Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DP0094

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta' konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta' penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta' għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta' appoġġ relatati mal-annimali (C(2021)00993 – 2021/2566(DEA))

ĠU C 494, 8.12.2021, p. 193–194 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 494/193


P9_TA(2021)0094

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta' konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta' penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta' għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta' appoġġ relatati mal-annimali (C(2021)00993 – 2021/2566(DEA))

(2021/C 494/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)00993),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2021, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tas-17 ta' Marzu 2021 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 63(4), l-Artikolu 64(6), l-Artikolu 77(7) u l-Artikolu 115(5) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu stipulat fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111 (6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fil-25 ta’ Marzu 2021,

A.

billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (2) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fih rekwiżiti simili għal dawk tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-annimali bovini, u huwa xieraq li jiġu allinjati r-regoli biex jitqiesu n-nuqqasijiet ta' konformità relatati mas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' dawk it-tliet kategoriji ta' annimali;

B.

billi, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġu adattati l-penali amministrattivi fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna għall-annimali u l-miżuri ta' appoġġ relatati mal-annimali stabbiliti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (4) billi jiġu eżentati sa tliet annimali li jinstabu mhux determinati mill-applikazzjoni ta' penali, u billi jiġi aġġustat il-livell ta' penali li għandu jiġi applikat jekk jinstab li aktar minn tliet annimali mhumiex determinati;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità ( ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).


Top