Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0645

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2022 Flimkien għal Ewropa iktar b'saħħitha

    COM/2021/645 final

    Strasburgu, 19.10.2021

    COM(2021) 645 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2022
















    Flimkien għal Ewropa iktar b'saħħitha












































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































    1.Flimkien għal Ewropa iktar b’saħħitha 

    “Nemmen li huwa meta tiġi l-prova quddiemek li l-ispirtu tiegħek – ir-ruħ tiegħek – juru tassew x'inhuma.” — il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, 15 ta’ Settembru 2021

    L-Unjoni tagħna qed toħroġ minn żmien ta’ kriżi bla preċedent. Meta ġejna ffaċċati b’sensiela ta’ avvenimenti globali ta’ xkiel, urejna li billi naġixxu flimkien, magħqudin u b’ambizzjoni kbira, nistgħu nindirizzaw l-aktar sfidi diffiċli u nġibu r-riżultati għaċ-ċittadini Ewropej.

    Il-Kummissjoni Ewropea rreaġixxiet malajr għall-isfidi, mill-ikkonfrontar tal-pandemija tal-COVID-19 sal-indirizzar tal-effetti tat-tibdil fil-klima u l-kriżi tan-natura, u mill-iżgurar li dinja dejjem aktar diġitali taħdem għan-nies sa l-iffaċċjar ta’ realtà ġeopolitika globali ġdida. Meta għamilna hekk, stabbilejna l-pedamenti meħtieġa għal futur aħjar. Dan kollu sar f’konformità mal-aġenda kuraġġuża u trasformattiva tagħna fis-sitt ambizzjonijiet ewlenin.

    Il-programm ta’ ħidma ta’ din is-sena se jippermettilna nżommu l-momentum tagħna u nieħdu l-passi li jmiss f’dan il-proċess, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa bis-saħħa tal-proposta tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 1 .

    F’din l-aħħar sena, il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett innovattiv tagħha “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex jintlaħqu l-miri maqbula fil-Liġi pijuniera dwar il-Klima b’mod ekonomikament sostenibbli u soċjalment ġust. Ir-rapport reċenti dwar it-tisħin globali mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima jipprovdi aktar evidenza li ma għandniex żmien x’nitilfu – il-COP 26 li jmiss fi Glasgow u l-COP 15 f’Kunming se jkunu mumenti kruċjali f’dan l-isforz, li jirrifletti r-rabta intrinsika bejn il-kriżi klimatika u dik tal-bijodiversità. Il-prezzijiet tal-enerġija għoljin reċenti jikkonfermaw ukoll il-ħtieġa għal tranżizzjoni nadifa u li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili.

    Aħna stabbilejna wkoll il-viżjoni kuraġġuża tagħna lejn Ewropa ċċentrata fuq il-bniedem u b’setgħa diġitali sal-2030, b’Kumpass Diġitali biex din l-ambizzjoni ssir realtà. Dan jinkludi l-proposta dwar regoli għal internet sikur u identità diġitali komuni fl-Ewropa. Adottajna l-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u pproponejna sett ta’ miri soċjali għall-2030, approvati mill-mexxejja tal-UE fis-Summit Soċjali ta’ Porto. Biex inkomplu nsaħħu l-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea, ipproponejna miżuri biex insaħħu l-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali, filwaqt li nintensifikaw l-isforzi tagħna biex iċ-ċittadini b’diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà. Ħadna wkoll azzjoni soda biex niddefendu u nsaħħu l-istat tad-dritt u biex nipproteġu l-valuri ewlenin tal-Unjoni tagħna u nsaħħu r-reżiljenza demokratika kif stabbilit fil-pjan ta' azzjoni għad-demokrazija Ewropea.

    Dan kollu sar fid-dell tal-pandemija, li kien jeħtieġ azzjoni fuq skala mingħajr preċedent kemm biex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini kif ukoll biex jiġu minimizzati l-impatti soċjoekonomiċi usa’. B’kollox, il-Kummissjoni adottat aktar minn 2 326 miżura permezz ta’ reazzjoni immedjata. L-istrateġija tagħna dwar it-tilqim li rnexxiet sew għenet lill-Unjoni tiżgura 4.6 biljun doża ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 u tilħaq il-mira li 70 % tal-popolazzjoni adulta tal-UE titlaqqam kompletament sa tmiem is-sajf. L-UE kienet ukoll il-mutur tar-reazzjoni globali għall-COVID-19 u kontributur ewlieni għall-faċilità COVAX.

    Biex niżguraw li aħna ppreparati aħjar għal kwalunkwe pandemiji futuri, għamilna sforzi aċċellerati biex nibnu Unjoni Ewropea tas-Saħħa ġenwina. Ħadna miżuri biex nappoġġaw il-ftuħ mill-ġdid sikur tal-Ewropa, inkluż iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, miftiehem fi żmien rekord u issa użat minn miljuni ta’ nies.

    Indirizzajna l-impatt soċjali u ekonomiku tal-pandemija, flimkien mal-Istati Membri, permezz ta’ sensiela ta’ programmi u strumenti ambizzjużi u estensivi. Il-qawwa kombinata tal-baġit fit-tul tal-Unjoni u n-NextGenerationEU se twassal EUR 2.018 triljun biex nagħtu spinta lill-ekonomija tagħna u nibnu mill-ġdid Ewropa ta’ wara l-COVID-19 li tkun aktar ekoloġika, aktar ġusta, aktar diġitali u aktar reżiljenti. L-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir u l-qafas temporanju għall-għajnuna mill-Istat ippermettew lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ lill-ekonomija ta’ madwar 6.6 % tal-PDG fl-2020 u 7.1 % tal-PDG fl-2021. Dan ikkontribwixxa għas-salvagwardja tal-istabilità u għall-irkupru ekonomiku qawwi. Se niżguraw li l-baġit tal-UE jintefaq f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u bi protezzjoni sħiħa tal-interess finanzjarju tal-UE. Barra minn hekk, sa issa mmobilizzajna EUR 21 biljun f’fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex nipprovdu appoġġ ta’ emerġenza għas-settur tas-saħħa u biex nipproteġu l-impjiegi, filwaqt li l-EUR 50 biljun taħt REACT-EU aġixxew bħala pont mal-istrumenti ta’ rkupru.

    Il-ħidma tagħna fuq l-irkupru tal-Ewropa diġà qed tħalli l-frott. Fil-qalba tal-istrument ta’ NextGenerationEU b’valur ta’ aktar minn EUR 800 biljun, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza issa tipprovdilna opportunità biex inwittu t-triq għal irkupru sostnut u inklużiv. L-impatt trasformattiv tal-Faċilità se jkompli jiżviluppa u jiżdied fis-snin li ġejjin, hekk kif ir-riformi u l-investimenti jiġu implimentati, b’rispett sħiħ għad-drittijiet u l-valuri fundamentali tal-UE.

    Is-sena u nofs li għaddiet għallmitna ħafna, inkluż li mhux biżżejjed li nirkupraw minn kriżi ta’ dan il-kobor. Pjuttost, jeħtieġ li noħorġu aktar b’saħħitna u aktar reżiljenti, filwaqt li npoġġu l-ekonomiji tagħna fi triq ta’ tkabbir sostnut. Jeħtieġ li nimplimentaw il-miżuri li qbilna dwarhom matul l-aħħar sena. U jeħtieġ li nrawmu investimenti pubbliċi u privati addizzjonali madwar l-Unjoni u riformi fis-snin li ġejjin biex nirnexxu fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali.

    Il-Kummissjoni wettqet l-impenn tagħha li ssaħħaħ ir-rwol ta’ tmexxija globali tal-Unjoni, f’oqsma li jinkludu r-reazzjoni għall-pandemija, l-azzjoni klimatika u l-bijodiversità, il-promozzjoni ta’ aġenda kummerċjali b’saħħitha, miftuħa u ġusta, u ż-żamma tal-ordni globali bbażat fuq ir-regoli. Tejjibna l-impenn tal-UE mal-Balkani tal-Punent, u saħħaħna s-sħubijiet mal-ġirien tagħna fil-Lvant u fin-Nofsinhar permezz ta’ Pjanijiet Ekonomiċi u ta’ Investiment ambizzjużi, kif ukoll mal-Afrika.

    Barra minn hekk, stabbilejna aġenda ġdida bejn l-UE u l-Istati Uniti għal bidla globali, komplejna nimplimentaw politika differenzjata u robusta lejn iċ-Ċina, ikkonsolidajna l-approċċ tagħna lejn ir-Russja, żviluppajna aġenda kostruttiva u realistika mat-Turkija u ppreżentajna strateġiji biex il-kooperazzjoni multilaterali u l-azzjoni umanitarja jsiru saħansitra aktar effettivi.

    F’dan l-ispirtu, illum qed nippreżentaw il-programm ta’ ħidma tagħna għall-2022. Dan juri d-determinazzjoni tagħna li mill-pandemija noħorġu b’saħħitna aktar minn qabel, li nħaffu t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u li nibnu soċjetà aktar ġusta, aktar reżiljenti u aktar koeżiva, f’konformità mal-Aġenda tal-2030 tan-NU u l-Ftehim ta’ Pariġi. Nappellaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jilħqu qbil rapidu dwar proposti leġiżlattivi ewlenin. Flimkien, nistgħu niżguraw li ċ-ċittadini, in-negozji u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jaħsdu l-benefiċċji tal-isforzi kkombinati tagħna. B’mod parallel, se nippreżentaw proposti f’konformità mal-impenji tagħna, kif stabbilit fil-paragrafi u l-annessi 2 li ġejjin għal dan il-programm ta’ ħidma.

    2.Niksbu s-sitt ambizzjonijiet ewlenin

    2.1.Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

    Il-Kummissjoni se tkompli fit-triq tagħha biex l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima fid-dinja sal-2050. Se nipproponu qafas regolatorju għaċ-ċertifikazzjoni tat-tneħħija tal-karbonju, biex jiżdied l-użu ta’ tneħħija tal-karbonju sostenibbli u biex jinħoloq mudell kummerċjali ġdid li jippremja lill-ġestjonarji tal-artijiet għal prattiki bħal dawn. Se nirrevedu l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal u se nistabbilixxu qafas leġiżlattiv għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tat-trasport u tal-loġistika biex nappoġġaw it-tranżizzjoni lejn mobilità mingħajr emissjonijiet. U se nirrevedu r-regoli tal-UE dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra biex inkomplu nnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u niżguraw konformità mal-impenji internazzjonali.

    Il-bonds ekoloġiċi se jkollhom rwol dejjem aktar importanti fil-finanzjament meħtieġ għad-dekarbonizzazzjoni tas-soċjetà tagħna, bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli.

    Se nkomplu fuq il-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero inkluż fl-oqsma tal-ġestjoni integrata tal-ilma biex jiġu indirizzati s-sustanzi niġġiesa tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art u l-kwalità tal-arja ambjentali biex jiġu allinjati l-istandards mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Barra minn hekk, se nipproponu miżuri biex nillimitaw iż-żieda tal-mikroplastiċi fil-prodotti u nnaqqsu r-rilaxx tagħhom fl-ambjent. Se nindirizzaw l-isfidi tas-sostenibilità tal-plastiċi bijodegradabbli u kompostabbli u nidentifikaw fejn dawn jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent. Se nirrevedu wkoll il-leġiżlazzjoni dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ u se naħdmu aktar għal reviżjoni mmirata tar-Regolament REACH biex nipproteġu aħjar is-saħħa tal-bniedem u n-natura.

    Minbarra l-inizjattivi tagħna tal-Politika għall-Prodotti Sostenibbli, se nsaħħu d-drittijiet tal-konsumaturi li jsewwu l-prodotti bi prezzijiet ġusti. Dan se jestendi l-ħajja utli tal-oġġetti, u għalhekk se javvanza l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.

    It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija l-aħjar assigurazzjoni kontra xokkijiet fil-prezzijiet bħal dik li qed tiffaċċja l-Unjoni bħalissa. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija enfasizzaw aktar il-ħtieġa li jitħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli. B’appoġġ għall-mira tal-enerġija rinnovabbli stabbilita f’Lulju 2021, il-Kummissjoni se taħdem fuq prattiki tajbin għall-għoti ta’ permessi dwar l-enerġija rinnovabbli u se tippubblika Komunikazzjoni dwar l-enerġija solari, li se tiffoka fuq applikazzjonijiet speċifiċi u se tindirizza l-ostakli eżistenti.

    Se nimmobilizzaw ir-riżorsi biex niżguraw tranżizzjoni ekoloġika li tkun soċjalment u internazzjonalment ġusta: flimkien mal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Soċjali għall-Klima propost marbut mal-estensjoni tal-kummerċ tal-karbonju għat-trasport u l-akkomodazzjoni, se nirduppjaw il-finanzjament estern għall-bijodiversità, u nikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-finanzjament għall-klima għal pajjiżi inqas żviluppati u dawk li huma l-aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima.

    Se nkomplu naħdmu lejn agrikoltura aktar ekoloġika u aktar sostenibbli u nwettqu l-azzjonijiet stabbiliti fl-istrateġija mill-għalqa sal-platt. Fl-2022, il-Kummissjoni se tkun qed taħdem mal-Istati Membri biex isir qbil dwar pjanijiet strateġiċi nazzjonali ambizzjużi li jilħqu l-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni u tal-Patt Ekoloġiku u se tipproponi, fost inizjattivi oħrajn, regoli ġodda dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ 50 % fl-istrateġiji tal-bijodiversità u mill-għalqa sal-platt u reviżjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. B’mod parallel, il-Kummissjoni se jkollha l-għan li żżid il-prattiki tal-biedja sostenibbli billi tippromwovi l-biedja tal-karbonju, tiddefinixxi mill-ġdid modi sostenibbli tal-użu tal-art agrikola kif ukoll tat-trobbija tal-ħut u tal-frott tal-baħar, u b’monitoraġġ aħjar tal-indikaturi tas-sostenibbiltà fil-livell tal-azjendi agrikoli.

    2.2.Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

    Il-pandemija serviet ta’ katalista għaż-żieda fil-veloċità tad-diġitalizzazzjoni tal-Ewropa u tad-dinja. Il-Kummissjoni se tkompli fuq it-triq tagħha lejn id-deċennju diġitali biex twettaq it-trasformazzjoni diġitali tal-UE sal-2030. Iddeterminati li nkunu minn ta’ quddiem fit-tellieqa globali għal teknoloġija affidabbli, sigura u ċċentrata fuq il-bniedem. U se naħdmu biex nilħqu ftehim dwar il-proposti tagħna għal internet sikur, identità diġitali Ewropea u dwar Intelliġenza Artifiċjali affidabbli u biex nimplimentawhom.

    Is-suq uniku jibqa’ fil-qalba ta’ ekonomija Ewropea innovattiva, prospera u orjentata lejn il-futur. Hemm bżonn ta’ politika tal-kompetizzjoni u infurzar b’saħħithom u effettivi biex jikkontribwixxu għal irkupru reżiljenti u għat-tranżizzjoni doppja. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni nediet reviżjoni tal-politika tal-kompetizzjoni biex tiżgura li l-istrumenti varji jkunu adattati għall-iskop tagħhom. Se nippreżentaw ukoll strument għas-suq uniku f’emerġenza biex jgħin fil-prevenzjoni ta’ tfixkiliet futuri.

    Minkejja l-ħafna sfidi u tfixkil, l-Ewropa ħarġet mill-kriżi fil-biċċa kbira bis-saħħa tal-ħiliet innovattivi tagħha, il-bażi industrijali qawwija tagħha u l-ktajjen tal-provvista diversifikati u kompetittivi tagħha. Madankollu, f’xi setturi strateġiċi, kienet vulnerabbli minħabba dipendenza għolja fuq għadd limitat ħafna ta’ fornituri mhux tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-materja prima. Dan huwa partikolarment evidenti fir-rigward tas-semikondutturi. Il-provvisti ta’ dawn iċ-ċipep li jixprunaw is-soluzzjonijiet diġitali tal-Ewropa saru ta’ tħassib reali għall-industrija tal-UE, b’każijiet ta’ tnaqqis fil-produzzjoni. F’dan l-isfond, se nadottaw Att Ewropew dwar iċ-ċipep biex nippromwovu ekosistema Ewropea taċ-ċipep tal-ogħla livell biex nagħtu spinta lill-kapaċità innovattiva tagħna, lis-sigurtà tal-provvista u biex niżviluppaw swieq ġodda għal teknoloġija Ewropea rivoluzzjonarja.

    Hekk kif l-ekonomija u s-soċjetà qed jiddependu dejjem aktar fuq soluzzjonijiet diġitali, jeħtieġ li niżguraw li nkunu nistgħu niddefendu ruħna f’dinja dejjem aktar suxxettibbli għall-hacking ta’ prodotti konnessi u servizzi assoċjati. Għal dan il-għan, se nipproponu Att Ewropew dwar ir-reżiljenza ċibernetika biex jiġu stabbiliti standards komuni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti. Se nibdew ukoll nibnu sistema ta’ komunikazzjoni sikura globali tal-UE bbażata fl-ispazju, li toffri konnettività broadband fl-UE kollha fejn bħalissa ma teżistix u komunikazzjonijiet sikuri u indipendenti għall-Istati Membri.

    Billi s-settur tal-enerġija se jkun l-akbar kontributur biex tintlaħaq il-mira klimatika tal-UE li l-emissjonijiet jitnaqqsu b’mill-inqas 55 fil-mija sal-2030, il-Kummissjoni se tipproponi pjan ta’ azzjoni għal trasformazzjoni diġitali aċċellerata tas-settur, li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-bidla lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, mobilità konnessa, binjiet intelliġenti, u sistema tal-enerġija aktar integrata bil-konsumaturi fil-qalba tagħha. L-interruzzjonijiet fl-enerġija fuq skala wiesgħa fl-Istati Uniti u fl-UE matul is-sena li għaddiet juru l-ħtieġa għal enerġija reżiljenti u ċibersikura.

    Biex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw bis-sħiħ mit-teknoloġija diġitali, il-provvista ta’ ħiliet u edukazzjoni diġitali qawwijin hija kruċjali. Din ġiet enfasizzata meta t-tagħlim mill-bogħod sar in-norma matul il-pandemija tal-COVID-19. U din hija enfasizzata bħala mira ewlenija fil-Kumpass Diġitali. Biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fil-ħiliet u l-għarfien, se nipproponu miżuri biex jiġu ffaċilitati u promossi l-ħiliet diġitali fl-iskejjel u fl-edukazzjoni għolja.

    Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom rwol ewlieni fir-reazzjoni għall-isfidi li qed niffaċċjaw bħalissa. Huma se jgħinu biex jinkiseb l-irkupru tal-Ewropa, ibbażat fuq it-tkabbir ekonomiku li jista’ jixpruna t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Dan se jkun essenzjali għal tkabbir ekonomiku ġust li minnu jibbenefikaw ir-reġjuni u ċ-ċittadini kollha, inklużi ż-żoni rurali. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett fix-xjenza u fuq quddiem nett fil-mewġiet il-ġodda tal-innovazzjoni.

    Is-soluzzjonijiet diġitali jistgħu jgħinu wkoll fl-appoġġ għal mobilità aktar integrata u sostenibbli. Se nipproponu inizjattiva dwar is-servizzi tal-mobilità diġitali multimodali biex jiġu indirizzati l-lakuni fis-suq fl-użu kkombinat tal-modi tat-trasport, inkluż il-ferrovija.

    2.3.Ekonomija li topera għan-nies

    Bl-attività ekonomika fi triqtha lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija, issa rridu nirriflettu dwar kif il-kriżi affettwat l-ekonomija tagħna. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni qed tniedi mill-ġdid id-dibattitu pubbliku dwar ir-regoli fiskali u dwar il-qafas tal-governanza ekonomika. Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-fehmiet kollha espressi matul dan id-dibattitu pubbliku. Fl-ewwel kwart tal-2022 se tipprovdi gwida għall-politika fiskali għall-perjodu li ġej, bl-għan li tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politiki fiskali u t-tħejjija tal-Programmi ta’ Stabilità u Konverġenza tal-Istati Membri. Il-gwida se tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika dinjija, is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat Membru u d-diskussjoni dwar il-qafas tal-governanza ekonomika. Il-Kummissjoni se tipprovdi orjentazzjonijiet dwar bidliet possibbli fil-qafas tal-governanza ekonomika bl-għan li jsir kunsens wiesa’ dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu ferm qabel l-2023. SURE, l-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza, irriżulta li kien għodda li rnexxiet estremament u l-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa t-tagħlimiet meħuda.

    Sabiex jiġi żgurat li l-Ewropej ikollhom aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni soċjali wiesgħa u jkunu jistgħu jgawdu bilanċ aħjar f’ħajjithom, il-Kummissjoni se ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

    Ix-xokk tal-pandemija enfasizza l-importanza ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali b’saħħithom. Se nipproponu Rakkomandazzjoni dwar l-introjtu minimu biex nappoġġaw il-politiki tal-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll Komunikazzjoni biex issaħħaħ id-djalogu soċjali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex tappoġġa r-rwol ewlieni tas-sħab soċjali fit-trawwim ta’ rkupru ekonomiku, soċjali u koeżiv ġust u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u tas-suq tax-xogħol.

    Se nippreżentaw ukoll proposta biex intejbu l-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjoni mas-sħab soċjali. Aħna naqblu mal-Parlament Ewropew u r-rapport tiegħu dwar l-Artikolu 225 TFUE li ġie adottat dan l-aħħar, li l-kwistjoni tal-asbestos hija ta’ tħassib serju.

    Is-settur finanzjarju għandu rwol ewlieni fl-irkupru ekonomiku. Matul il-pandemija, it-tranżazzjonijiet diġitali żdiedu, u l-Kummissjoni se twettaq inizjattiva dwar pagamenti istantanji biex trawwem l-użu sħiħ ta’ tali pagamenti fl-UE.

    Barra minn hekk, il-kriżi tas-saħħa kkonfermat mill-ġdid il-ħtieġa għal swieq kapitali Ewropej żviluppati bis-sħiħ. L-irkupru jeħtieġ investiment massiv li l-flus pubbliċi u s-self tradizzjonali mill-banek biss ma jkunux biżżejjed għalih. Il-Kummissjoni se tieħu azzjoni fir-rigward tal-proċedimenti ta’ insolvenza billi ssaħħaħ il-konverġenza u tneħħi d-diskrepanzi, bl-għan li żżid l-effiċjenza, tiffaċilita l-investimenti transfruntiera u tnaqqas il-piż amministrattiv. Ir-rekwiżiti tal-elenkar se jiġu ssimplifikati biex is-swieq kapitali pubbliċi jsiru aktar attraenti għall-kumpaniji tal-UE u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

    Fit-8 ta’ Ottubru, 136 ġuriżdizzjoni madwar id-dinja, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, il-membri tal-G20 u l-membri tal-OECD, laħqu ftehim storiku dwar ir-riforma tat-taxxa globali, li jistabbilixxi livell minimu globali ta’ tassazzjoni effettiva (Pilastru 2) u riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni (Pilastru 1). Sa mill-bidu tal-proċess fl-2016, il-Kummissjoni appoġġat bis-sħiħ dan l-isforz internazzjonali. Bl-istess mod, il-Kummissjoni issa se tagħmel l-almu tagħha biex turi r-rwol ta’ t-tmexxija tal-UE fil-ġustizzja globali fil-qasam tat-taxxa, billi tiżgura implimentazzjoni rapida u konsistenti madwar l-UE.

    2.4.Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja

    Bidliet ġeopolitiċi kontinwi enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ l-influwenza tal-Ewropa f’dinja li qed tinbidel malajr, u li jiġu difiżi l-valuri u l-interessi tagħha.

    Permezz tal-istrateġija l-ġdida tagħna tal-Gateway Globali, li se tkun ikkoordinata mill-qrib mal-Build Back Better World (B3W), se nqawwu l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex nibnu sħubijiet ta’ konnettività li jippromwovu konnettività diġitali u ekoloġika affidabbli mas-sħab madwar id-dinja.

    Il-kriżijiet umanitarji differenti tad-dinja enfasizzaw id-distakk bejn il-ħtiġijiet u r-riżorsi disponibbli. Il-kriżijiet globali differenti kkonfermaw li jeħtieġ li nsaħħu s-sħubijiet mal-alleati, u se nippreżentaw Dikjarazzjoni Konġunta ġdida bejn l-UE u n-NATO u se naraw li naċċelleraw il-ħidma fuq Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina.

    Il-Kummissjoni se tħejji pakkett dwar id-difiża li se jinkludi pjan direzzjonali dwar it-teknoloġiji tas-sigurtà u tad-difiża biex tingħata spinta lir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni u biex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-UE fit-teknoloġiji kritiċi u l-ktajjen tal-valur fis-setturi tas-sigurtà u tad-difiża.

    Is-sena d-dieħla, se nippreżentaw għadd ta’ inizjattivi ġodda filwaqt li niffukaw ukoll fuq l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet preċedenti. Se nipproponu Regolament imsaħħaħ dwar l-istatut ta' mblukkar biex jipproteġi aħjar lill-operaturi tal-UE, kemm jekk individwi kif ukoll jekk kumpaniji, billi jkompli jiskoraġġixxi u jiġġieled l-applikazzjoni ekstraterritorjali tas-sanzjonijiet minn pajjiżi terzi. Dan se jkompli jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE u l-awtonomija strateġika miftuħa.

    Se naħdmu għat-tranżizzjoni enerġetika globali, filwaqt li nippromwovu s-sigurtà tal-provvista, it-teknoloġiji nodfa u s-swieq miftuħin. Din se tkun parti mill-istrateġija l-ġdida dwar l-involviment internazzjonali fil-qasam tal-enerġija, li se tqis opportunitajiet ġodda fl-użu ta’ sistema ta’ enerġija nadifa, u tippromwovi l-effiċjenza enerġetika u teknoloġiji sikuri u sostenibbli filwaqt li gradwalment titbiegħed mill-użu tal-fjuwils fossili lejn soluzzjonijiet tal-enerġija ekoloġika u tippromwovi tranżizzjoni ġusta.

    Se nerġgħu nġeddu l-Aġenda tal-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani tal-2016 billi nippreżentaw Komunikazzjoni Konġunta li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani, li jindirizza t-theddid ewlieni bħat-tniġġis, l-impatti tat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità. Dan se jibgħat messaġġ qawwi li l-UE tinsab fuq quddiem fl-implimentazzjoni tal-impenji globali, kif stabbilit fl-Aġenda tal-2030 dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

    Ir-reġjun tal-Golf huwa sieħeb ewlieni għall-UE. Biex nikkonsolidaw il-kooperazzjoni u noħolqu qafas għad-djalogu politiku tagħna, se nippreżentaw Komunikazzjoni Konġunta li tistabbilixxi sħubija strateġika mal-Golf.

    2.5.Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew

    Iż-żgħażagħ iridu jkunu jistgħu jsawru l-futur, huma qed imexxu d-dibattitu fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. L-Unjoni tagħna teħtieġ ruħ u viżjoni li jkunu jistgħu jirrelataw magħha. Se nużaw l-ALMA (Aim, Learn, Master, Achieve), inizjattiva ġdida li tgħin liż-żgħażagħ żvantaġġati Ewropej li mhuma fl-ebda tip ta’ impjieg, edukazzjoni jew taħriġ. Dan se jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jiksbu esperjenza professjonali barra minn pajjiżhom bl-appoġġ soċjali meħtieġ. L-objettiv aħħari huwa li dawn jiġu integrati fl-edukazzjoni, fit-taħriġ vokazzjonali jew fl-impjiegi ta’ kwalità.

    Biex nirreaġixxu għall-isfidi ġodda u qodma, nindirizzaw in-nuqqasijiet demografiċi u tas-suq tax-xogħol kif ukoll biex inwettqu r-responsabbiltajiet globali tagħna, huwa ta’ importanza kritika li nsibu bażi komuni Ewropea dwar kif għandhom jiġu ġestiti l-migrazzjoni u l-ażil. L-avvenimenti reċenti, inklużi dawk fil-Belarussja u l-Afganistan, juru l-ħtieġa urġenti li jsir ftehim malajr dwar il-proposti leġiżlattivi li fadal taħt il-Patt il-Ġdid għall-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Patt, ippreżentat mill-Kummissjoni sena ilu, fih l-elementi kollha meħtieġa għal sistema bbilanċjata u umana li taħdem għall-Istati Membri kollha. Se nkomplu naħdmu mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri biex inkomplu nibnu l-fiduċja u ndaħħlu fis-seħħ politika Ewropea sostenibbli għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tkompli twettaq il-ħolqien ta’ Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u se tirrapporta regolarment dwar il-progress fil-qasam tas-sigurtà, inkluż dwar in-negozjati li għaddejjin dwar fajls leġiżlattivi ewlenin, b’mod partikolari fir-rigward tal-erba’ prijoritajiet strateġiċi: ambjent ta’ sigurtà li jibqa’ validu fil-futur, l-indirizzar tat-theddid li qed jevolvi, il-protezzjoni tal-Ewropej mit-terroriżmu u mill-kriminalità organizzata, u ekosistema tas-sigurtà Ewropea b’saħħitha. Il-ħidma kontinwa fuq iċ-ċibersigurtà tibqa’ pedament kruċjali tal-Unjoni tas-Sigurtà. Fl-istess ħin, il-ħidma fuq il-ġlieda kontra t-traffikar tkompli filwaqt li se nieħdu passi ġodda biex intejbu l-iskambju sigur ta’ informazzjoni ewlenija ma’ pajjiżi terzi lil dawk li jipprovdu sigurtà fl-ewwel linja, flimkien ma’ aġġornament tar-regoli għal informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri.

    Ir-reazzjoni għall-pandemija għal darba oħra wriet li x-xjenza u l-edukazzjoni mhumiex biss imprezzabbli għall-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja tagħna, iżda wkoll għall-preservazzjoni ta’ saħħitna. Filwaqt li l-iskejjel u l-universitajiet tagħna qed jadattaw ruħhom għar-rivoluzzjoni diġitali, il-kriżi kixfet l-isfida tal-ekwità fl-edukazzjoni, u laqtet lil xi studenti agħar minn oħrajn. Irridu niżguraw il-futur tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ xjenzati u akkademiċi Ewropej, u nżommu l-istatus globali ewlieni tal-universitajiet Ewropej filwaqt li nagħtu spinta lill-ħidma ta’ kooperazzjoni tagħhom. Għalhekk, se nippreżentaw l-istrateġija tal-UE għall-universitajiet u se nipproponu modi għal kooperazzjoni transnazzjonali aktar profonda u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja, li se titħejja flimkien mal-inizjattivi għat-titjib diġitali fl-edukazzjoni skolastika u għolja biex tiġi żgurata l-koerenza.

    Wara li ħadna t-tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19, se nippreżentaw strateġija Ewropea ġdida għall-kura biex nindirizzaw kemm dawk li jagħtu l-kura u kemm dawk li jirċevuha, mill-indukrar tat-tfal sal-kura fit-tul. L-istrateġija se tistabbilixxi qafas għal riformi ta’ politika biex jiggwidaw l-iżvilupp ta’ kura fit-tul sostenibbli li tiżgura aċċess aħjar u aktar affordabbli għal servizzi ta’ kwalità għal kulħadd. Hija se tindirizza wkoll l-edukazzjoni u l-kura tat-tfulija b’attenzjoni partikolari għat-tfal b’diżabilità u dawk minn gruppi żvantaġġati. Barra minn hekk, dan se jgħin biex titnaqqas id-diskrepanza fl-impjiegi bejn is-sessi, iżid l-emanċipazzjoni tan-nisa u jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż billi jiġu riveduti l-miri ta’ Barċellona.

    Se nkomplu l-ħidma għal Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha u se nipproponu qafas ġdid għal settur farmaċewtiku dinamiku tal-UE, biex niżguraw aċċess għal mediċini affordabbli ta’ kwalità għolja għaċ-ċittadini kollha tal-UE, inrawmu l-innovazzjoni u nsaħħu s-sigurtà tal-provvista. Dan se jipprovdi ambjent regolatorju simplifikat u effiċjenti permezz tad-diġitalizzazzjoni innovattiva u għalhekk se jsir mudell għat-tnaqqis tal-piżijiet. Se nippreżentaw ukoll reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-mediċini għat-tfal u l-mard rari biex nindirizzaw in-nuqqasijiet u niżguraw li l-mediċini u t-trattamenti innovattivi jkunu faċilment disponibbli. Iż-żewġ inizjattivi jsegwu l-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa, u se jikkontribwixxu għal awtonomija strateġika miftuħa fis-settur mediku u se jużaw l-esperjenzi miġbura matul il-pandemija biex jappoġġaw sistema farmaċewtika li tibqa' valida fil-futur u li tkun reżistenti għall-kriżijiet. Dawn l-inizjattivi se jissaħħu mill-proposta biex jinħoloq Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa ġenwin, b’governanza affidabbli biex jiġu żgurati s-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data. Dan se jagħti bidu għar-riċerka dwar mediċini rivoluzzjonarji u jippermetti liċ-ċittadini jeżerċitaw aktar kontroll fuq id-data tas-saħħa tagħhom.

    Se jkun hemm spinta ulterjuri għall-iskrinjar tal-kanċer li jsalva l-ħajjiet u d-dijanjożi bikrija permezz ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-iskrinjar tal-kanċer li tirrifletti l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, bħala parti mill-pjan Ewropew biex jingħeleb il-kanċer.

    2.6.Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea

    Bil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fl-aqwa tagħha, l-Ewropej kollha mistednin isemmgħu leħinhom dwar kif nistgħu nsawru l-futur komuni tagħna. Il-Konferenza hija eżerċizzju demokratiku bla preċedent, miftuħ u inklużiv, bi pjattaforma diġitali multilingwi. Se nisimgħu bir-reqqa l-ideat u l-kontributi prodotti, u se nkunu lesti li nkomplu fuq dak li jsir qbil dwaru mill-Konferenza. Biex niżguraw li nagħmlu l-aħjar użu minn din l-opportunità, qed nimplimentaw għodod ġodda u innovattivi biex nittrasformaw il-mod li bih aħna niddjalogaw maċ-ċittadini tagħna. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jmexxu d-dibattitu.

    L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej diġà tippermetti liċ-ċittadini jgħinu fit-tiswir tal-Unjoni tagħna billi titlob lill-Kummissjoni tipproponi liġijiet ġodda. Bħalissa, hemm 11-il inizjattiva bħal dawn li jiġbru l-appoġġ, bi tlieta oħra lesti li jibdew il-proċess dalwaqt.

    Il-preservazzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media hija pedament tas-sistemi demokratiċi tagħna. Se nieħdu aktar passi biex intejbu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-indipendenza fl-azzjonijiet li jaffettwaw il-libertà u l-pluraliżmu tal-media billi nippreżentaw att Ewropew dwar il-libertà tal-media.

    L-istat tad-dritt huwa ċentrali għall-identità u l-valuri tagħna bħala Ewropej. Dan huwa wkoll prerekwiżit għall-funzjonament effettiv tal-UE bbażat fuq il-fiduċja reċiproka. Ir-rapport tal-2021 dwar l-istat tad-dritt wera żviluppi pożittivi fl-Istati Membri, iżda wkoll każijiet ta’ rigress u l-emerġenza ta’ tħassib ġdid. Il-Kummissjoni se tkompli l-ħidma tagħha bħala l-Gwardjan tat-Trattati biex tiżgura li l-isfidi għall-istat tad-dritt jiġu identifikati u indirizzati, inkluż li tagħmel rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Istati Membri fir-rapport tal-2022 dwar l-istat tad-dritt. Hija se tieħu wkoll l-azzjonijiet meħtieġa biex tħares is-supremazija tad-dritt tal-UE. U se tibbaża fuq il-firxa sħiħa ta’ għodod biex tiżgura approċċ konsistenti u effettiv, inkluż bil-ħsieb li tipproteġi l-flus tal-kontribwenti tal-UE.

    Il-Kummissjoni se tkompli taħdem fuq qafas legali komuni għat-trasferiment effiċjenti ta’ proċedimenti kriminali bejn l-Istati Membri, biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera. Se nivvalutaw ukoll kif nistgħu niksbu konverġenza dwar l-arrest preventiv u l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni bejn l-Istati Membri bħala parti mit-titjib tal-kooperazzjoni transfruntiera f’materji kriminali.

    Il-Kummissjoni se tkompli l-ħidma tagħha biex tiżgura li l-Unjoni tal-ugwaljanza ssir realtà għal kulħadd. Iċ-ċittadini kollha għandhom iħossuhom sikuri u ma għandux ikollhom biża’ ta’ diskriminazzjoni jew vjolenza abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, jew l-età. Il-korpi tal-ugwaljanza għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ dawn id-drittijiet u se nipproponu miżuri biex insaħħu r-rwol u l-indipendenza tagħhom. Se nipproponu miżuri biex intejbu r-rikonoxximent ta’ paternità bejn l-Istati Membri u biex insaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja dwar il-protezzjoni ta’ adulti vulnerabbli f’sitwazzjonijiet transfruntiera. Il-miżuri li se nipproponu għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa se jiġu kkomplementati b’inizjattiva s-sena d-dieħla li tappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-prevenzjoni u fit-teħid ta’ miżuri ta’ appoġġ biex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ ħsara kontra n-nisa u l-bniet. 

    Se nippruvaw nagħmlu progress fit-tfassil tal-Korp tal-Etika interistituzzjonali l-ġdid tal-UE, inkluż billi nkomplu naħdmu mill-qrib mal-istituzzjonijiet l-oħrajn biex insibu l-bażi komuni meħtieġa dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, ir-rwol u l-kompetenzi tal-Korp futur. Dawn iridu jirrispettaw il-partikolaritajiet ta’ kull istituzzjoni kif ukoll ir-responsabbiltajiet u l-obbligi istituzzjonali u demokratiċi differenti tagħhom skont it-Trattati. Ir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew huwa kontribut importanti għad-diskussjoni li għaddejja.

    Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll inizjattiva dwar l-eżodu tal-imħuħ u l-mitigazzjoni tal-isfidi assoċjati mat-tnaqqis fil-popolazzjoni li se teżamina l-fatturi determinanti differenti, il-konsegwenzi fit-tul u s-soluzzjonijiet potenzjali biex jitwaqqaf jew saħansitra jitreġġa’ lura l-eżodu tal-imħuħ.

    3.Regolamentazzjoni aħjar, implimentazzjoni u infurzar tad-dritt tal-UE

    3.1.Regolamentazzjoni aħjar

    L-aġenda tagħna għal regolamentazzjoni aħjar tiżgura li d-deċiżjonijiet politiċi jittieħdu abbażi tal-aħjar evidenza disponibbli, b’kont meħud tal-impatt li jkun se jkollhom fil-prattika u l-fehmiet tan-nies u n-negozji li x’aktarx jiġu affettwati. Dan l-approċċ jgħin biex ikun żgurat li r-regolamentazzjoni tkun immirata, faċli biex wieħed jikkonforma magħha u ma żżidx piżijiet regolatorji mhux meħtieġa. Il-Komunikazzjoni tal-2021 dwar regolamentazzjoni aħjar Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar li tistabbilixxu modi ewlenin biex titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tagħha.

    Sabiex jiġi mminimizzat il-piż marbut mal-kisba tal-objettivi tal-politika tal-UE, il-Kummissjoni se tuża bis-sħiħ il-prinċipju ta’ “one in, one out” b’dan il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Dan se jiżgura li meta nintroduċu piżijiet ġodda, aħna nippruvaw, b’mod sistematiku u proattiv, innaqqsu l-piżijiet imposti mil-leġiżlazzjoni eżistenti. L-ispejjeż mistennija għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE se jiġu kkwantifikati b’mod aktar trasparenti, meta dan ikun fattibbli u proporzjonat, u jiġu ppreżentati b’mod sistematiku fil-valutazzjonijiet tal-impatt. L-ispejjeż amministrattivi se jitpaċew. Sa fejn ikun possibbli, se jittieħdu miżuri oħrajn bil-ħsieb li jiġu kkumpensati l-ispejjeż ta’ aġġustament. Il-prinċipju ta’ “one in, one out” se jikkomplementa l-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), li sistematikament jidentifika u jneħħi l-burokrazija u l-ispejjeż mhux meħtieġa.

    Ir-regolamentazzjoni aħjar hija wkoll fundamentali fl-appoġġ tas-sostenibbiltà u t-trasformazzjoni diġitali. L-ambizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-Kummissjoni u d-dimensjonijiet soċjali u ġusti tagħhom, flimkien mal-enfasi tagħhom fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-prinċipji “tagħmilx ħsara sinifikanti” u “diġitali b’mod awtomatiku”, se jkunu aktar prominenti fl-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-konsultazzjonijiet tagħna. L-ugwaljanza għal kulħadd, inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll l-implikazzjonijiet esterni tal-politiki interni se jiġu kkunsidrati fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika. Il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u l-ittestjar taż-żoni rurali se jissaħħu, sabiex il-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tat-territorji differenti tal-UE jitqiesu aħjar. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa. L-integrazzjoni tat-tbassir fit-tfassil tal-politika se ssaħħaħ ukoll il-validità fil-futur tar-regolamenti tagħna.

    3.2.Implimentazzjoni u infurzar tad-dritt tal-UE

    L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ambizzjuża u innovattiva ma tispiċċax hemm: implimentazzjoni xierqa hija essenzjali biex jiġu protetti d-drittijiet taċ-ċittadini u tal-kumpaniji fl-Unjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lill-Istati Membri u taħdem magħhom biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u malajr ta’ regoli ġodda u eżistenti tal-UE, u mhux se toqgħod lura milli tirrispetta d-dritt tal-UE permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur meta jkun hemm bżonn. Li dan isir huwa prerekwiżit biex nilħqu l-għanijiet ta’ politika tagħna f’oqsma bħall-funzjonament xieraq tas-suq uniku, it-tranżizzjoni tal-Ewropa għall-Era Diġitali, it-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-każijiet ta’ ksur huma wkoll parti essenzjali mis-sett ta’ għodod disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddefendi d-drittijiet fundamentali u l-valuri li l-Unjoni hija msejsa fuqhom.

    4.Konklużjoni

    Matul l-aħħar sena u nofs, l-Unjoni tagħna u ċ-ċittadini tagħha wrew il-qawwa, it-tenaċità u l-għaqda tagħhom quddiem sensiela ta’ sfidi bla preċedent. Id-dinja tal-lum għadha kkaratterizzata minn inċertezza, avvenimenti ta’ xkiel u żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi, flimkien mat-tibdil fil-klima u l-kriżi tan-natura. Iżda huwa billi naħtfu l-opportunitajiet offruti minn dawn l-isfidi u billi nibnu fuq il-pedamenti li stabbilejna li nistgħu nwettqu t-trasformazzjoni tas-soċjetà li l-Ewropa teħtieġ u li jistħoqqilhom iċ-ċittadini.

    Dan il-programm ta’ ħidma jistabbilixxi azzjoni mmirata biex tkompli twettaq l-ambizzjonijiet li stabbiliet il-Kummissjoni fil-bidu tal-mandat u tkompli tidderieġi l-Unjoni lejn l-irkupru sostenibbli. Huwa jelenka wkoll il-proposti leġiżlattivi ewlenin li jenħtieġ li jingħataw prijorità fil-proċess leġiżlattiv biex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida fil-post. Il-lista se tifforma l-bażi tad-djalogu tagħna mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill bl-għan li jsir qbil dwar Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi sal-aħħar tas-sena, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 3 .

    Urejna li meta naħdmu flimkien, kapaċi nindirizzaw aħjar l-isfidi ġenerazzjonali tagħna u nipproteġu l-ħajjiet u l-għajxien.

    Din l-għaqda issa hija meħtieġa aktar minn qatt qabel – iżda ma għandhiex tkun għad-detriment tal-ambizzjoni tagħna. Se jkollna bżonn it-tnejn jekk irridu nibqgħu fit-triq it-tajba biex nibnu Unjoni reżiljenti għal futur ta’ prosperità.

    (1)

    Se nippreżentaw ukoll Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ fl-Azzjoni Esterna tal-UE.

    (2)

     Il-pożizzjoni ta’ xi inizjattiva fl-annessi aġġustati ma tibdilx ir-responsabbiltajiet kif stabbiliti fl-Ittri ta’ Missjoni mibgħuta lil kull Membru tal-Kulleġġ mill-President von der Leyen.

    (3)

    ĠU L 123, 12.5.2016 p.1.

    Top

    Strasburgu, 19.10.2021

    COM(2021) 645 final

    ANNESSI

    tal-

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2022









































































    Flimkien għal Ewropa iktar b'saħħitha


















































    Anness I: Inizjattivi ġodda 1

    Nru

    Objettiv ta’ politika

    Inizjattivi

    Patt Ekoloġiku Ewropew

    1.

    Pakkett ta’ tniġġis żero

    a)Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 2 2022)

    b)Ġestjoni tal-ilma integrata – listi riveduti ta’ inkwinanti tal-ilma tas-superfiċe u ta’ taħt l-art (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192 TFUE, Trimestru 3 2021)

    c)Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ambjentali (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192 TFUE, Trimestru 3 2022)

    2. 

    Pakkett dwar il-miżuri klimatiċi

    a)Rieżami tar-regoli tal-UE dwar il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 2 2022)

    b)Qafas tal-UE għal kejl armonizzat tal-emissjonijiet tat-trasport u tal-loġistika (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 91 u 100(2) TFUE, Trimestru 4 2022)

    c)Rieżami tal-istandards ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi tqal (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 4 2022)

    d)Ċertifikazzjoni tat-tneħħija tal-karbonju (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 4 2022)

    3.

    Ekonomija ċirkolari

    Inizjattiva dwar id-dritt għat-tiswija (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 3 2022)

    4.

    Pakkett tal-plastiċi

    a)Qafas ta’ politika għall-plastiċi b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    b)Restrizzjoni fuq il-mikroplastiċi (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2022)

    c)Miżuri għat-tnaqqis u r-rilaxx ta’ mikroplastiċi fl-ambjent (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2022)

    5.

    Bijodiversità u mill-Għalqa sal-platt

    Użu sostenibbli tal-pestiċidi – reviżjoni tar-regoli tal-UE (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 1 2022)

    Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

    6..

    Ir-reżiljenza ċibernetika

    Att Ewropew dwar ir-reżiljenza ċibernetika (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 3 2022)

    7.

    Semikondutturi

    Att Ewropew dwar iċ-ċipep (inizjattiva leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    8.

    Sigurtà u difiża

    Pjan direzzjonali dwar it-teknoloġiji tas-sigurtà u d-difiża (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2022)

    9.

    Spazju innovattiv u sostenibbli

    a)Il-ħolqien ta’ sistema ta’ komunikazzjoni sigura globali bbażata fl-ispazju (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 189 TFUE, Trimestru 2 2022)

    b)Strateġija tal-UE għall-immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    10.

    Id-diġitali fl-edukazzjoni u l-ħiliet

    a)Rakkomandazzjoni dwar it-titjib tal-għoti ta’ ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2022)

    b)Rakkomandazzjoni dwar il-fatturi abilitanti għal edukazzjoni diġitali (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2022)

    11.

    Suq uniku

    Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 1 2022)

    12..

    Mobilità diġitali multimodali

    Servizzi ta’ mobilità diġitali multimodali (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 4 2022)

    Ekonomija għas-Servizz tan-Nies

    13.

    Protezzjoni tal-ħaddiema

    Protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għall-asbestos fuq il-post tax-xogħol (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 153(2) TFUE, Trimestru 3 2022)

    14.

    Intrapriżi żgħar u medji

    Faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u medji (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 3 2022)

    15.

    Pagamenti istantanji

    Inizjattiva dwar il-pagamenti istantanji fl-UE (inizjattiva leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    16.

    Approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali

    Inizjattiva dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġi sostantiva dwar proċedimenti ta’ insolvenza (inizjattiva leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2022)

    17.

    Tassazzjoni ġusta

    Proposta dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali tal-OECD dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet tat-tassazzjoni (inizjattiva leġiżlattiva, l-Artikolu 115 TFUE)

    18.

    Introjtu minimu

    Rakkomandazzjoni dwar introjtu minimu (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2022)

    19.

    Reġjuni ultraperiferiċi

    Sħubija strateġika mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

    20.

    Statut ta' mblukkar

    Emenda għar-Regolament dwar li statut ta' mblukkar (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2022)

    21.

    Impenn internazzjonali fl-enerġija

    Strateġija Ġdida dwar l-impenn internazzjonali fl-enerġija (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2022)

    22.

    Governanza internazzjonali tal-oċeani

    Komunikazzjoni Konġunta dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    23.

    Sħubija mal-Golf

    Komunikazzjoni Konġunta dwar sħubija mal-Golf (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

    24.

    Strateġija Ewropea għall-kura

    Strateġija Ewropea għall-kura - Komunikazzjoni dwar strateġija Ewropea għall-kura, akkumpanjata mir-reviżjoni tal-miri ta’ Barċellona u proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kura fit-tul (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2022)

    25.

    Informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri

    Obbligu għat-trasportaturi li jikkomunikaw l-informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2022)

    26.

    Aċċess reċiproku għal informazzjoni relatata mas-sigurtà

    Qafas għal aċċess reċiproku għal informazzjoni relatata mas-sigurtà għall-uffiċjali tal-ewwel linja bejn l-UE u pajjiżi terzi ewlenin biex jiġi miġġieled it-theddid komuni għas-sigurtà (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 4 2022)

    27.

    Skrinjar tal-kanċer

    Aġġornament tar-Rakkomandazzjoni dwar l-iskrining tal-kanċer (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2022)

    28.

    Pakkett tal-edukazzjoni

    a)Strateġija Ewropea għall-universitajiet (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2022)

    b)Il-bini ta’ pontijiet għal kooperazzjoni Ewropea effettiva fl-edukazzjoni għolja (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2022)

    Spinta Ġdida għad-demokrazija Ewropea

    29.

    Libertà tal-media

    Att Ewropew dwar il-libertà tal-media (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 3 2022)

    30.

    Trasferiment ta’ proċedimenti kriminali

    Inizjattiva dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti kriminali (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 82(1) TFUE, Trimestru 3 2022)

    31.

    Rikonoxximent tal-paternità bejn l-Istati Membri

    Rikonoxximent tal-paternità bejn l-Istati Membri (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 81(3) TFUE, Trimestru 3 2022)

    32.

    Korpi tal-ugwaljanza

    Tisħiħ tar-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza (inizjattiva leġiżlattiva, l-Artikoli 19 u 157 TFUE, Trimestru 3 2022)



    Anness II: Inizjattivi REFIT 2

    Nru

    Titolu

    Objettiv / potenzjal ta’ simplifikazzjoni (spjegazzjoni qasira tal-objettiv tat-tnaqqis tal-piżijiet u s-simplifikazzjoni)

    Patt Ekoloġiku Ewropew

    1.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi

    Wara l-evalwazzjoni tad-Direttiva ġew identifikati xi oqsma għat-titjib: indirizzar aħjar tat-tniġġis li għad fadal u li qed jitfaċċa u titjib tal-governanza tas-settur filwaqt li tintrabat aħjar mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Se jiġu inklużi wkoll kunsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika (prevenzjoni aħjar tal-pandemiji permezz tas-sorveljanza tal-ilma mormi).

    Se jsiru sforzi partikolari biex jittejbu l-monitoraġġ u r-rappurtar (mixja lejn rappurtar semiawtomatiku). Dan se jibbenefikaw minnu l-Istati Membri u l-operaturi tal-ilma mormi – kemm dawk privati u kemm dawk pubbliċi. Jistgħu jintalbu aktar sforzi dwar it-trasparenza billi dan huwa meqjus bħala mutur għal prestazzjoni aħjar għas-settur.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192 TFUE, Trimestru 2 2022)

    2.

    Reviżjoni - Restrizzjoni tal-użu ta’ sustanzi perikolużi fl-elettroniċi

    Ir-reviżjoni se ssaħħaħ u tissimplifika l-leġiżlazzjoni biex tipproteġi aħjar liċ-ċittadini u lill-ambjent kontra sustanzi kimiċi ta’ riskju, fost l-oħrajn, billi tqis il-bidla lejn proċess ta’ “sustanza waħda – valutazzjoni waħda” u tipprevedi trasparenza akbar meta tiġi prijoritizzata azzjoni biex jiġu indirizzati s-sustanzi kimiċi, kif ukoll billi tinkoraġġixxi l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ alternattivi sikuri u sostenibbli, kif enfasizzat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    Ir-reviżjoni se jkollha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv fir-rigward tal-proċess tal-eżenzjonijiet.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2022)

    3.

    GreenData4All - Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) u d-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali

    L-inizjattiva ġejja mill-istrateġija Ewropea dwar id-data. Din tikkonsisti f’reviżjoni tad-Direttiva li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fl-UE (INSPIRE), flimkien mad-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali, wara l-evalwazzjoni tagħhom fl-2021. L-inizjattiva għandha l-għan li timmodernizza r-reġim tad-data skont l-opportunitajiet teknoloġiċi u tal-innovazzjoni, u b’hekk tagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini tal-UE li jagħmlu l-parti tagħhom fit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, u fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Hija mistennija tkopri servizzi tad-data riutilizzabbli fuq skala kbira biex tgħin fil-ġbir, fil-kondiviżjoni, fl-ipproċessar u fl-analiżi ta’ volumi kbar ta’ data rilevanti biex tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u mal-azzjonijiet prijoritarji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-inizjattiva għandha l-għan li tissimplifika r-rappurtar u t-tnaqqis tal-piżijiet permezz ta’ riutilizzazzjoni aħjar tad-data eżistenti, ġenerazzjoni ta’ rapportar awtomatiku permezz tal-estrazzjoni tad-data u l-intelligence tan-negozju.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192 TFUE, Trimestru 4 2022)

    4.

    Proposta orizzontali għar-riallokazzjoni tal-ħidma teknika u xjentifika tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi lill-aġenziji tal-UE

    L-inizjattiva għandha l-għan li tissimplifika fl-aġenziji tal-UE r-responsabbiltajiet biex tiġi pprovduta ħidma xjentifika u teknika dwar is-sustanzi kimiċi li bħalissa hija mifruxa f’varjetà ta’ atturi (kumitati xjentifiċi, konsulenti, servizzi tal-Kummissjoni) li jirriżulta mill-prinċipju ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”.

    Din il-proposta se tnaqqas il-piż fuq il-partijiet ikkonċernati minħabba li se tiċċentralizza il-ħidma xjentifika u teknika dwar is-sustanzi kimiċi fl-aġenziji tal-UE. Il-proposta se tnaqqas ukoll il-piż fuq l-istituzzjonijiet tal-UE (il-Kummissjoni u l-aġenziji) billi l-użu tal-għarfien espert tal-aġenziji fil-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi minflok kumitati u konsulenti ad hoc se jwassal għal sinerġiji u titjib fl-effiċjenza.

    (inizjattiva leġiżlattiva, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2022)

    5.

    Reviżjoni tar-Regolament dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti

    Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) 648/2004 se tindirizza d-dgħufijiet identifikati mill-evalwazzjoni u se tadatta r-rekwiżiti regolatorji għad-deterġenti għall-iżviluppi reċenti u għall-ħtiġijiet soċjoekonomiċi. Hija se tkompli fuq l-istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà.

    Kwistjoni ewlenija identifikata mill-evalwazzjoni kienet li l-kunċetti u d-definizzjonijiet użati fir-Regolament dwar id-deterġenti jista’ jkun li mhux dejjem ikunu konformi u koerenti mat-tifsira li jkunu kisbu maż-żmien u fil-prattika. Dan jirriżulta f’nuqqas ta’ ċarezza dwar jekk ċerti prodotti disponibbli fis-suq ikunux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jew le (pereż. prodotti tat-tindif mikrobiċi).

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2022)

    6.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw u d-Direttiva dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur

    Ir-reviżjoni se tippromwovi approċċ aktar ċirkolari billi torbot il-kwistjonijiet tad-disinn mat-trattament meta ma jibqgħux jintużaw, filwaqt li tqis ir-regoli dwar il-kontenut riċiklat obbligatorju għal ċerti materjali ta’ komponenti u ttejjeb l-effiċjenza tar-riċiklaġġ. L-amalgamazzjoni taż-żewġ Direttivi fi strument uniku, li jkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-settur awtomobilistiku, tipprovdi ċarezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet, meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali li tiddependi fuq approċċ frammentat: il-karozzi huma koperti mid-Direttiva 2005/64/KE meta jitqiegħdu fis-suq, filwaqt li l-karozzi li m’għadhomx jintużaw huma koperti mid-Direttiva 2000/53/KE. Bidla għal għodod online u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali tgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv li jista’ jiġi evitat, b’mod partikolari dak relatat mal-obbligi ta’ rappurtar jew proċeduri oħrajn, pereż. sistemi ta’ (de)reġistrazzjoni u ta’ notifika tal-vetturi. F’dan ir-rigward, ir-reviżjoni tad-Direttiva se jkollha l-għan li ttejjeb il-fattibbiltà operattiva u l-implimentazzjoni tad-Direttiva, u tottimizza l-piż amministrattiv permezz ta’ użu aħjar ta’ soluzzjonijiet diġitali u koerenza ma’ politiki u leġiżlazzjoni settorjali oħrajn bbażati fuq approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 u/jew l-Artikolu 192 TFUE, Trimestru 4 2022)

    7.

    Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ u ta’ leġiżlazzjoni oħra dwar il-materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti u tal-foresti

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti u tal-foresti biex tallinjaha mal-objettivi politiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġiji tiegħu ta’ mill-għalqa sal-platt, tal-bijodiversità, tal-adattament għat-tibdil fil-klima tal-UE, l-istrateġija diġitali ewropea u l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-foresti. Hija għandha l-għan li tneħħi l-ostakli mis-suq intern u tappoġġa l-iżviluppi tekniċi, il-ħolqien ta’ sistemi agroalimentari u foresti sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u tal-foresti. L-inizjattiva se tissimplifika l-proċeduri u tnaqqas il-piż għall-awtoritajiet kompetenti u l-industrija tal-materjal riproduttiv tal-pjanti tal-UE.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 43(2) u 114, u 192(1) TFUE, Trimestru 4 2022)

    Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

    8.

    Reviżjoni tar-Regolament għal eżenzjoni ta’ kategorija vertikali u tal-linji gwida vertikali

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li tirrevedi r-regoli dwar ftehimiet bejn partijiet attivi f’livelli differenti fl-istess katina ta’ provvista ekonomika biex jaqdu l-ħtiġijiet tan-negozju f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. Hija se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piżijiet billi tipprovdi lill-partijiet ikkonċernati bi gwida aġġornata għal ambjent tan-negozju rriformat b’mod partikolari mit-tkabbir tal-kummerċ elettroniku.

    (inizjattiva mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 103 TFUE u r-Regolament 19/65/KEE, Trimestru 2 2022)

    9.

    Reviżjoni tar-Regolament għal eżenzjoni ta’ kategorija orizzontali u tal-linji gwida orizzontali

    L-għan tal-inizjattiva huwa li tirrevedi r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija dwar ftehimiet ta’ riċerka u żvilupp u speċjalizzazzjoni u l-linji gwida orizzontali li jakkumpanjawhom. Ir-reviżjoni għandha l-għan li tiżgura li l-kumpaniji jkollhom gwida ċara dwar liema ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali jkunu jistgħu jikkonkludu mingħajr riskju li jiksru l-liġi tal-kompetizzjoni. Hija għandha wkoll l-għan li tissimplifika s-superviżjoni amministrattiva tal-akkordji ta’ kooperazzjoni orizzontali mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-qrati nazzjonali.

    (inizjattiva mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 103 TFUE u r-Regolament 19/65/KEE, Trimestru 4 2022)

    10.

    Reviżjoni ta’ ċerti aspetti proċedurali tal-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE

    L-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb il-proċeduri ta’ kontroll tal-fużjonijiet tal-UE, mingħajr ma tfixkel l-infurzar effettiv. L-għan huwa li l-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE jsir aktar effiċjenti u inqas ta’ piż f’każijiet li x’aktarx ma jqajmux tħassib dwar il-kompetizzjoni u li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddedika aktar riżorsi għal dawk il-każijiet meta tkun meħtieġa investigazzjoni dettaljata. Għal dan l-għan, l-inizjattiva se tesplora alternattivi biex tkompli tissimplifika l-proċess kemm f’każijiet ta’ fużjoni simplifikati kif ukoll, meta jkun possibbli, f’każijiet ta’ fużjoni mhux simplifikati.

    (inizjattiva mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-proċedura simplifikata, Trimestru 2 2022)

    11.

    Reviżjoni tal-avviż dwar id-definizzjoni tas-swieq

    L-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura li l-avviż jipprovdi gwida aġġornata dwar il-prinċipji u l-aħjar prattiki fid-definizzjoni tas-swieq li l-Kummissjoni tapplika f’każijiet ta’ antitrust u ta’ fużjoni, inklużi l-evoluzzjonijiet reċenti fil-metodoloġiji u l-iżviluppi tas-suq, bħal dawk assoċjati mad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.

    Avviż aġġornat se jnaqqas il-piżijiet għall-kumpaniji billi jżid iċ-ċertezza legali u jipprovdi gwida aktar aġġornata dwar l-approċċ tal-Kummissjoni għad-definizzjoni tas-swieq, inkluż f’oqsma mhux koperti fl-avviż attwali bħas-swieq diġitali. F’xenarju fejn ma tiġi pprovduta l-ebda gwida jew l-ebda gwida aġġornata, kemm fi kwistjonijiet ta’ fużjoni kif ukoll ta’ antitrust, il-kumpaniji jkollhom jiddedikaw riżorsi interni addizzjonali għar-riċerka ta’ għadd kbir ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, sentenzi tal-qorti u letteratura dwar id-definizzjoni tas-swieq biex jiddeterminaw kif il-Kummissjoni x’aktarx tiddefinixxi s-suq/swieq rilevanti u x’elementi tqis. Avviż aġġornat se jkompli jnaqqas il-piżijiet u jżid il-benefiċċji għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, billi jnaqqas il-ħtieġa li jiġu spjegati l-prinċipji bażiċi tad-definizzjoni tas-swieq meta japplikaw id-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, u billi jipprovdu għodda ta’ referenza għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri li ma għandhomx il-linji gwida ta’ definizzjoni tas-swieq tagħhom stess fl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali (meta jkun applikabbli).

    (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2022)

    12.

    Proposta għal strateġija ta’ interoperabbiltà tal-gvernijiet tal-UE

    Din l-inizjattiva se tevalwa l-qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà attwali u se tivvaluta l-appoġġ tiegħu fit-twaqqif ta’ servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli. Hija se telabora wkoll il-proposta dwar l-istrateġija għall-interoperabbiltà tal-gvernijiet tal-UE, imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa”. L-għan huwa li tiġi stabbilita governanza komuni tal-interoperabbiltà fil-livell tal-UE biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni transfruntiera, tiġi appoġġata l-innovazzjoni tas-settur pubbliku u jiġu definiti speċifikazzjonijiet komuni minimi għal flussi u servizzi siguri u mingħajr fruntieri tad-data tas-settur pubbliku. Din se:

     Tistabbilixxi governanza kondiviża ta’ interoperabbiltà mal-Istati Membri li se jkollhom il-mandat li jidderieġu l-iżvilupp tal-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE.

    ·Tiżgura li l-proposti ta’ politika tal-UE jkunu interoperabbli, lesti għad-diġitali u mfassla biex ikunu interoperabbli mill-bidu nett u trawwem sinerġiji għall-implimentazzjoni tagħhom.

     Tipprovdi speċifikazzjonijiet u standards minimi komuni għall-interoperabbiltà miftuħa għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE.

    ·L-appoġġ u l-promozzjoni tal-iżvilupp u r-riutilizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet u speċifikazzjonijiet komuni ta’ interoperabbiltà miftuħa u ċċentrati fuq il-bniedem mill-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-UE.

    ·It-tisħiħ tal-innovazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali permezz tat-tagħlim reċiproku u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114, 172, 188 u/jew 197 TFUE, Trimestru 2 2022)

    13.

    Reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għan-networks tal-broadband

    L-għan tal-inizjattiva huwa li jiġu riveduti r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tal-broadband biex jiġu aġġornati f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi u soċjoekonomiċi u biex jitqiesu l-objettivi l-ġodda tal-konnettività tal-UE kif ukoll żviluppi ta’ politika reċenti oħrajn. Il-Komunikazzjoni tal-2020 “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” tqis il-konnettività tal-Gigabits bħala l-aktar element kostitwenti fundamentali tat-trasformazzjoni diġitali, vitali biex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-tkabbir diġitali tal-Ewropa. Dan huwa kkonfermat mill-osservazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tal-2030 dwar il-Kumpass Diġitali. Hija tirrikonoxxi d-domandi li qed jevolvu b’mod rapidu għall-kapaċità tan-network u l-ħtieġa li jiġu żgurati investimenti sostenibbli f’networks li kapaċi joffru veloċitajiet tal-Gigabits biex jaqdu l-ekonomija tad-data Ewropea lil hinn mill-2025. Il-pandemija tal-COVID-19 issottolinjat ir-rwol kritiku tan-networks tal-broadband għan-nies, in-negozji u l-istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll għall-irkupru mill-kriżi u għat-trawwim tar-reżiljenza tal-UE.

    Hija meħtieġa modifika mmirata tar-regoli attwali sabiex il-qafas tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tal-broadband jiġi allinjat mal-iżviluppi teknoloġiċi, soċjoekonomiċi u tal-politiki.

    (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2022)

    14.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar id-disinn

    Ir-reviżjoni prevista tad-Direttiva dwar id-disinn u tar-Regolament dwar id-disinn Komunitarju ssegwi evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-disinn. Ir-reviżjoni għandha l-għan li tagħmel il-qafas adattat għall-iskop fl-era diġitali u li żżid iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà legali għall-benefiċċju tad-disinjaturi individwali, tal-industriji b’intensità fid-disinn u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Hija se tfittex ukoll li tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi, iżżid l-effiċjenza u tnaqqas l-ispejjeż, u b’hekk tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni tad-disinn.

    Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv (inklużi t-tariffi li jridu jitħallsu) huma fost l-għanijiet ewlenin tar-riforma. Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u ż-żieda fl-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni fl-UE permezz ta’ aktar armonizzazzjoni se jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi, kemm għall-utenti tal-protezzjoni tad-disinn kif ukoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 2 2022)

    15.

    Reviżjoni tar-Regolament dwar id-disinn Komunitarju

    16.

    Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari

    Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar iċ-ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari (SPCs) hija adattata għall-iskop tagħha, il-frammentazzjoni tagħha (l-SPCs huma amministrati u infurzati fil-livell nazzjonali) ixxekkel l-effettività u l-effiċjenza tagħha. Il-ħolqien ta’ proċedura unifikata għall-għoti tal-SPC u ta’ SPC unitarju jsaħħaħ is-suq uniku għall-farmaċewtiċi u l-agrokimiċi, u jagħmel l-SPCs adattati biex jappoġġaw it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika doppja.

    Dan se jwassal għal tnaqqis qawwi tal-ispejjeż/piż u żieda fiċ-ċertezza legali għall-applikanti għal SPC, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda, billi mekkaniżmu ta’ għoti ċċentralizzat se jkun disponibbli bħala alternattiva għas-27 proċedura tal-SPC nazzjonali attwali. Il-proposta/i l-ġdida/ġodda jistgħu jissostitwixxu/jemendaw ir-Regolamenti eżistenti tal-SPC għall-prodotti farmaċewtiċi u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114 u 118 TFUE, Trimestru 4 2022)

    Ekonomija għas-Servizz tan-Nies

    17.

    Reviżjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-qafas leġiżlattiv tal-popolazzjoni

    L-istatistika dwar id-daqs u l-karatteristiċi demografiċi, soċjali, tal-impjiegi, tal-akkomodazzjoni, edukattivi u migratorji tal-popolazzjoni hija meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista’ twettaq il-kompiti assenjati lilha. Din l-istatistika teħtieġ bażi ġuridika riveduta, moderna u komprensiva biex tiżgura l-kwalità, il-kompletezza u l-affidabbiltà tagħha. L-inizjattiva maħsuba biex toħloq qafas legali rivedut għall-istatistika dwar il-popolazzjoni bbażata fuq standards internazzjonali, li jintegra taħt bażi ġuridika waħda statistika annwali eżistenti dwar id-demografija u l-migrazzjoni, u statistika deċennali miċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tal-abitazzjoni, kif ukoll data dwar il-popolazzjoni reġjonali u ġeoreferenzjata, li bħalissa huma koperti minn Regolamenti separati.

    Il-bażi ġuridika waħda riveduta għall-istatistika dwar il-popolazzjoni għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri (prinċipalment l-istituti nazzjonali tal-istatistika) billi tippromwovi l-użu ta’ definizzjonijiet statistiċi armonizzati u rilevanti fl-oqsma kollha tal-istatistika dwar il-popolazzjoni, u billi tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol f’oqsma relatati. L-inizjattiva se tiffaċilita l-użu dejjem jikber mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri ta’ sorsi ta’ data amministrattiva biex tinġabar l-istatistika dwar il-popolazzjoni. Dan l-approċċ se jkun aktar kosteffettiv u, maż-żmien, se jnaqqas il-piżijiet tar-riżorsi fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri filwaqt li, b’mod parallel, jippermetti li tiġi prodotta statistika aktar frekwenti u aktar dettaljata biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti. Is-sostituzzjoni jew l-emendar tal-leġiżlazzjoni rilevanti eżistenti (żewġ Regolamenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew se jiġu revokati u wieħed se jiġi emendat) b’Regolament qafas wieħed se jwassal għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 338(1) TFUE, Trimestru 2 2022)

    18.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità

    L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2007/59/KE wriet li hemm marġni sinifikanti għas-simplifikazzjoni u t-titjib ulterjuri tal-effikaċja tad-Direttiva. Xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha huma skaduti, l-lingwaġġ tagħha huwa xi drabi ambigwu u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jista’ jkun jeħtieġ aġġustament.

    Ir-reviżjoni se twassal ukoll għal titjib ulterjuri fil-mobilità tas-sewwieqa tal-ferroviji kemm bejn il-kumpaniji kif ukoll bejn l-Istati Membri. Ir-responsabbiltajiet u l-allokazzjoni tal-kompiti fost l-atturi involuti fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni se jiġu riveduti sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-atturi kollha involuti fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni. F’termini ta’ valur miżjud, ir-reviżjoni tad-direttiva se ttejjeb l-effettività tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni madwar l-UE billi toħloq qafas verament armonizzat. Dan se jipprovdi aktar ċarezza lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati involuti u jnaqqas id-duplikazzjoni tal-ispejjeż u l-isforzi.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 4 2022)

    19.

    Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni

    Il-kodiċi doganali tal-Unjoni qed jaffaċċa sitwazzjonijiet li ma kienx maħsub għalihom, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni se jkollha l-għan li ttejjeb il-kontrolli tal-kummerċ elettroniku għall-benefiċċju tal-kontribwenti (ġbir ta’ dazji u taxxi) u taċ-ċittadini (protezzjoni kontra prodotti mhux konformi). Dan se jiffaċilita l-kompiti ta’ infurzar tal-awtoritajiet nazzjonali u jtejjeb il-kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari bl-assistenza ta’ atturi ġodda bħall-pjattaformi. F’oqsma oħrajn, ir-reviżjoni se tipprevedi allokazzjoni aħjar tal-kompiti u titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u settorjali sabiex l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni jkunu f’pożizzjoni li jużaw aktar data doganali elettronika biex itejbu l-effiċjenza tal-kontrolli tagħhom tar-riskji finanzjarji u mhux finanzjarji u b’hekk inaqqsu l-piż fuq l-operaturi ekonomiċi. F’oqsma terġa’ oħrajn huma previsti ċerti simplifikazzjonijiet għall-partijiet ikkonċernati ekonomiċi.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 33, 114 u 207 TFUE, Trimestru 4 2022)

    20.

    Il-VAT fl-era diġitali: Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-VAT u tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT

    Din l-inizjattiva għandha l-għan li timmodernizza r-regoli attwali dwar il-VAT, filwaqt li tqis l-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji diġitali. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi enfasizza l-ħtieġa li ssir riflessjoni dwar kif it-teknoloġija tista’ tintuża mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u għall- benefiċċju għan-negozji, u dwar jekk ir-regoli attwali tal-VAT humiex adattati għall-mod kif isir in-negozju fl-era diġitali. Il-pjan ta’ azzjoni ħabbar proposta leġiżlattiva għall-2022 taħt l-intestatura “Il-VAT fl-Era Diġitali” li tkopri 1) l-obbligi ta’ rappurtar tal-VAT u l-fatturazzjoni elettronika 2) it-trattament tal-VAT tal-ekonomija tal-pjattaformi 3) reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-UE. Il-pakkett mistenni jarmonizza u jippromwovi l-provvediment ta’ provvisti transfruntiera fis-suq uniku, u li jgħin fit-titjib tal-ġbir tat-taxxa u għalhekk jiżgura dħul sostenibbli matul l-irkupru tal-COVID-19.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 113 TFUE, Trimestru 3 2022)

    Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

    21.

    Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika

    Ir-reviżjoni tal-qafas legali farmaċewtiku ġenerali għandha l-għan li tiżgura l-aċċess għal mediċini ta’ kwalità, sikuri, effikaċi u affordabbli fl-UE. Hija għandha l-għan li trawwem l-innovazzjoni inkluż f’oqsma ta’ ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati (inklużi l-antimikrobiċi) u li ttejjeb is-sigurtà tal-provvista filwaqt li tadattaha għal żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u tnaqqas il-piż regolatorju meta jkun possibbli. Hija se tappoġġa sistema farmaċewtika reżistenti għall-kriżijiet u li tibqa’ valida fil-futur billi titgħallem mil-lezzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19.

    L-inizjattiva se tissimplifika l-leġiżlazzjoni u toħloq ambjent regolatorju effiċjenti, fost l-oħrajn, permezz tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u d-diġitalizzazzjoni fil-proċessi u l-proċeduri, b’impatt pożittiv mistenni fuq ir-regolaturi u l-kumpaniji.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114 u 168 TFUE, Trimestru 4 2022)

    22.

    Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-mediċini għat-tfal u l-mard rari

    Din l-inizjattiva se tindirizza għadd ta’ nuqqasijiet fil-funzjonament tal-qafas eżistenti identifikati matul evalwazzjoni reċenti tar-Regolamenti dwar il-mediċini għal mard rari u għat-tfal. L-inizjattiva se jkollha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp ta’ prodotti f’oqsma b’ħafna ħtiġijiet mhux issodisfati għall-pazjenti u tiżgura l-aċċess f’waqtu għalihom. Hija se tiżgura wkoll li l-leġiżlazzjoni tkun adattata biex iżżomm il-pass mal-iżvilupp teknoloġiku u xjentifiku. Finalment, hija se tirrazzjonalizza u tissimplifika l-proċeduri eżistenti.

    L-inizjattiva se jkollha l-għan li tissimplifika u tirrazzjonalizza l-proċeduri marbutin mal-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ mediċini għal mard rari u għat-tfal, u b’hekk jitnaqqas il-piż kemm għall-kumpaniji kif ukoll għar-regolaturi.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114 u 168 TFUE, Trimestru 4 2022)

    Spinta Ġdida għad-demokrazija Ewropea

    23.

    Reviżjoni tal-acquis dwar id-drittijiet tal-vittmi

    Jenħtieġ li l-kontinwazzjoni tal-ħidma fuq id-drittijiet tal-vittmi tkun komprensiva u tiffoka fuq aċċess aktar effettiv għad-drittijiet tal-vittmi, inkluż id-dritt għal kumpens u aċċess aħjar għall-ġustizzja għall-vittmi tad-delitti kollha, inklużi l-vittmi tal-vjolenza sessista. Wara l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi, reviżjoni possibbli tad-Direttiva jew strument leġiżlattiv ieħor tista’ tiġi proposta sa tmiem l-2022. Jenħtieġ li reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi titqies mhux biss fil-kuntest tal-vittmi tal-vjolenza sessista, iżda fir-rigward tal-vittmi tad-delitti kollha. Kunsiderazzjoni dwar jekk tiġix riveduta d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi, tkun aktar ċara wara l-evalwazzjoni tagħha u d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-partijiet ikkonċernati, inklużi d-diskussjonijiet taħt il-presidenzi attwali u futuri u l-pjattaforma tad-drittijiet tal-vittmi.

    Reviżjoni possibbli jkollha l-għan li ttejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja. B’mod partikolari, reviżjoni possibbli tista’ tinkludi dispożizzjonijiet addizzjonali li jsaħħu l-protezzjoni fiżika tal-vittmi billi jiġu stabbiliti standards minimi dwar il-ħruġ u l-funzjonament ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni, inklużi ordnijiet ta’ esklużjoni ta’ emerġenza. Żieda oħra possibbli tista’ tinkludi t-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi għall-informazzjoni dwar il-kumpens disponibbli mill-Istat. Madankollu, għad irid jiġi ċċarat u deċiż jekk ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi tkunx meħtieġa u l-aktar għodda proporzjonata biex jinkiseb l-objettiv tat-tisħiħ tal-protezzjoni fiżika tal-vittmi u d-drittijiet tal-vittmi għal informazzjoni dwar il-kumpens disponibbli.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 82(2) TFUE, Trimestru 4 2022)

    24.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar - Adattament għall-kuntest tal-COVID-19

    Kif imħabbar fl-Aġenda l-ġdida tal-konsumatur tal-2020 u r-rapport tal-2021 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar, il-Kummissjoni se tevalwa jekk id-Direttiva tiżgurax protezzjoni tal-konsumatur robusta u komprensiva f’kull ħin, inkluż il-protezzjoni mill-insolvenza u t-tagħlimiet mill-COVID-19. L-evalwazzjoni se tqis l-azzjonijiet rilevanti tal-istrateġija ta’ mobilità sostenibbli u intelliġenti. Fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni, jista’ jkun hemm proposta għal reviżjoni tad-Direttiva fi tmiem l-2022.

    Ir-reviżjoni se teżamina wkoll il-possibbiltà li tissimplifika jew tirrazzjonalizza r-regoli u d-definizzjonijiet rigward arranġamenti tal-ivvjaġġar marbutin u d-distinzjoni bejnhom u pakketti biex tkun aktar faċli għall-industrija, għall-konsumaturi u għall-awtoritajiet tal-infurzar li jistabbilixxu liema regoli japplikaw għal kombinazzjoni partikolari ta’ servizzi. Hija se teżamina l-possibbiltà li tissimplifika r-rekwiżiti tal-informazzjoni filwaqt li żżomm l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tiċċara ċerti regoli oħrajn (pereż. dwar vawċers volontarji) u tkompli tirrazzjonalizza d-Direttiva dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar mar-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2022)

    25.

    Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan

    Il-Kummissjoni se twettaq ir-reviżjoni tad-Direttiva 2006/126/KE attwali dwar il-liċenzji tas-sewqan, bl-għan li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq u tiffaċilita l-moviment liberu. L-inizjattiva l-ġdida se tqis sfidi ġodda għall-mobilità, b’mod partikolari fil-qasam diġitali u se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-istrateġija dwar il-mobilità intelliġenti u sostenibbli tal-2020.

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 4 2022)

    26.

    Reviżjoni tad-Direttiva li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

    Ir-reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 tgħin lill-Istati Membri biex jinvestigaw aħjar ir-reati tat-traffiku fit-triq imwettqa minn sewwieqa mhux residenti u biex jeżegwixxu aħjar is-sanzjonijiet għal dawn ir-reati, billi jissimplifikaw l-assistenza reċiproka u l-proċeduri ta’ rikonoxximent, biex titjieb is-sikurezza fit-toroq. Hija għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv billi tissimplifika u tiddiġitalizza l-proċeduri (pereż. ittejjeb l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni). Ir-reviżjoni ssaħħaħ it-trattament ugwali tas-sewwieqa Ewropej, irrispettivament mill-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura tagħhom. Hija tikkontribwixxi wkoll għal protezzjoni aħjar tad-drittijiet fundamentali tal-allegati trażgressuri. 

    (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 4 2022)



    Anness III: Proposti pendenti prijoritarji

    Le.

    Titolu Sħiħ

    Referenzi

    Patt Ekoloġiku Ewropew

    1.

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-ammont ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030

    COM(2021) 571 final 
    2021/0202 (COD) 
    14.07.2021

    2.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima

    COM(2021) 568 final 
    2021/0206 (COD) 
    14.07.2021

    3.

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fir-rigward ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni

    COM(2021) 567 final 
    2021/0204 (COD) 
    14.07.2021

    4.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera

    COM(2021) 564 final 
    2021/0214 (COD) 
    14.07.2021

    5.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tirriforma l-istruttura tal-Unjoni dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (riformulazzjoni)

    COM(2021) 563 final 
    2021/0213 (CNS) 
    14.07.2021

    6.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

    COM(2021) 562 final 
    2021/0210 (COD) 
    14.07.2021

    7.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli

    COM(2021) 561 final 
    2021/0205 (COD) 
    14.07.2021

    8.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    COM(2021) 559 final 
    2021/0223 (COD) 
    14.07.2021

    9.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

    COM(2021) 557 final 
    2021/0218 (COD) 
    14.07.2021

    10.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni

    COM(2021) 556 final 
    2021/0197 (COD) 
    14.07.2021

    11.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

    COM(2021) 555 final 
    2021/0200 (COD) 
    14.07.2021

    12.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

    COM(2021) 554 final 
    2021/0201 (COD) 
    14.07.2021

    13.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq

    COM(2021) 552 final 
    2021/0207 (COD) 
    14.07.2021

    14.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757

    COM(2021) 551 final 
    2021/0211 (COD) 
    14.07.2021

    15.

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 347/2013 (Reviżjoni tar-Regolament TEN-E)

    COM(2020) 824 final 
    2020/0360 (COD) 
    15.12.2020

    16.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tal-kapaċità tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea li taġixxi bħala Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

    COM(2020) 577 final 
    2020/0264 (COD) 
    22.09.2020

    17.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1005/2008, u r-Regolament (UE) Nru 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd

    COM(2018) 368 final 
    2018/0193 (COD) 
    30.05.2018

    18.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni)

    COM(2013) 410 final 
    2013/0186 (COD) 
    11.06.2013 

    COM(2020) 579 final 
    22.09.2020

    19.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom.

    COM(2013) 130 final 
    2013/0072 (COD) 
    13.03.2013

    20.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Unjoni Ewropea

    COM(2011) 827 final 
    2011/0391 (COD) 
    01.12.2011

    Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

    21.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju

    COM(2021) 547 final 
    2021/0291(COD) 
    23.09.2021

    22.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea

    COM(2021) 281 final 
    2021/0136 (COD) 
    03.06.2021

    23.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

    COM(2021) 223 final 
    2021/0114 (COD) 
    05.05.2021

    24.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-att dwar l-intelliġenza artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni

    COM(2021) 206 final 
    2021/0106 (COD) 
    21.04.2021

    25.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-makkinarju u l-prodotti relatati

    COM(2021) 202 final 
    2021/0105 (COD) 
    21.04.2021

    26.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa

    COM(2021) 87 final 
    2021/0048 (NLE) 
    23.02.2021

    27.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)

    COM(2020) 842 final 
    2020/0374 (COD) 
    15.12.2020

    28.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE

    COM(2020) 825 final 
    2020/0361 (COD) 
    15.12.2020

    29.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148

    COM(2020) 823 final 
    2020/0359 (COD) 
    16.12.2020

    30.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-governanza Ewropea tad-data (Att dwar il-Governanza tad-Data)

    COM(2020) 767 final 
    2020/0340 (COD) 
    25.11.2020

    31.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341

    COM(2020) 596 final 
    2020/0268 (COD) 
    24.09.2020

    32.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 (DORA)

    COM(2020) 595 final 
    2020/0266 (COD) 
    24.09.2020

    33.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażat fuq teknoloġija ta’ reġistru distribwit

    COM(2020) 594 final 
    2020/0267 (COD) 
    24.09.2020

    34.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-Swieq tal-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (MICA)

    COM(2020) 593 final 
    2020/0265 (COD) 
    24.09.2020

    35.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

    COM(2019) 208 final 
    2019/0101 (COD) 
    14.06.2019

    36.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

    COM(2017) 10 final 
    2017/0003 (COD) 
    10.01.2017

    Ekonomija għas-Servizz tan-Nies

    37.

    Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Directive 2009/138/EC as regards proportionality, quality of supervision, reporting, long-term guarantee measures, macro-prudential tools, sustainability risks, group and cross-border supervision

    COM(2021) 581 final 
    2021/0295 (COD) 
    22.09.2021

    38.

    Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL establishing a framework for the recovery and resolution of insurance and reinsurance undertakings and amending Directives 2002/47/EC, 2004/25/EC, 2009/138/EC, (EU) 2017/1132 and Regulations (EU) No 1094/2010 and (EU) No 648/2012

    COM(2021) 582 final 
    2021/096 (COD) 
    22.09.2021

    39.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni ta’ skema ġeneralizzata ta’ preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    COM(2021) 579 final 
    2021/0297 (COD) 
    22.09.2021

    40.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849

    COM(2021) 423 final 
    2021/0250 (COD) 
    20.07.2021

    41.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi (riformulazzjoni)

    COM(2021) 422 final 
    2021/0241 (COD) 
    20.07.2021

    42.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) 1094/2010, (UE) 1095/2010

    COM(2021) 421 final 
    2021/0240 (COD) 
    22.07.2021

    43.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

    COM(2021) 420 final 
    2021/0239 (COD) 
    20.07.2021

    44.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

    COM(2021) 391 final 
    2021/0191 (COD) 
    06.07.2021

    45.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi

    COM(2021) 189 final 
    2021/0104 (COD) 
    21.04.2021

    46.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea

    COM(2020) 682 final 
    2020/0310 (COD) 
    28.10.2020

    47.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013

    COM(2020) 673 final 
    2020/0306 (COD) 
    28.10.2020

    48.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral

    COM(2018) 135 final 
    2018/0063A (COD) 
    2018/0063B (COD) 
    14.03.2018

    49.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    COM(2016) 815 final 
    2016/0397 (COD) 
    14.12.2016

    50.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti

    COM(2015) 586 final 
    2015/0270 (COD) 
    24.11.2015

    Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

    51.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

    COM(2012) 124 final 
    2012/0060 (COD) 
    21.03.2012

    Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

    52.

    Proposal for a COUNCIL REGULATION on a framework of measures for ensuring the supply of crisis-relevant medical countermeasures in the event of a public health emergency at Union level

    COM(2021) 577 final 
    2021/0294 (NLE) 
    16.09.2021

    53.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013

    COM(2021) 278 final 
    2021/0140 (CNS) 
    02.06.2021

    54.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u r-Regolament (UE) 2019/818 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 għall-fini tal-introduzzjoni ta’ skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni

    COM(2021) 96 final 
    2021/0046 (COD) 
    02.03.2021

    55.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi

    COM(2020) 829 final 
    2020/0365 (COD) 
    16.12.2020

    56.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

    COM(2020) 796 final 
    2020/0349 (COD) 
    09.12.2020

    57.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta’ allerti mill-Europol

    COM(2020) 791 final 
    2020/0350 (COD) 
    09.12.2020

    58.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

    COM(2020) 727 final 
    2020/0322 (COD) 
    11.11.2020

    59.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

    COM(2020) 726 final 
    2020/0320 (COD) 
    11.11.2020

    60.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi

    COM(2020) 725 final 
    2020/0321 (COD) 
    11.11.2020

    61.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil

    COM(2020) 613 final 
    2020/0277 (COD) 
    23.09.2020

    62.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817

    COM(2020) 612 final 
    2020/0278 (COD) 
    23.09.2020

    63.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u r-Regolament propost (UE) XXX/XXX [Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil]

    COM(2020) 610 final 
    2020/0279 (COD) 
    23.09.2020

    64.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (riformulazzjoni)

    COM(2018) 634 final 
    2018/0329 (COD) 
    12.09.2018

    65.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    COM(2016) 468 final 
    2016/0225 (COD) 
    13.07.2016

    66.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

    COM(2016) 467 final 
    2016/0224 (COD) 
    13.07.2016 

    COM(2020) 611 final 
    23.09.2020

    67.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

    COM(2016) 466 final 
    2016/0223 (COD) 
    13.07.2016

    68.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

    COM(2016) 465 final 
    2016/0222 (COD) 
    13.07.2016

    69.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva ta’ (Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida), għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

    COM(2016) 272 final 
    2016/0132 (COD) 
    04.05.2016  

    COM(2020) 614 final 
    23.09.2020

    Spinta Ġdida għad-demokrazija Ewropea

    70.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-krediti għall-konsumatur

    COM(2021) 347 final 
    2021/0171 (COD) 
    30.06.2021

    71.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    COM(2021) 346 final 
    2021/0170 (COD) 
    30.06.2021

    72.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar

    COM(2021) 93 final 
    2021/0050 (COD) 
    04.03.2021

    73.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali

    COM(2018) 226 final 
    2018/0107 (COD) 18.04.2018

    74.

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali

    COM(2018) 225 final 
    2018/0108 (COD) 18.04.2018

    75.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fuq il-boroż u miżuri relatati

    COM(2012) 614 final 
    2012/0299 (COD) 
    14.11.2012

    76.

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali

    COM(2008) 426 final 
    2008/0140 (CNS) 
    02.07.2008



    Anness IV: Irtirar 3

    Le.

    Referenzi

    Titolu

    Raġunijiet għall-irtirar

    Ekonomija li taħdem għan-Nies

    1.

    COM(2020) 446 final 
    2020/0109 (APP)

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

    Ma għadux validu billi r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020 ma għadux japplika wara tmiem l-2020

    2.

    COM(2020) 404 final 
    2020/0106 (COD)

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-ħolqien ta’ Strument ta’ Appoġġ għas-Solvenza

    Ma għadux validu fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2021-2027)/Ftehim dwar in-NextGenerationEU

    Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

    3.

    COM(2020) 461 final 
    2020/0110 (COD)

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja

    Ma għadux validu fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2021-2027)/Ftehim dwar in-NextGenerationEU

    4.

    COM(2020) 407 final 
    2020/0107 (COD)

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ir-Regolament emendatorju (UE) 2017/1601 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD

    Ma għadux validu fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2021-2027)/Ftehim dwar in-NextGenerationEU

    5.

    COM(2019) 125 final 
    2019/0070 (COD)

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

    Ma għadux validu – kontenut sostitwit minn COM(2020) 220 li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

    Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

    6.

    COM(2014) 340 final 
    2014/0173 (COD)

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Kontrollur ta’ garanziji proċedurali

    Ma għadux validu – kontenut sostitwit mir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 li jemenda r-“Regolament dwar l-OLAF” (UE, Euratom) Nru 883/2013, adottat f’Diċembru 2020



    Anness V: Lista ta’ tħassir previst

    Nru

    Qasam ta’ politika

    Titlu

    Raġunijiet għat-tħassir

    1.

    Enerġija

    Ir-REGOLAMENT (KE) Nru 106/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju

    Dan ir-Regolament jirrigwarda l-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-tikkettar tal-istilel tal-enerġija li skada fl-2018.

    (1)    F’dan l-Anness il-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni, sakemm din tkun disponibbli, dwar l-inizjattivi inklużi fil-Programm ta’ ħidma tagħha, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Din l-informazzjoni, li tingħata fil-parentesi ħdejn kull inizjattiva, hija biss indikattiva u soġġetta għal tibdil matul il-proċess ta’ tħejjija, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżitu ta’ proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt.
    (2)    Dan l-anness jistabbilixxi r-reviżjonijiet, l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità REFIT l-aktar sinifikanti li l-Kummissjoni se twettaq fl-2022.
    (3)    Din il-lista tinkludi proposti leġiżlattivi pendenti, li l-Kummissjoni biħsiebha tirtira fi żmien sitt xhur
    Top