Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10262

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10262 — Facebook/Kustomer) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 258/09

    PUB/2021/532

    ĠU C 258, 2.7.2021, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 258/19


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10262 — Facebook/Kustomer)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 258/09)

    1.   

    Fil-25 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Facebook, Inc. (“Facebook”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Kustomer, Inc. (“Kustomer”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

    Facebook takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Kustomer kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni mill-Bundeswettbewerbsbehörde, l-Awtorità Awstrijaka tal-Kompetizzjoni, skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, il-Belġju, il-Bulgarija, Franza, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija ngħaqdu mar-riferiment.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Facebook: il-forniment ta’ websites u applikazzjonijiet għal apparati mobbli li joffru networking soċjali, komunikazzjonijiet tal-konsumatur u funzjonalitajiet ta’ kondiviżjoni ta’ ritratti u videos, inklużi tliet kanali ta’ messaġġi: Messenger, WhatsApp u Messaġġi Instagram,

    Kustomer: toffri software għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti (customer relationship management, CRM) bħala servizz li jispeċjalizza fl-assistenza lill-aġenti tas-servizzi għall-klijenti tan-negozju biex jiġġestixxu l-komunikazzjonijiet mal-konsumaturi.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10262 – Facebook/Kustomer

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top