EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0908(07)

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 2020/C 298/12

PUB/2020/524

ĠU C 298, 8.9.2020, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/26


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2020/C 298/12)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

“STEIRERLAND”

PGI-AT-A0213-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 24.6.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

Peress li r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit skont is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

“Steirerland”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

11.

Most parzjalment iffermentat

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Steirerland” iridu jiġu ttikkettati bit-terminu tradizzjonali “Landwein”, f’konformità mal-Att Awstrijak dwar l-Inbid. Il-meraq tal-għeneb irid ikollu piż minimu ta’ 14 ° Klosterneuburger Mostwaage (= 8,7 % tal-volum). Il-qawwa alkoħolika proprja minima trid tkun 8,5 % tal-volum u l-aċidità minima trid tkun 4 g/l. Karatteristiċi analitiċi oħra, inkluż dawk għall-most parzjalment iffermentat, huma stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-indikazzjoni ġeografika “Steirerland” tintuża prinċipalment għall-inbejjed ħfief, mhux ħelwin, b’togħma tal-frott u aċidużi.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Minimu ta’ qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

F’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta u mosti parzjalment iffermentati skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għall-indikazzjoni ġeografika “Steirerland”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju (l-Anness I, Parti A, Tabella 2, 2.4) u bid-dikarbonat tad-dimetil (l-Anness I, Parti A, Tabella 2, 2.7). Id-deaċidifikazzjoni tal-“Landwein” hija possibbli skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.

Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

b.   Rendimenti massimi

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona ġeografika tal-indikazzjoni ġeografika ta’ “Steirerland” tinkludi ż-żoni vitikoli tal-provinċja Awstrijaka ta’ Styria.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid

Grüner Veltliner — Weißgipfler

Zweigelt — Blauer Zweigelt

Zweigelt — Rotburger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Minħabba t-tipi differenti ta’ ħamrija u ta’ postijiet fejn jinsabu d-dwieli hemm varjazzjoni konsiderevoli fl-inbejjed ta’ Styria, minn inbejjed friski u vivaċi bojod sa nbejjed robusti li joriġinaw minn proprjetà waħda u nbejjed ħomor bellusin, prodotti prinċipalment fix-Xlokk ta’ Styria, fejn il-klima hija kemxejn inqas iebsa. Id-differenza sinifikanti fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl tgħin fl-iżvilupp tal-aromi tal-inbejjed u għandha effett pożittiv fuq l-istruttura aċiduża. Peress li d-diversi kategoriji ta’ nbid Awstrijak huma prodotti f’konformità mal-liġi dwar id-denominazzjonijiet, l-inbejjed bl-indikazzjoni “Steirerland” għandhom il-karatteru tipiku ħafif, b’togħma tal-frott u aċiduż, tal-inbejjed “Landwein” li jsiru hemmhekk. L-istess japplika għall-most parzjalment iffermentat (“Sturm”) prodott fiż-żona: ix-xarba ħafifa, b’togħma tal-frott u aċiduża hija tipika għall-klima Illirika ta’ Styria.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Il-qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti skont l-Att dwar l-Inbid Awstrijakk iridu jwettqu verifika annwali fuq l-inbejjed “Landwein” f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Dik il-verifika trid tinkludi eżami purament analitiku jew eżami organolettiku u analitiku, kif ukoll verifika dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Top