Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10047

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10047 — Schwarz Group/SUEZ Waste Management Companies) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 71/13

    PUB/2021/156

    ĠU C 71, 1.3.2021, p. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/70


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10047 — Schwarz Group/SUEZ Waste Management Companies)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 71/13)

    1.   

    Fid-19 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Schwarz Group (il-Ġermanja), li tinkludi s-sussidjarji tagħha SB PreZero GmbH & Co. KG, PreZero International GmbH u SB Dienstleistung KG (il-Ġermanja), li tappartjeni għal Schwarz Group (il-Ġermanja),

    Suez Group (France), inklużi s-sussidjarji tagħha Brahms Abfallentsorgung Deutschland GmbH (il-Ġermanja), SUEZ Polska sp. z o.o. (Poland), Recycling & Recovery Netherlands B.V. (in-Netherlands), Jean Lamesch Exploitation S.A., (il-Lussemburgu), SUEZ Immobilia GmbH & CO. KG u SUEZ Immobilien GmbH (it-tnejn tal-Ġermanja).

    SB PreZero GmbH & Co. KG, PreZero International GmbH u SB Dienstleistung KG (flimkien “Schwarz Group”) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Brahms Abfallentsorgung Deutschland GmbH, SUEZ Polska sp. z o.o., Recycling & Recovery Netherlands B.V., Jean Lamesch Exploitation S.A., SUEZ Immobilia GmbH GmbH CO. KG u SUEZ Immobilien GmbH (flimkien “SUEZ Waste Management Companies”).

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Schwarz Group: il-bejgħ bl-imnut tal-ikel f’aktar minn 30 pajjiż permezz tal-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tiegħu Lidl u Kaufland, kif ukoll il-ġbir, is-separazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-iskart bħala fornitur ta’ servizz integrat fil-qasam tal-immaniġġar tal-iskart bil-marka Prezero tiegħu,

    SUEZ Waste Management Companies: il-ġbir, il-pretrattament, is-separazzjoni, ir-riċiklaġġ, ir-rimi tal-iskart u l-kummerċ ta’ skart u komoditajiet f’kull wieħed mill-Ġermanja, il-Polonja, il-Lussemburgu u n-Netherlands.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10047 — Schwarz Group/SUEZ Waste Management Companies

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top