissjoni għandha tmexxi n-negozjati, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil mal-Panama dwar kumpens adegwat wara d-deċiżjoni tal-Panama li tirtira l-kwoti tariffarji tagħha għall-ħalib likwidu u għall-ħalib evaporat mill-Iskeda ta’ Konċessjonijiet CXLI tagħha.

·Il-Kummissjoni għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-WTO, b’mod partikolari l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar il-Interpretazzjoni tal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 2 .

·Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-eżitu tan-negozjati u, fejn ikun il-każ, dwar kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ matul in-negozjati.

(1)    https://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/gatt47_01_e.htm.
(2)    https://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/12-28_e.htm.
Top