Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AT40608(03)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ COMP/AT.40608 — Broadcom Relatur: Il-Litwanja (Test b’relevanza għaż-ŻEE) 2021/C 81/10

    C/2019/7406

    ĠU C 81, 10.3.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/12


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ COMP/AT.40608 — Broadcom

    Relatur: Il-Litwanja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 81/10)

    1.   

    Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni prima facie tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li jikser l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE.

    2.   

    Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-ħtieġa urġenti għal miżuri interim minħabba r-riskju ta’ ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni.

    3.   

    Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li huwa meħtieġ u xieraq li jiġu imposti miżuri interim skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, fit-termini stabbiliti fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

    4.   

    Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-miżuri interim, kif stabbilit fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

    5.   

    Il-Kumitat Konsultattiv (9 Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top