This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XC0214(01)
Winding-Up Proceedings Winding-up proceedings in respect of Elite Insurance Company Limited
Proċeduri ta’ Stralċ Proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Elite Insurance Company Limited
Proċeduri ta’ Stralċ Proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Elite Insurance Company Limited
PUB/2020/63
ĠU C 51, 14.2.2020, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/5 |
Proċeduri ta’ Stralċ
Proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Elite Insurance Company Limited
(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))
(2020/C 51/04)
Impriża tal-assigurazzjoni |
|
||||||||||
Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni |
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà ħatret (b’effett immedjat) lis-Sur Edgar Charles Lavarello u lis-Sur Dan Yoram Schwarzmann ta’ PricewaterhouseCoopers bħala Amministraturi Konġunti ta’ Elite Insurance Company Limited skont l-Att tal-2011 dwar l-Insolvenza. L-Amministraturi Konġunti għandhom jimmaniġġjaw in-negozju, l-assi u l-affarijiet tal-kumpanija u se jkollhom is-setgħa li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet statutorji fl-Artikolu 46 tal-Att dwar l-Insolvenza. L-Amministraturi Konġunti se jikkoordinaw mal-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji fir-Renju Unit biex jiżguraw li l-pretensjonijiet tad-detenturi ta’ poloz eliġibbli tar-Renju Unit jiġu pproċessati u ppreżentati għall-Iskema ta’ Kumpens. L-Amministraturi Konġunti se jinvestigaw ukoll il-potenzjal għal kumpens għad-detenturi ta’ poloz f’ġuriżdizzjonijiet Ewropej oħrajn. Barra minn hekk, l-Amministraturi Konġunti se janalizzaw il-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux protetti biex dawn il-pretensjonijiet jiġu inklużi fil-patrimonju. Kwalunkwe distribuzzjoni lill-kredituri tal-assigurazzjoni tista’ ssir biss jekk tkun irnexxiet il-likwidazzjoni tal-assi. Dħul fis-seħħ: il-11 ta’ Diċembru 2019 |
||||||||||
L-awtoritajiet kompetenti |
|
||||||||||
L-awtorità superviżorja |
|
||||||||||
L-amministraturi maħtura |
|
||||||||||
Il-liġi applikabbli |
|