This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10152
Prior notification of a concentration (Case M.10152 — Temasek/Gategroup) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 49/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategroup) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 49/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategroup) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 49/07
PUB/2021/114
ĠU C 49, 12.2.2021, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategroup)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 49/07)
1.
Fil-5 ta’ Frar 2021 il-Kummissjoni rċeviet avviz ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore); |
— |
Gategroup Holding AG (“Gategroup”, l-Isvizzera), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Temasek u RRJ Capital Master Fund III, L.P. (“RRJ”, Ħong Kong) |
Temasek takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Gategroup kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Temasek: kumpanija ta’ investiment bil-kwartieri ġenerali f’Singapore, attiva prinċipalment f’Singapore u fil-bqija tal-Asja. L-investimenti tagħha jkopru spettru wiesa’ ta’ industriji, inklużi s-servizzi finanzjarji, it-telekomunikazzjonijiet, il-mezzi tax-xandir, it-trasport, il-proprjetà immobbli, l-enerġija u x-xjenzi tal-ħajja. |
— |
Gategroup: attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ catering u bejgħ bl-imnut abbord waqt it-titjira u servizzi relatati. Gategroup hija attiva f’aktar minn 60 pajjiż madwar il-kontinenti kollha, inkluż fiż-ŻEE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10152 — Temasek/Gategroup
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).