This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10212
Prior notification of a concentration (Case M.10212 — Andel/Energi Danmark) (Text with EEA relevance) 2021/C 402/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10212 — Andel/Energi Danmark) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 402/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10212 — Andel/Energi Danmark) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 402/08
PUB/2021/778
ĠU C 402, 5.10.2021, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10212 — Andel/Energi Danmark)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 402/08)
1.
Fl-24 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Andel a.m.b.a. (“Andel”, id-Danimarka), |
— |
Energi Danmark A/S (“Energi Danmark”, id-Danimarka). |
Andel takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Energi Danmark.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
għal Andel: il-produzzjoni tal-enerġija, id-distribuzzjoni tal-enerġija, l-infrastruttura tal-fibra, u l-bejgħ u s-soluzzjonijiet tal-enerġija, |
— |
għal Energi Danmark: il-kummerċ fiżiku u finanzjarju tal-elettriku, il-kummerċ taċ-ċertifikati, in-negozjar tal-gass naturali, iż-żejt, il-karbonju u l-enerġija mir-riħ, u l-ġestjoni tal-portafoll. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10212 — Andel/Energi Danmark
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”.