Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10264

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10264 — SoftBank/Altor Fund Manager/Iyuno) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 241/07

    PUB/2021/490

    ĠU C 241, 21.6.2021, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 241/18


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10264 — SoftBank/Altor Fund Manager/Iyuno)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 241/07)

    1.   

    Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)..

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    SoftBank Group (“SoftBank”, il-Ġappun),

    Altor Fund Manager AB (“Altor Fund Manager”, l-Isvezja),

    Iyuno Sweden Holding I AB (“Iyuno”, l-Isvezja).

    SoftBank u Altor Fund Manager jakkwistaw il-kontroll bi sħab ta’ Iyuno, li bħalissa hija kkontrollata biss minn Alton Fund Manager, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    SoftBank: SoftBank huwa l-kumpanija prinċipali ta’ portafoll globali ta’ sussidjarji u affiljati involuti fit-telekomunikazzjonijiet avvanzati, is-servizzi tal-internet, l-Internet tal-Oġġetti, ir-robotika u l-fornituri tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa,

    Altor Fund Manager: Altor Fund Manager tiġġestixxi l-fond ta’ grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata, inkluż Altor Fund IV li huwa l-fond Altor li għamel l-investiment f’Iyuno. Altor Fund IV hija fond ta’ ekwità privata li tiffoka fuq investimenti fis-segment tas-suq medju tar-reġjun Nordiku,

    Iyuno: kumpanija globali tat-teknoloġija tad-divertiment u tal-lokalizzazzjoni tal-media. Iyuno tipprovdi servizzi ta’ dubbing, sottotitolar u inġinerija tal-media f’aktar minn 100 lingwa lill-industrija tal-media u d-divertiment. Il-kumpanija tħaddem network ta’ studios ta’ reġistrazzjoni madwar id-dinja, li jikkonsisti minn 67 faċilità lokali bi sjieda sħiħa, mifruxa f’34 pajjiż fl-Ewropa, l-Asja u l-Ameriki.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10264 — SoftBank/Altor Fund Manager/Iyuno

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top