This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021AT40608(05)
Summary of Commission Decision of 16 October 2019 relating to a proceeding under Article 102 of the Treaty on the Functioning of the European Union, Article 54 of the EEA Agreement and Article 8 of Council Regulation (EC) No 1/2003 of 16 December 2002 on the implementation of the rules on competition laid down in Articles 81 and 82 of the Treaty (Case AT.40608 – Broadcom) (notified under document C(2019) 7406) (Only the English text is authentic) (Text with EEA relevance) 2021/C 81/12
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Il-każ AT.40608 — Broadcom) (notifikat bid-dokument C(2019) 7406) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) 2021/C 81/12
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Il-każ AT.40608 — Broadcom) (notifikat bid-dokument C(2019) 7406) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) 2021/C 81/12
C/2019/7406
ĠU C 81, 10.3.2021, p. 23–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81/23 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-16 ta’ Ottubru 2019
dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat
(Il-każ AT.40608 — Broadcom)
(notifikat bid-dokument C(2019) 7406)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 81/12)
Fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penali impost, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) li l-imġiba ta’ Broadcom Inc. prima facie qed tikser l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) u li l-ħsara probabbli li tirriżulta minn tali ksur hija tali li twassal għal sitwazzjoni ta’ urġenza li tiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri interim skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (“ir-Regolament (KE) Nru 1/2003”). |
2. DEFINIZZJONI TAS-SUQ
(2) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna ċerti tipi ta’ ċirkwiti integrati (“ICs”) inkorporati f’tagħmir tal-aċċess għan-netwerk li jiġi installat fil-post tal-klijenti (l-hekk imsejjaħ tagħmir fil-bini tal-klijent, “CPE”), jiġifieri kaxxi set-top (“STBs”) u gateways residenzjali. L-analiżi fattwali u legali stabbilita fid-Deċiżjoni tindika li, prima facie, hemm swieq separati għal:
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-suq ġeografiku għas-swieq kollha huwa, prima facie, dinji. |
3. DOMINANZA
(4) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Broadcom hija prima facie dominanti fis-swieq dinjija li ġejjin:
|
(5) |
Is-sejba ta’ dominanza fid-Deċiżjoni hija appoġġata mill-elementi li ġejjin, li huma bbażati fuq valutazzjoni prima facie: (i) ishma kbar tas-suq miżmuma minn Broadcom fis-swieq rilevanti kollha (aktar minn 50 % fihom kollha); (ii) nuqqas ta’ saħħa kompensatorja tax-xerrej mill-klijenti ta’ Broadcom; u (iii) l-eżistenza ta’ ostakli għad-dħul fis-swieq rilevanti. |
4. ABBUŻ MINN POŻIZZJONI DOMINANTI
(6) |
Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li, prima facie, l-imġiba ta’ Broadcom tikser l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, u b’hekk tagħti lok “mal-ewwel daqqa t’għajn” għal dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
(7) |
Id-Deċiżjoni ssib li Broadcom daħlet f’sitt ftehimiet (il- “Ftehimiet”) ma’ sitt manifatturi tat-tagħmir oriġinali (“OEMs”). Il-Ftehimiet jirregolaw il-provvista ta’ SoCs ta’ Broadcom, għal integrazzjoni aktar tard fl-STBs u fil-gateways residenzjali mill-OEMs. |
(8) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li, prima facie, il-Ftehimiet fihom dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni li jistgħu jinġabru f’żewġ tipi differenti ta’ restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni. |
(9) |
L-ewwel nett, id-Deċiżjoni teżamina l-arranġamenti ta’ esklużività u kważi esklużività fil-forma ta’ obbligi jew wegħdiet li jinkisbu prodotti li fihom Broadcom hija dominanti esklussivament jew kważi esklussivament minn Broadcom jew dispożizzjonijiet li jagħmlu l-għoti ta’ ċerti vantaġġi kundizzjonali fuq il-ksib ta’ prodotti li fihom Broadcom hija dominanti esklussivament jew kważi esklussivament mingħand Broadcom. Il-Kummissjoni prima facie kkonkludiet li l-Ftehimiet kollha jammontaw għal sistema ta’ esklussività u kważi esklussività, li kapaċi tirrestrinġi l-kompetizzjoni. |
(10) |
It-tieni, id-Deċiżjoni teżamina prattiki ta’ ingranaġġ ibbażati fuq dispożizzjonijiet li jinsabu f’ħamsa mis-sitt Ftehimiet li jippermettu lil Broadcom tuża s-saħħa fis-suq, minn suq tal-prodotti wieħed jew aktar, lejn suq tal-prodotti wieħed jew aktar qrib xulxin iżda separati. Fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, id-Deċiżjoni prima facie ssib li f’ċerti każijiet, tali ingranaġġ jinkiseb permezz ta’ vantaġġi mogħtija fi swieq fejn Broadcom hija prima facie dominanti, li huma bil-kundizzjoni li l-klijenti jixtru esklussivament jew kważi esklussivament prodotti mingħand Broadcom fi swieq fejn Broadcom mhijiex prima facie dominanti. Id-Deċiżjoni ssib li din l-imġiba għandha l-effett probabbli li testendi d-dominanza ta’ Broadcom minn suq wieħed jew aktar (swieq għal STB SoCs, gateway residenzjali tal-fibra SoCs u gateway residenzjali SoCs xDSL) għal suq ieħor (is-suq għall-portal tal-kejbil SoCs). F’każijiet oħra, Broadcom tinvolvi ruħha f’ingranaġġ inkroċjat billi tagħti vantaġġi fi swieq fejn Broadcom hija prima facie dominanti, li huma bil-kundizzjoni li l-klijenti jixtru esklussivament jew kważi esklussivament prodotti mingħand Broadcom fi swieq fejn Broadcom hija wkoll prima facie dominanti. Id-Deċiżjoni ssib li din l-imġiba għandha l-effett probabbli li ssaħħaħ id-dominanza ta’ Broadcom fis-swieq li fihom Broadcom hija prima facie dominanti (is-suq għal STB SoCs, gateway residenzjali tal-fibra SoCs u gateway residenzjali SoCs xDSL). |
(11) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni ta’ Broadcom huma prima facie kapaċi li jaffettwaw il-kompetizzjoni u li l-imġiba ta’ Broadcom mhijiex prima facie ġustifikata oġġettivament. |
5. ĠURISDIZZJONI
(12) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li għandha ġuriżdizzjoni biex tapplika l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE għall-imġiba ta’ Broadcom deskritta f’din id-Deċiżjoni. |
6. L-EFFETT FUQ IN-NEGOZJU
(13) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-imġiba ta’ Broadcom hija, prima facie, kapaċi taffettwa x-xejra tal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri. |
7. URĠENZA MINĦABBA R-RISKJU TA’ ĦSARA SERJA U IRREPARABBLI LILL-KOMPETIZZJONI
(14) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li jekk l-imġiba abbużiva prima facie ta’ Broadcom tkompli, x’aktarx twassal għal ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni f’kull wieħed mis-swieq rilevanti qabel mal-Kummissjoni tkun tista’ raġonevolment tieħu deċiżjoni finali dwar is-sustanza. |
(15) |
B’mod partikolari, huwa probabbli li l-kompetituri ta’ Broadcom isiru dejjem aktar marġinalizzati jew joħorġu mis-suq jekk ma jitqegħdux b’mod urġenti f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jikkompetu b’mod effettiv ma’ Broadcom għal domanda downstream. Fin-nuqqas ta’ intervent urġenti mill-Kummissjoni permezz ta’ miżuri interim, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li jwasslu għall-esklużività ta’ Broadcom fl-aħħar mill-aħħar tkun tkopri perjodu ta’ żmien itwal mill-intervall tipiku bejn żewġ offerti mnedija mill-fornituri tas-servizzi. |
(16) |
Fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ fornitur taċ-ċippa li jirbaħ offerta partikolari fuq il-kapaċità tiegħu li jirbaħ offerti f’ġenerazzjonijiet sussegwenti ta’ prodott partikolari, il-kapaċità tal-kompetituri ta’ Broadcom li jikkompetu ma’ Broadcom tkun affettwata serjament. |
(17) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ħsara probabbli lill-kompetizzjoni f’dan il-każ għandha titqies bħala serja, peress li tkun kapaċi jkollha effetti fit-tul fuq l-istruttura tas-swieq inkwistjoni, l-innovazzjoni u l-benesseri tal-konsumatur. |
(18) |
Barra minn hekk, tali dannu ma jistax jiġi rrimedjat iktar permezz ta’ deċiżjoni finali li tikkonkludi l-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni, peress li huwa improbabbli ħafna li ladarba kumpanija toħroġ minn suq partikolari, dik il-kumpannija tiddeċiedi li terġa’ tidħol fis-suq fi żmien iktar tard, jew li tkun tista’ tagħmel dan. |
8. MIŻURI INTERIM IMPOSTI
(19) |
Fid-dawl tas-sejba li Broadcom involviet ruħha, prima facie, fi ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE u tal-ħtieġa urġenti li tiġi evitata ħsara serja u irreparabbli lill-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa miżuri interim sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tas-setgħat tagħha ta’ infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, l-effettività ta’ kwalunkwe deċiżjoni finali li tista’ tieħu dwar il-kompatibbiltà tal-imġiba ta’ Broadcom mar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE. |
(20) |
Id-Deċiżjoni tordna lil Broadcom biex b’mod unilaterali tieqaf tapplika b’effett immedjat id-dispożizzjonijiet li jinduċu l-esklużjoni li jinsabu fil-Ftehimiet ma’ sitt OEMs li jikkonċernaw ix-xiri ta’ SoCs għal STBs u SoCs għal kejbil, fibra jew gateways residenzjali xDSL minn Broadcom. |
(21) |
Barra minn hekk, Broadcom hija meħtieġa li tastjeni milli tidħol fi ftehim bl-istess dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni jew dispożizzjonijiet li għandhom għan jew effett ekwivalenti fi kwalunkwe kuntratt jew ftehim futur mal-OEMs u milli timplimenta prattiki li għandhom għan jew effett ekwivalenti. |
(22) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-miżuri interim imposti huma proporzjonati, peress li huma meħtieġa biex jippreservaw l-eżerċizzju effettiv tas-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissjoni. Il-miżuri lanqas ma jimponu piż żejjed fuq Broadcom, peress li huma strettament limitati għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni, ma jirrikjedux li Broadcom tinvolvi ruħha f’xi mġiba attiva li bħalissa mhijiex għaddejja u jippermettu lil Broadcom tkompli tforni l-prodotti rilevanti lill-klijenti tagħha bl-istess kundizzjonijiet bħal qabel, fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni. |
(23) |
Il-miżuri interim se japplikaw għal (i) perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin mid-data li fiha Broadcom tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li tkun adottat jew (ii) sad-data tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali dwar is-sustanza tal-imġiba ta’ Broadcom koperta minn din id-Deċiżjoni jew bl-għeluq tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar dik l-imġiba, jekk xi wieħed minn dawn l-avvenimenti jseħħ qabel tmiem il-perjodu ta’ tliet snin imsemmi qabel. |
(24) |
Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li Broadcom għandha teħel penali ta’ kuljum sa 2 % tal-fatturat medju ta’ kuljum ta’ Broadcom jekk tonqos milli tikkonforma mal-miżuri interim. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
(2) “SOC” tfisser sistema fuq iċ-ċippa.