This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XG1002(02)
Notice for the attention of certain persons subject to the restrictive measures provided for in Annex I to Council Decision (CFSP) 2017/2074 and in Annex IV to Council Regulation (EU) 2017/2063 concerning restrictive measures in view of the situation in Venezuela 2020/C 325/05
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela 2020/C 325/05
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela 2020/C 325/05
ĠU C 325, 2.10.2020, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/6 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
(2020/C 325/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Alexis Enrique Escalona Marrero (Nru 22), is-Sur Rafael Antonio FRANCO QUINTERO (Nru 23), is-Sur Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA (Nru 24), is-Sur José Adelino ORNELAS FERREIRA (Nru 26) u s-Sur José Gregorio Noriega FIGUEROA (Nru 36), persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Ottubru 2020, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.