This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10271
Prior notification of a concentration (Case M.10271 - Lixil/Schüco/JV) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 272/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10271 - LIXIL/Schüco/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 272/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10271 - LIXIL/Schüco/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 272/06
PUB/2021/556
ĠU C 272, 8.7.2021, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10271 - LIXIL/Schüco/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 272/06)
1.
Fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
LIXIL Corporation (“LIXIL”, il-Ġappun), |
— |
Schüco International KG (“Schüco”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Otto Fuchs Beteiligungen KG (“Otto Fuchs Group”, il-Ġermanja), |
— |
Schueco Japan K.K. (Joint venture, “JV”, il-Ġappun), impriża eżistenti kkontrollata esklużivament minn Schüco biex tkun trasformata f’joint venture. |
Lixil u Schüco jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll bi sħab ta’ Schüco Japan K.K.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
LIXIL: Il-manifattura ta’ materjali għall-bini u tagħmir għall-akkomodazzjoni. |
— |
Schüco: L-iżvilupp u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet ta’ sistemi magħmula mill-aluminju, l-azzar u l-uPVC għall-involukri tal-bini. |
— |
Schueco Japan K.K.: Id-disinn u l-bejgħ ta’ sistemi, prodotti u servizzi tal-aluminju fis-settur tal-kostruzzjoni arkitettonika fil-Ġappun. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10271 - Lixil/Schüco/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).