This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021AE1368
Opinion of the European Economic and Social Committee on ‘Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on roaming on public mobile communications networks within the Union (recast)’ (COM(2021) 85 final — 2021/0045 (COD))
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)” (COM(2021) 85 final — 2021/0045 (COD))
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)” (COM(2021) 85 final — 2021/0045 (COD))
EESC 2021/01368
ĠU C 374, 16.9.2021, p. 28–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/28 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)”
(COM(2021) 85 final — 2021/0045 (COD))
(2021/C 374/06)
Relatur: |
Christophe LEFÈVRE |
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 24.3.2021 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 11.3.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
15.6.2021 |
Adottata fil-plenarja |
7.7.2021 |
Sessjoni plenarja Nru |
562 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
204/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni tintegra fil-qafas:
|
1.2. |
Il-Kumitat jinnota li l-proposta se żżid it-trasparenza fil-livell tas-suq bl-imnut billi tipprovdi informazzjoni, b’mod partikolari fil-kundizzjonijiet kuntrattwali, dwar:
B’mod aktar ġenerali, din il-proposta se żżid il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
1.3. |
Hekk kif studju wera disponibbiltà mnaqqsa tan-network lokali użat bir-roaming, il-proposta għandha l-għan li tiżgura li s-servizzi tar-roaming (roaming daqslikieku f’pajjiżek) jiġu fornuti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal fil-qafas tal-konsum nazzjonali ta’ dawn is-servizzi, b’aċċess mingħajr restrizzjoni għan-networks tal-aħħar ġenerazzjonijiet u t-teknoloġiji tan-network disponibbli bir-roaming. Meta l-problema tkun minħabba difett ta’ kwalità fl-infrastruttura lokali, il-KESE jirrakkomanda li jiżdied l-investiment f’din l-infrastruttura, b’mod partikolari sabiex titjieb il-kopertura taż-żoni bojod, iżda wkoll sabiex jiġu introdotti kriterji minimi li l-operaturi għandhom jiksbu gradwalment sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ minn dawn is-servizzi. |
1.4. |
It-tnaqqis fit-tariffi massimi (pricecaps) li n-networks miżjura jistgħu jimponu fuq operaturi barranin huwa milqugħ ukoll, iżda l-estent tat-tnaqqis mhuwiex biżżejjed fid-dawl tad-differenza bejn it-tariffi imponuti u l-ispejjeż reali tar-roaming fin-network miżjur. Ir-riżultat huwa żieda fl-ispiża tal-abbonament bażiku għall-konsumaturi u tnaqqis fil-kompetittività tal-operaturi tan-networks virtwali mobbli (mobile virtual network operator – MVNO) li jridu jixtru s-servizzi tar-roaming mingħand l-operaturi mobbli prinċipali. Il-konsum tad-data b’mod partikolari qiegħed jiżdied b’rata għolja. Sabiex jiġu evitati effetti negattivi ta’ skalar għall-MVNOs u għall-operaturi żgħar tan-network mobbli (MNOs), il-limiti fuq l-ingrossa jeħtieġ li jonqsu bl-istess rata taż-żidiet fil-konsum. |
1.5. |
Il-KESE għandu jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-għażla ppreferuta fil-proposta, “L-Għażla 3 – RLAH (Roam-Like-At-Home) sostenibbli u ġenwina (għażla ppreferuta)” u jiżgura tnaqqis akbar fit-tariffi massimi minn dak indikat fil-proposta. |
1.6. |
Għalkemm il-proposta għal Regolament ittejjeb it-trasparenza tat-tariffi ta’ valur miżjud permezz tal-ħolqien ta’ meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud billi tinħoloq bażi tad-data ċentralizzata tal-UE li hija aċċessibbli għall-operaturi għal dawn il-meded tan-numri, il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi integrata l-possibbiltà li jiġi interrott is-servizz meta dan jitwaqqaf b’mod frodulenti (ping-call) fuq avviż tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew tal-pulizija, filwaqt li jiġu pprovduti mezzi ta’ rimedju għall-utenti ta’ dawn is-servizzi. |
1.7. |
Għalkemm ir-Regolament isemmi “użu ġust” biex jiddeskrivi l-użu tar-roaming, il-Kumitat jesprimi dispjaċir li ma jispeċifikax b’mod assolut il-limiti, u lanqas ma jindirizza r-regoli tal-politika tal-użu ġust għall-pjani tariffarji mingħajr limiti, u lanqas it-tariffi tat-telefonati internazzjonali, kemm jekk min iċempel ikunx qiegħed juża r-roaming kif ukoll jekk le. Il-Kumitat jipproponi li jitħassar it-terminu “soġġett għal użu ġust” minħabba n-nuqqas ta’ kjarifika dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, peress li dan l-argument bħalissa qed jintuża mill-operaturi biex jillimitaw severament l-użu tal-pakketti fissi waqt ir-roaming. |
1.8. |
Fir-rigward tat-twissijiet dwar li l-konsum qed joqrob lejn il-limitu massimu ddefinit jew mill-konsumatur jew mill-operatur, il-Kumitat jirrakkomanda li l-operaturi jkunu meħtieġa jwissu lill-konsumatur mill-ġdid kull darba li l-volum ddefinit fl-ewwel twissija ikun reġa’ ġie kkunsmat, b’mod partikolari waqt l-istess telefonata jew sessjoni ta’ użu tad-data. |
1.9. |
B’mod partikolari, il-Kumitat huwa attent b’mod speċjali għal sitwazzjonijiet fejn l-apparati mobbli jintużaw f’żoni transfruntiera ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, u jirrakkomanda:
|
1.10. |
Il-Kumitat jinnota li parti minn kull studju u konsultazzjoni għar-reviżjoni tar-Regolament Ewropew twettqet qabel il-kriżi tal-COVID-19. Din il-kriżi wasslet għal restrizzjonijiet drastiċi fuq l-ivvjaġġar intra-Ewropew, u użu enormi tal-għodod tat-telexogħol jew tat-teletrażmissjoni ta’ korsijiet universitarji, b’mod partikolari għall-istudenti tal-Erasmus+. |
1.11. |
Il-Kumitat jinnota l-persistenza ta’ diversi żoni mingħajr broadband fil-livell taċ-ċirkwit lokali fl-Unjoni Ewropea, u jinnota fuq kollox il-veloċità insuffiċjenti biex tiġi ssodisfata d-domanda meħtieġa għal dawn il-vidjokonferenzi li jikkunsmaw ħafna data, kemm bir-roaming kif ukoll mingħajru. |
1.12. |
Il-Kumitat jirrakkomanda li jissaħħu b’mod sinifikanti kemm l-istrateġija tal-kopertura tat-territorji bil-fibrottika ta’ veloċità għolja kif ukoll il-kapaċità ta’ provvista b’veloċità għolja, kemm fuq iċ-ċirkwit lokali kif ukoll fuq in-networks mobbli. |
1.13. |
Il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni tar-Regolament Ewropew bil-għan li l-Unjoni Ewropea ssir żona tariffarja unika, f’suq uniku, li tippermetti t-telefonati u l-konsum tad-data b’tariffa “lokali” għall-apparati mobbli u fissi kollha tal-konsumaturi li għandhom abbonament telefoniku fl-Ewropa, u bl-istess veloċità u aċċess għall-infrastrutturi, irrispettivament mill-pajjiż minn fejn issir jew titwieġeb telefonata. |
1.14. |
Il-Kumitat huwa imħasseb dwar l-emenda proposta għall-metodu ta’ rieżami tat-tariffi massimi bl-ingrossa permezz ta’ att delegat u jirrakkomanda skrutinju leġiżlattiv sħiħ fir-rigward tal-aspetti soċjali tal-iżvilupp tar-roaming. |
2. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
2.1. |
L-objettiv tal-proposta huwa li tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022. Il-proposta tipprevedi adattament tat-tariffi massimi bl-ingrossa sabiex tiżgura l-vijabbiltà tal-forniment bl-imnut ta’ servizzi tar-roaming bit-tariffi nazzjonali. Tintroduċi wkoll miżuri ġodda biex tiżdied it-trasparenza u tiżgura esperjenza ġenwina ta’ roaming bil-kundizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-kwalità tas-servizz u l-aċċess għal servizzi ta’ emerġenza bir-roaming. Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 ġie emendat kemm-il darba u għalhekk il-proposta għandha l-għan li tirriformulah, biex ittejjeb iċ-ċarezza u tissostitwixxi l-bosta atti emendatorji li fih. |
2.2. |
L-emendi ewlenin proposti għandhom l-għan li jippermettu lill-operaturi jipprovdu r-roaming bil-kundizzjonijiet nazzjonali u jirkupraw il-kostijiet b’mod sostenibbli fil-livell tas-suq bl-ingrossa. Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi t-tariffi massimi tar-roaming bl-ingrossa fil-livell tal-UE għat-telefonati magħmula, għall-SMS mibgħuta u għad-data użata, f’livelli aktar baxxi minn dawk validi sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
2.3. |
Minbarra t-tnaqqis fit-tariffi massimi bl-ingrossa applikabbli, il-proposta tinkludi emendi mmirati biex joffru esperjenza ġenwina ta’ roaming bil-kundizzjonijiet nazzjonali lill-utenti finali u jiffaċilitaw l-innovazzjoni u l-aċċess għan-networks, filwaqt li jistabbilixxu qafas regolatorju li jibqa’ validu fil-futur fl-interess kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-operaturi. |
2.4. |
Fi ftit kliem, il-proposta tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ “Ewropa Lesta għall-Era Diġitali” u għall-ambizzjoni li jsir l-aqwa użu mit-tranżizzjoni diġitali ħalli ċ-ċittadini jkollhom opportunitajiet akbar li jikkollegaw, jikkomunikaw u jiffaċilitaw l-attività professjonali u kummerċjali fis-suq uniku. L-objettiv tagħha huwa li tiżgura li ma jerġgħux jinħolqu l-ostakli għas-suq uniku li kienu tneħħew meta twaqqfu t-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut. |
3. Bażi legali
3.1. |
Il-bażi legali ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 114, il-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja bl-għan li jiġi stabbilit jew imtejjeb il-funzjonament tas-suq intern (l-Artikolu 26 tat-TFUE). |
4. Kummenti ġenerali
4.1. |
Il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir dan l-abbozz ta’ Regolament Ewropew u jemmen li huwa meħtieġ li l-proposta jkollha l-għan finali li tipprovdi lill-konsumaturi l-istess livell ta’ servizz barra minn pajjiżhom bħal f’pajjiżhom, u l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. Madankollu, l-operaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jinnegozjaw il-ftehimiet tagħhom dwar ir-roaming bl-ingrossa skont il-ħtiġijiet kummerċjali tagħhom. Ir-Regolament ma għandux jillimita l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet ta’ aċċess bl-ingrossa ma’ dawk l-operaturi biss li għandhom l-aktar networks avvanzati. |
4.2. |
Il-Kumitat jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni tintegra fil-qafas:
|
4.3. |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni ilha twettaq studji tal-impatt mill-2018, b’mod partikolari konsultazzjoni pubblika ta’ 12-il ġimgħa fl-2020, dwar 1) is-servizzi tar-roaming bl-imnut (kjarifiki u miżuri relatati mal-kwalità tas-servizz, mas-servizzi ta’ valur miżjud u mal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza f’kuntest ta’ roaming); 2) il-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa; 3) il-piż amministrattiv marbut mar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u l-impatt ta’ miżuri potenzjali ta’ semplifikazzjoni. |
4.4. |
Il-KESE jinnota li l-proposta se żżid it-trasparenza fil-livell tas-suq bl-imnut billi tipprovdi informazzjoni, b’mod partikolari fil-kundizzjonijiet kuntrattwali, dwar:
|
4.5. |
L-istudju tal-2019 tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) wera d-disponibbiltà mnaqqsa tas-servizzi waqt ir-roaming, filwaqt li stateġija ta’ titjib tekniku qed tiġi implimentata fit-territorju kollu. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li s-servizzi tar-roaming jiġu pprovduti taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess kwalitá ta’ servizz bħal fil-kuntest tal-konsum nazzjonali ta’ dawn is-servizzi, u li l-operaturi ta’ networks mobbli jkunu jistgħu jipprovdu aċċess għall-ġenerazzjonijiet u t-teknoloġiji tan-network kollha disponibbli. |
4.6. |
Il-miżuri proposti huma għalhekk neċessarji sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-aspettattivi leġittimi tal-konsumaturi u li l-ambizzjonijiet inizjali tar-Regolament dwar ir-Roaming jintlaħqu. Meta l-problema tkun minħabba difett ta’ kwalità fl-infrastruttura lokali, il-KESE jirrakkomanda li jiżdied l-investiment f’din l-infrastruttura, b’mod partikolari sabiex titjieb il-kopertura taż-żoni bojod, iżda wkoll sabiex jiġu introdotti kriterji minimi li l-operaturi għandhom jiksbu gradwalment sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ minn dawn is-servizzi. |
4.7. |
It-tnaqqis fit-tariffi massimi (pricecaps) li n-networks miżjura jistgħu jimponu fuq l-operaturi barranin huwa milqugħ ukoll, iżda l-estent tat-tnaqqis mhuwiex biżżejjed fid-dawl tad-differenza bejn it-tariffi imponuti u l-ispejjeż reali tar-roaming fin-network miżjur. Ir-riżultat huwa żieda fl-ispiża tal-abbonament bażiku għall-konsumaturi u tnaqqis fil-kompetittività tal-MVNOs (operaturi ta’ network mobbli virtwali) li jridu jixtru s-servizzi tar-roaming mingħand l-operaturi mobbli prinċipali. |
4.8. |
Il-KESE għandu jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-għażla ppreferuta fil-proposta, “L-Għażla 3 – RLAH sostenibbli u ġenwina (għażla ppreferuta)” u jiżgura tnaqqis akbar fit-tariffi massimi minn dak indikat fil-proposta. |
4.9. |
Il-proposta żżid il-livell tat-trasparenza fil-livell tas-suq tal-operaturi fir-rigward tal-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud bil-ħolqien ta’ bażi tad-data ċentralizzata tal-UE li tkun aċċessibbli għall-operaturi għall-meded ta’ dawn in-numri. |
4.10. |
Il-Kumitat jirrakkomanda li l-proposta tintegra l-possibbiltà li jiġi interrott is-servizz meta dan jitwaqqaf b’mod frodulenti (ping-call) fuq avviż tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew tal-pulizija, filwaqt li jiġu pprovduti mezzi ta’ rimedju għall-utenti ta’ dawn is-servizzi. |
4.11. |
Il-proposta tiggarantixxi lill-klijenti tar-roaming aċċess b’xejn għas-servizzi ta’ emerġenza bit-teħid ta’ miżuri speċifiċi fil-livell tas-suq tal-operaturi, inkluż iċ-ċempil b’xejn u l-ġeolokalizzazzjoni. |
4.12. |
Il-proposta ta’ Regolament timmira fiċ-ċert li tneħħi l-anomaliji nnotati fl-aċċess għan-network tar-roaming (il-fluwidità tal-konnessjoni, aċċess imnaqqas għat-3G jew 4G…) meta mqabbla ma’ konsumatur li għandu abbonament fil-pajjiż tar-roaming, iżda l-KESE jinnota li madankollu din ma tirregolax il-prattiki li tikkunsidra bħala anormali, bħal:
|
4.13. |
Għalkemm ir-Regolament isemmi “użu ġust” biex jiddeskrivi l-użu tar-roaming, il-Kumitat jesprimi dispjaċir li ma jispeċifikax b’mod assolut il-limiti, u lanqas ma jindirizza r-regoli tal-politika tal-użu ġust għall-pjani tariffarji mingħajr limiti, u lanqas it-tariffi tat-telefonati internazzjonali, kemm jekk min iċempel ikunx qiegħed juża r-roaming kif ukoll jekk le. Il-Kumitat jipproponi li jitħassar it-terminu “soġġett għal użu ġust” minħabba n-nuqqas ta’ kjarifika dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, peress li dan l-argument bħalissa qed jintuża mill-operaturi biex jillimitaw severament l-użu tal-pakketti fissi waqt ir-roaming. |
4.14. |
B’mod partikolari, il-Kumitat huwa attent b’mod speċjali għal sitwazzjonijiet fejn l-apparat mobbli jintuża f’żoni transfruntiera ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, u jirrakkomanda:
|
4.15. |
Il-Kumitat jinnota li parti minn kull studju u konsultazzjoni għar-reviżjoni tar-Regolament Ewropew twettqet qabel il-kriżi tal-COVID-19. Din il-kriżi wasslet għal restrizzjonijiet drastiċi fuq l-ivvjaġġar intra-Ewropew, u użu enormi tal-għodod tat-telexogħol jew tat-teletrażmissjoni ta’ korsijiet universitarji, b’mod partikolari għall-istudenti tal-Erasmus+. |
4.16. |
Il-Kumitat jinnota l-persistenza ta’ diversi żoni mingħajr broadband fil-livell taċ-ċirkwit lokali fl-Unjoni Ewropea, u jinnota fuq kollox il-veloċità insuffiċjenti biex tiġi ssodisfata d-domanda meħtieġa għal dawn il-vidjokonferenzi li jikkunsmaw ħafna data, kemm bir-roaming kif ukoll mingħajru. |
4.17. |
Il-Kumitat jirrakkomanda li jissaħħu b’mod sinifikanti u mil-lat ta’ kwalità kemm l-istrateġija tal-kopertura tat-territorji bil-fibrottika ta’ veloċità għolja kif ukoll il-kapaċità ta’ provvista b’veloċità għolja, kemm fuq iċ-ċirkwit lokali kif ukoll fuq in-networks mobbli. |
4.18. |
Fir-rigward tat-twissijiet dwar li l-konsum qed joqrob lejn il-limitu massimu ddefinit jew mill-konsumatur jew mill-operatur, il-Kumitat jirrakkomanda li l-operaturi jkunu meħtieġa jwissu lill-konsumatur mill-ġdid kull darba li l-volum ddefinit fl-ewwel twissija ikun reġa’ ġie kkunsmat, b’mod partikolari waqt l-istess telefonata jew sessjoni ta’ użu tad-data. Jekk it-twissijiet imsemmija ma jirnexxux jew ma jiġux implimentati, għandhom jiġu previsti mekkaniżmi għar-rimborż ta’ tariffi abbużivi. |
4.19. |
Fir-rigward tal-bażi tad-data ċentralizzata prevista għan-numri b’servizzi ta’ valur miżjud, il-Kumitat jirrakkomanda li din tiġi stabbilita bl-integrazzjoni tal-possibbiltà li jiġi interrott is-servizz meta dan jitwaqqaf b’mod frodulenti (ping-call) fuq avviż tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew tal-pulizija, filwaqt li jiġu pprovduti mezzi ta’ rimedju għall-utenti ta’ dawn is-servizzi. |
4.20. |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġi implimentat r-Regolament Ewropew bil-għan li l-Unjoni Ewropea toħloq suq uniku ġenwin, li jippermetti t-telefonati u l-konsum tad-data b’tariffa “lokali” għall-apparat mobbli u fiss kollu tal-konsumaturi li għandhom abbonament telefoniku fl-Ewropa, u bl-istess veloċità u aċċess għall-infrastruttura, irrispettivament mill-pajjiż minn fejn issir jew titwieġeb telefonata. |
4.21. |
Il-Kumitat huwa mħasseb dwar l-emenda proposta għall-metodu ta’ rieżami tat-tariffi massimi bl-ingrossa permezz ta’ att delegat. It-triq magħżula għandha tkun skrutinju leġiżlattiv sħiħ, sabiex jitqiesu l-aspetti soċjali kollha tal-iżvilupp tar-roaming. Il-fehma tal-Parlament Ewropew u tas-soċjetà ċivili organizzata hija importanti hawnhekk. |
Brussel, is-7 ta’ Lulju 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjonia (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).