Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020SC0320

    DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt Kapitolu għall-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja Li jakkumpanja d-dokument KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

    SWD/2020/320 final

    Brussell, 30.9.2020

    SWD(2020) 320 final

    DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

    Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt


    Kapitolu għall-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja

    Li jakkumpanja d-dokument

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt
    Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

    {COM(2020) 580 final} - {SWD(2020) 300 final} - {SWD(2020) 301 final} - {SWD(2020) 302 final} - {SWD(2020) 303 final} - {SWD(2020) 304 final} - {SWD(2020) 305 final} - {SWD(2020) 306 final} - {SWD(2020) 307 final} - {SWD(2020) 308 final} - {SWD(2020) 309 final} - {SWD(2020) 310 final} - {SWD(2020) 311 final} - {SWD(2020) 312 final} - {SWD(2020) 313 final} - {SWD(2020) 314 final} - {SWD(2020) 315 final} - {SWD(2020) 316 final} - {SWD(2020) 317 final} - {SWD(2020) 318 final} - {SWD(2020) 319 final} - {SWD(2020) 321 final} - {SWD(2020) 322 final} - {SWD(2020) 323 final} - {SWD(2020) 324 final} - {SWD(2020) 325 final} - {SWD(2020) 326 final}


    Riassunt

    Ir-riformi fil-ġustizzja tal-Polonja mill-2015 kienu sors kbir ta’ kontroversja, kemm domestikament kif ukoll fil-livell tal-UE, u ħolqu tħassib serju li diversi minnhom għadhom jippersistu. Ir-riformi, li għandhom impatt fuq it-Tribunal Kostituzzjonali, fuq il-Qorti Suprema, fuq il-qrati ordinarji, fuq il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u fuq is-servizz ta’ prosekuzzjoni, żiedu l-influwenza tas-setgħat eżekuttivi u leġiżlattivi fuq is-sistema tal-ġustizzja u, għalhekk, dgħajfu l-indipendenza ġudizzjarja. Dan wassal lill-Kummissjoni sabiex tniedi l-proċedura skont l-Artikolu 7(1) TUE fl-2017, li għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Kunsill. Fl-2019 u fl-2020, il-Kummissjoni nediet żewġ proċeduri ta’ ksur ġodda sabiex tissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tat miżuri interim sabiex jiġu sospiżi s-setgħat tal-Awla Dixxiplinarja tal-Qorti Suprema fir-rigward ta’ kawżi dixxiplinarji li jikkonċernaw l-imħallfin.

    Jeżisti qafas legali u istituzzjonali żviluppat sabiex tiġi evitata l-korruzzjoni u tiġi promossa t-trasparenza. Programm iddedikat tal-gvern kontra l-korruzzjoni jiffoka fuq l-għoti ta’ taħriġ u ta’ gwida għall-uffiċjali. Madankollu, ġew identifikati dgħufijiet strutturali f’oqsma bħalma huma l-iskemi ta’ dikjarazzjoni tal-assi u r-regolamenti dwar il-lobbying kurrenti. Għadhom għaddejjin pjanijiet għat-trasparenza tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħajja pubblika sabiex jiġu organizzati mill-ġdid dispożizzjonijiet preventivi ewlenin f’att legali uniku, iżda jeżisti tħassib dwar l-ittardjar ripetut. Jeżisti wkoll tħassib dwar l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, meta wieħed iqis b’mod partikolari s-subordinazzjoni tal-Uffiċċju Ċentrali Kontra l-Korruzzjoni għall-eżekuttiv u li l-Ministru tal-Ġustizzja huwa fl-istess waqt il-Prosekutur Ġenerali.

    Il-qafas legali tal-Polonja rigward il-pluraliżmu tal-media huwa bbażat fuq is-salvagwardji kostituzzjonali u l-leġiżlazzjoni settorjali. Jidher li hemm fis-seħħ salvagwardji rilevanti għar-regolatur tal-media, il-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir, iżda ssemma xi tħassib dwar l-indipendenza tiegħu. Ir-rwol tar-regolatur tnaqqas ukoll permezz tar-riforma tal-2016, li assenjat il-kompetenzi fuq il-ġestjoni tal-media pubblika Pollakka lil Kunsill Nazzjonali tal-Media (RMN). Il-qafas legali dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media mhuwiex applikabbli b’mod ugwali għall-atturi kollha tal-media. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ġurnalisti, il-kriminalizzazzjoni ta’ insultar lill-uffiċjali pubbliċi għadha problematika.

    Komponenti oħra tas-sistema ta’ kontrokontrolli jinsabu wkoll taħt pressjoni. Ir-riformi ġew adottati permezz ta’ proċeduri leġiżlattivi rapidi b’konsultazzjoni limitata tal-partijiet ikkonċernati jew b’opportunitajiet limitati sabiex l-oppożizzjoni taqdi r-rwol tagħha fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet. Il-Polonja għandha soċjetà ċivili vibranti u assoċjazzjonijiet professjonali b’saħħithom ta’ mħallfin u ta’ prosekuturi, li jipparteċipaw fid-dibattitu pubbliku. Minkejja dan, l-organizzazzjonijiet kienu soġġetti għal dikjarazzjonijiet sfavorevoli mill-politiċi. Minkejja l-ambjent diffiċli, l-Ombudsman kompla jaqdi rwol importanti bħala salvagwardja tal-istat tad-dritt.



    I.Is-Sistema tal-Ġustizzja

    Is-sistema tal-ġustizzja Pollakka hija maqsuma f’żewġ fergħat ewlenin, il-ġudikatura amministrattiva u ġudizzjarja. Il-Qorti Amministrattiva Suprema u 16-il qorti amministrattiva jeżerċitaw kontroll fuq l-amministrazzjoni pubblika, inkluża l-legalità tal-miżuri ta’ korpi tal-gvern lokali u ta’ organi territorjali ta’ amministrazzjoni tal-gvern. Il-ġudikatura ordinarja, issorveljata mill-Qorti Suprema 1 , tikkonsisti fi tliet livelli: 11-il qorti tal-appell, 46 qorti reġjonali u aktar minn 300 qorti distrettwali. L-imħallfin huma maħtura mill-President tar-Repubblika wara talba tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura. It-Tribunal Kostituzzjonali, li jiġġudika b’mod partikolari dwar il-Kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni, huwa magħmul minn 15-il imħallef magħżula mis-Sejm (il-kamra inferjuri tal-Parlament) għal mandat ta’ disa’ snin. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura ngħata l-kompitu mill-Kostituzzjoni li jissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja. Karatteristika partikolari tas-sistema ta’ prosekuzzjoni, li mhijiex parti mill-ġudikatura indipendenti, hija li l-Prosekutur Ġenerali u l-Ministru tal-Ġustizzja huma l-istess persuna. Il-Kostituzzjoni tipprovdi li l-avukati u l-konsulenti legali jistgħu jirregolaw il-prattika tagħhom huma stess.

    Indipendenza

    Tkomplew ir-riformi tal-ġustizzja li nbdew f’Novembru 2015. Dawn ir-riformi twettqu permezz ta’ aktar minn 30 liġi marbuta mal-istruttura kollha tas-sistema ġudizzjarja, inkluż it-Tribunal Kostituzzjonali, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-Qorti Suprema, il-qrati ordinarji, il-qrati amministrattivi, u s-servizz ta’ prosekuzzjoni. Diversi aspetti tar-riforma tal-ġustizzja jqajmu tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari l-indipendenza ġudizzjarja. Dan huwa l-fokus prinċipali tal-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE 2 mibdija mill-Kummissjoni Ewropea, li għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew esprima ukoll tħassib dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja 3 . Barra minn hekk, ċerti aspetti ta’ dawn ir-riformi huma soġġetti għal proċedimenti ta’ ksur 4 . Is-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja kienet waħda mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2020 5 .

    Il-perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja fost il-pubbliku ġenerali u l-kumpaniji hija baxxa u wriet xejra ta’ tnaqqis f’dawn l-aħħar snin. Filwaqt li 34 % tal-pubbliku ġenerali jipperċepixxi l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin bħala “pjuttost tajba jew tajba ħafna” fl-2019, 27 % tal-kumpaniji għandhom l-istess perċezzjoni 6 . Ir-raġuni invokata l-aktar spiss għan-nuqqas perċepit ta’ indipendenza ġudizzjarja hija relatata ma’ interferenza jew ma’ pressjoni mill-Gvern u mill-politiċi 7 . Id-dibattitu pubbliku dwar il-ġudikatura huwa kkaratterizzat minn tensjonijiet qawwija. Fl-2019, il-media Pollakka rrapportat 8 li uffiċjali ta’ livell għoli allegatament kienu assoċjati ma’ kampanja ta’ malafama kontra l-imħallfin li kkritikaw apertament ir-riformi fil-ġustizzja 9 .

    Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermaw ir-rekwiżiti tad-dritt tal-UE dwar l-indipendenza ġudizzjarja. Fl-2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) ħarġet żewġ deċiżjonijiet li jikkonfermaw li l-leġiżlazzjoni kkontestata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ ksur kienet qed tikser id-dritt tal-UE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-indipendenza ġudizzjarja 10 . Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet kontra t-tibdiliet fir-reġim tal-irtirar għall-imħallfin tal-Qorti Suprema, li kienu jirriżultaw fit-terminazzjoni prematura tal-mandat ta’ madwar terz tal-imħallfin ta’ dik il-qorti 11 . Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-leġiżlazzjoni Pollakka dwar is-sistema l-ġdida tal-irtirar tal-imħallfin tal-qrati ordinarji tmur kontra d-dritt tal-UE, b’mod partikolari minħabba li ma kienx fiha biżżejjed salvagwardji għall-indipendenza ġudizzjarja 12 . Qabel id-deċiżjonijiet, l-awtoritajiet Pollakki kienu diġà emendaw il-liġi nazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet invokata wkoll mill-qrati Pollakki f’aktar minn 10 proċeduri ta’ deċiżjoni preliminari fir-rigward tar-riforma fil-ġustizzja 13 .

    It-tħassib dwar l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali, imqajjem mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, sa issa għadu ma ġiex solvut 14 . Fl-2019, l-Ombudsman u l-Qorti Suprema 15 komplew jesprimu tħassib dwar il-funzjonament u l-leġittimità tat-Tribunal. It-tħassib dwar it-Tribunal Kostituzzjonali kien imtenni mill-Kummissjoni ta’ Venezja 16 , u minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn NGOs 17 . Kawżi li jikkonċernaw kwistjonijiet politikament sensittivi, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw ir-riformi tal-ġustizzja, inbdew mill-Prim Ministru 18 , il-Marixxall tas-Sejm 19 , il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura 20 u l-Awla Dixxiplinarja maħluqa ġdida tal-Qorti Suprema 21 . Ċerti kawżi miftuħa mill-Prosekutur Ġenerali u mill-Awla Dixxiplinarja jfittxu valutazzjoni tal-kompatibbiltà mal-Kostituzzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-UE 22 .

    Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura huwa magħmul prinċipalment minn membri maħtura politikament. Ir-riforma tal-2018 fil-ġustizzja biddlet il-proċedura għall-ħatra tal-imħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura (National Council for the Judiciary, NCJ) 23 . L-imħallfin membri, li jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-membri tal-NCJ, issa jinħatru direttament mis-Sejm minflok mill-pari tagħhom bħalma kien isir qabel. Il-kompożizzjoni l-ġdida tal-NCJ ma qisitx ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa 24 u hija waħda mill-preokkupazzjonijiet imsemmija mill-Kummissjoni fil-Proposta Motivata tagħha adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-istat tad-dritt fil-Polonja 25 . Fil-25 ta’ Marzu 2019, b’talba tal-NCJ, it-Tribunal Kostituzzjonali ddikjara li l-proċedura l-ġdida ta’ ħatra tal-imħallfin membri tal-NCJ hija konformi mal-Kostituzzjoni 26 . Fid-19 ta’ Novembru 2019, wara rinviju preliminari tal-Qorti Suprema dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awla Dixxiplinarja maħluqa ġdida, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li għall-parteċipazzjoni ta’ Kunsill għall-Ġudikatura sabiex il-proċess ta’ ħatra ta’ mħallfin mill-President tar-Repubblika jsir aktar oġġettiv, tali korp irid ikun indipendenti biżżejjed mil-leġiżlatura u mill-eżekuttiv u mill-korp li lilu jagħti opinjoni 27 . Fit-23 ta’ Jannar 2020, il-Qorti Suprema, b’referenza għal din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ħarġet riżoluzzjoni 28 li tiddikjara li l-NCJ li għadu kif twaqqaf mhuwiex indipendenti u li tasserixxi li l-imħallfin il-ġodda tal-Qorti Suprema magħżula minnu mhumiex awtorizzati jaġġudikaw kawżi 29 . Sussegwentement, it-Tribunal Kostituzzjonali kkonstata li r-riżoluzzjoni kienet inkonsistenti mal-Kostituzzjoni u mad-dritt tal-UE, filwaqt li dan aġġudika wara talba tal-Prim Ministru u tal-Marixxall tas-Sejm, bl-appoġġ tal-President tar-Repubblika u tal-Prosekutur Ġenerali 30 . Madankollu, il-Qorti Suprema kompliet tapplika r-riżoluzzjoni tagħha 31 . L-NCJ għadu jipproponi kandidati għal ħatriet ġudizzjarji lill-President tar-Repubblika 32 .

    Iż-żewġ awli l-ġodda fil-Qorti Suprema, maħluqa bir-riforma tal-2018, ingħataw setgħat ġodda fl-2019. L-Awla Dixxiplinarja u l-Awla ta’ Kontroll Straordinarju u tal-Affarijiet Pubbliċi huma magħmula biss minn imħallfin ġodda maħtura wara talba tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura (National Council for the Judiciary, NCJ) li għadu kif twaqqaf. Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2019 33 , il-Qorti Suprema fi tliet sentenzi kkonstatat li l-Awla Dixxiplinarja mhijiex qorti indipendenti fis-sens tad-dritt tal-UE u nazzjonali 34 . Il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 tat lill-Awla ta’ Kontroll Straordinarju u tal-Affarijiet Pubbliċi l-ġdida l-unika setgħa sabiex tiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati mal-indipendenza ġudizzjarja 35 . Din il-parti tal-liġi msemmija hija wieħed mill-elementi mqajma fil-proċedimenti ta’ ksur miftuħ mill-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2020 36 . L-Awla tad-Dixxiplinarja l-ġdida ngħatat ukoll il-kompetenza li tneħħi l-immunità tal-imħallfin meta jinfetħu proċedimenti kriminali kontrihom (kompetenza li qabel kienet eżerċitata mill-qrati dixxiplinarji tal-prim’istanza). Dawn is-setgħat il-ġodda mogħtija lill-awli ġew ikkritikati minn numru ta’ istituzzjonijiet nazzjonali u mill-Kummissjoni ta’ Venezja 37 .

    Il-Qorti Suprema kienet soġġetta għal riformi ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċedura għall-ħatra tal-Ewwel President tagħha. Ftit xhur qabel it-tmiem tal-mandat tal-Ewwel President preċedenti tal-Qorti Suprema, liġi ġdida, adottata mill-kamra inferjuri tal-Parlament (Sejm) 38 emendat il-proċedura għall-ħatra tal-Ewwel President il-ġdid 39 . Il-liġi li daħlet fis-seħħ fi Frar 2020 tipprovdi li l-President tar-Repubblika jista’ jaħtar l-Ewwel President interim li jkun inkarigat mill-organizzazzjoni tal-proċedura għall-għażla tal-kandidati u jbiddel il-kworum meħtieġ għall-votazzjoni fuq lista ta’ kandidati għall-kariga 40 . Fl-1 ta’ Mejju 2020, il-President tar-Repubblika ħatar L-Ewwel President interim, minn fost l-imħallfin li, skont ir-riżoluzzjoni msemmija aktar ’il fuq tal-Qorti Suprema 41 , ma kienx għad għandhom is-setgħa li jaġġudikaw. Il-proċedura tal-għażla kienet is-suġġett ta’ kontroversja 42 , b’ mod partikolari billi l-Ewwel President interim irrifjuta milli jeskludi minn dik il-proċedura membri tal-Awla Dixxiplinarja minkejja l-assenza ta’ garanziji dwar l-indipendenza tagħhom 43 . Fis-26 ta’ Mejju 2020, il-President tar-Repubblika ħatar l-Ewwel President ġdid li huwa wkoll wieħed mill-imħallfin li, skont ir-riżoluzzjoni msemmija aktar ’il fuq tal-Qorti Suprema, ma kienx għad għandhom is-setgħa li jaġġudikaw.

    Ir-reġim dixxiplinarju għall-imħallfin ġie emendat u qed jintuża b’mod attiv. Ir-reġim dixxiplinarju, li ġie emendat sostanzjalment fl-2018 44 , qajjem tħassib li huwa nieqes mis-salvagwardji xierqa sabiex jipproteġi l-indipendenza ġudizzjarja, minħabba r-riskju li l-imħallfin jistgħu jiġu ssanzjonati minħabba l-kontenut ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, inklużi deċiżjonijiet li jitolbu deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, għad hemm tħassib fir-rigward tal-indipendenza tal-Awla Dixxiplinarja tal-Qorti Suprema, li taġixxi bħala l-aħħar istanza għal kawżi dixxiplinarji u hija magħmula biss minn imħallfin magħżula mill-NCJ li għadu kif twaqqaf 45 . Fl-10 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrinvija lill-Polonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn ikkontestat dawn l-arranġamenti l-ġodda 46 . Ir-reġim dixxiplinarju jippermetti li l-imħallfin ikunu soġġetti għal proċedimenti dixxiplinarji fid-dawl tal-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jew tad-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar il-funzjonament tal-korpi kostituzzjonali fil-Polonja 47 . Fit-8 ta’ April 2020, wara talba għal miżuri proviżorji, il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat lill-Polonja sabiex tissospendi immedjatament l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-setgħat tal-Awla Dixxiplinarja fir-rigward ta’ kawżi dixxiplinarji li jikkonċernaw l-imħallfin 48 . Wara d-digriet, l-Awla Dixxiplinarja rrinvijat kwistjoni tal-liġi quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali, filwaqt li kkontestat il-kostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li fuqhom hija bbażata l-ordni għal miżuri proviżorji 49 . Il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 wessgħet aktar il-kunċett ta’ reat dixxiplinarji u żiedet ir-riskju għall-indipendenza ġudizzjarja. Din il-kwistjoni hija element tal-proċedimenti ta’ ksur il-ġodda mnedija mill-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2020 50 . Ir-reġim dixxiplinarju l-ġdid u l-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 wasslu sabiex il-qrati ta’ Stati Membri oħra, fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE, iqajmu dubji dwar is-salvagwardji ġudizzjarji tas-sistema Pollakka 51 .

    L-imħallfin huma soġġetti għal diversi rekwiżiti ġodda. Il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 tobbliga lill-imħallfin kollha fil-Polonja jiżvelaw informazzjoni personali, bħas-sħubija tagħhom f’assoċjazzjonijiet, il-funzjonijiet f’organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew is-sħubija u l-kariga tagħhom f’partiti politiċi qabel id-29 ta’ Diċembru 1989. Tali dispożizzjonijiet joħolqu tħassib fir-rigward tad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali kif iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 52 . Dawn ir-rekwiżiti l-ġodda jsegwu rekwiżiti oħrajn introdotti fl-2018 relatati mat-titwil tas-servizz attiv ta’ mħallfin tal-qorti ordinarja, li issa jiġi deċiż mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura (National Council for the Judiciary, NCJ). Filwaqt li dan it-tibdil kien rispons għall-proċedimenti ta’ ksur 53 , ma kienx biżżejjed li tiġi indirizzata l-problema rigward l-impatt fuq l-indipendenza ġudizzjarja, minħabba t-tħassib relatat mal-NCJ.

    Il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 introduċiet projbizzjoni ġenerali għall-qrati Pollakki milli jikkontestaw is-setgħat tal-qrati u tat-tribunali, tal-organi kostituzzjonali u tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Il-liġi tipprevjeni lill-imħallfin Pollakki milli jiddeċiedu dwar il-legalità tal-ħatriet ġudizzjarji u dwar is-setgħa ta’ mħallef li jwettaq funzjonijiet ġudizzjarji. L-istess projbizzjoni tapplika għall-imħallfin li jivvalutaw il-legalità tal-kompożizzjoni tas-sedja ta’ seduta. Dawn ir-rekwiżiti ġew ikkontestati fil-proċedimenti ta’ ksur imniedi mill-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2020 54 . L-istess liġi introduċiet limiti ġodda fuq id-dikjarazzjonijiet u fuq l-azzjonijiet li jistgħu jsiru minn imħallfin, minn qrati u minn korpi indipendenti oħra, li issa huma pprojbiti milli jikkontestaw is-setgħat tal-korpi ġudizzjarji u kostituzzjonali kif ukoll tal-aġenziji ta’ infurzar tal-liġi. Il-liġi timponi tali projbizzjoni wkoll fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet jew ta’ azzjonijiet ta’ korpi ta’ awtogovernanza ġudizzjarja li jikkontestaw il-ħatriet ġudizzjarji. Dawn it-tibdiliet wasslu għal tħassib fost l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni ta’ Venezja 55 . Fir-rigward tal-presidenti tal-qrati, wara t-tneħħija ta’ aktar minn 70 president tal-qrati mill-Ministru tal-Ġustizzja, ma ġie propost l-ebda mezz sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni tagħhom 56 . Kawża li tikkonċerna dawn it-tneħħijiet ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem 57 .

    Il-fatt li l-Ministru tal-Ġustizzja huwa fl-istess waqt il-Prosekutur Ġenerali joħloq tħassib partikolari rigward is-setgħa ta’ ħruġ ta’ struzzjonijiet f’kawżi individwali u ta’ trasferiment tal-prosekuturi. Wara r-riformi mwettqa fl-2016, il-kariga tal-Prosekutur Ġenerali u dik tal-Ministru tal-Ġustizzja ngħaqdu flimkien. Għalhekk, il-Ministru tal-Ġustizzja jeżerċita direttament is-setgħat vestiti fl-ogħla kariga tal-prosekuzzjoni, inkluża l-awtorità li joħroġ struzzjonijiet lill-prosekuturi f’każijiet speċifiċi. Fl-2019, is-setgħa tal-Prosekutur Ġenerali, jew ta’ prosekuturi bi grad ogħla, li joħorġu struzzjonijiet 58 f’każijiet individwali (inkluż li ma ssirx prosekuzzjoni) intużat f’diversi okkażjonijiet, inkluż f’każijiet politikament rilevanti 59 . Din is-setgħa ġiet ikkritikata, inkluż mill-Kummissjoni ta’ Venezja 60 . Barra minn hekk, il-Prosekutur Ġenerali għandu l-awtorità li jiddeċiedi dwar is-sekondar tal-prosekuturi, mingħajr il-kunsens tagħhom u mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni, għal kariga oħra sa sitt xhur. Barra minn hekk, huwa jista’ jattribwixxi kawżi mill-ġdid fost il-prosekuturi, li wkoll ta lok għal tħassib li l-kunsiderazzjonijiet politiċi jista’ jkollhom impatt fuq it-tmexxija tal-proċedimenti kriminali 61 .

    Kwalità

    Il-finanzjament għall-ġudikatura ra żieda gradwali mill-2016. Il-Polonja tonfoq madwar il-medja tal-UE għal kull abitant fuq il-qrati. Fl-istess ħin, il-Polonja għandha waħda mill-akbar nefqiet tal-gvern ġenerali għas-sistema tal-ġustizzja (inklużi l-prosekuzzjoni u l-għajnuna legali) bħala perċentwal tal-PDG 62 .

    Fir-rigward tar-riżorsi umani, diversi karigi ġudizzjarji għadhom battala. Huwa nnotat li qabel it-tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-NCJ fl-2018, il-Ministru tal-Ġustizzja dewwem il-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet vakanti fil-qrati, li hija prekundizzjoni sabiex kwalunkwe persuna tapplika għal tali pożizzjoni. Din issemiet bħala kwistjoni mill-Ombudsman 63 u minn rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji 64 , li argumentaw li l-qrati b’nuqqas ta’ persunal għadhom ir-raġuni ewlenija għat-tnaqqis fl-effiċjenza tagħhom.

    Għad hemm lok għal titjib fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-ġustizzja. Meta mqabbla mas-snin preċedenti, il-Polonja tejbet id-disponibbiltà tal-informazzjoni online dwar is-sistema ġudizzjarja għall-pubbliku ġenerali 65 . Għalkemm sar xi progress importanti, għad hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti għodod tal-IT fil-kuntest tal-proċeduri ġudizzjarji 66 . Saru talbiet għal aktar sforzi fid-diġitalizzazzjoni tal-qrati minn assoċjazzjonijiet tal-imħallfin 67 , mill-Ombudsman 68 , u mill-Kunsill Nazzjonali tal-Avukatura 69 , li jindikaw li n-nuqqas ta’ diġitalizzazzjoni sar kwistjoni rikorrenti matul iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19.

    Ir-riformi li jikkonċernaw l-għajnuna legali, it-tariffi tal-qorti u l-proċedura ċivili daħlu fis-seħħ fl-2019. L-għajnuna legali bla ħlas u l-pariri ċivili bla ħlas huma disponibbli fil-Polonja għal kwalunkwe persuna li ma tistax taffordja li tirċievi pariri bi ħlas u li tagħmel dikjarazzjoni dwar dan. Hemm ukoll pjanijiet li gradwalment issir disponibbli l-medjazzjoni bla ħlas 70 . Il-Kunsill Nazzjonali tal-Avukatura esprima tħassib dwar l-emendi għall-kodiċi ta’ proċedura ċivili adottati fl-2019 li ma jkunux jikkontribwixxu għal żieda fir-ritmu tal-proċedimenti ġudizzjarji 71 .

    Effiċjenza

    Il-prestazzjoni ġenerali tal-qrati ordinarji hija qrib il-medja tal-UE fir-rigward tat-tul tal-proċedimenti. Madankollu, fl-2018, kien hemm żieda fiż-żmien meħtieġ stmat sabiex jiġu solvuti kawżi ċivili u kummerċjali litiġjużi, kif ukoll deterjorament tar-rata ta’ riżoluzzjoni ta’ kawżi bħal dawn. Billi n-numru ta’ kawżi bħal dawn naqas, in-numru ta’ kawżi pendenti żdied 72 . Il-Polonja għadha taħt superviżjoni msaħħa mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa minħabba t-tul tal-proċedimenti ċivili u kriminali 73 .

    Il-prestazzjoni tal-qrati amministrattivi hija aħjar mill-medja tal-UE. Jidher tnaqqis żgħir fin-numru ta’ kawżi amministrattivi deħlin u fiż-żmien stmat meħtieġ sabiex jiġu solvuti. Ir-rata li biha jiġu solvuti dawn il-kawżi għadha ogħla minn 100 % 74 .

    II.Qafas kontra l-korruzzjoni

    Il-qafas legali u istituzzjonali għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa fil-biċċa l-kbira fis-seħħ. L-Uffiċċju Ċentrali kontra l-Korruzzjoni (Central Anti-Corruption Bureau, CAB) huwa l-korp speċjalizzat kontra l-korruzzjoni. Is-CAB jiġbor flimkien il-funzjonijiet tal-intelligence u tal-pulizija u jista’ jagħti bidu għal proċedimenti kemm amministrattivi kif ukoll kriminali. Il-Liġi ppjanata dwar it-“Trasparenza tal-Ħajja Pubblika” għandha l-għan li torganizza mill-ġdid id-dispożizzjonijiet preventivi ewlenin f’att legali wieħed. Bħala parti minn dan, se jiġu emendati ċerti elementi bħas-sistemi ta’ dikjarazzjoni tal-assi u r-regolamenti dwar il-lobbying kurrenti.

    Fl-aħħar Indiċi tal-Perċezzjonijiet tal-Korruzzjoni (Corruption Perceptions Index) ta’ Transparency International, il-Polonja ġġib 58/100 u tikklassifika fit-tnax-il post fl-Unjoni Ewropea u fil-wieħed u erbgħin post madwar id-dinja 75 . L-istħarriġ tal-Ewrobarometru juri li n-numru ta’ rispondenti mill-Polonja li jqisu li l-korruzzjoni hija mifruxa f’pajjiżhom (59 %) huwa anqas mill-medja tal-UE (71 %) filwaqt li 37 % tan-nies iħossuhom personalment affettwati mill-korruzzjoni fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum (medja tal-UE ta’ 26 %) 76 . Fir-rigward tan-negozji, 49 % tal-kumpaniji jqisu l-korruzzjoni bħala mifruxa (medja tal-UE ta’ 63 %) u 27 % tal-kumpaniji jqisu li l-korruzzjoni hija problema matul in-negozju (medja tal-UE ta’ 37 %). Imbagħad, 43 % tan-nies isibu li hemm biżżejjed prosekuzzjonijiet b’suċċess sabiex jiskoraġġixxu lin-nies minn prattiki korrotti (medja tal-UE ta’ 36 %) filwaqt li 26 % tal-kumpaniji jemmnu li n-nies u n-negozji li jinqabdu jxaħħmu uffiċjal anzjan jingħataw piena xierqa (medja tal-UE ta’ 31 %) 77 .

    Inizjattiva ppjanata għandha l-għan li tkompli tiżviluppa l-qafas legali kontra l-korruzzjoni. Id-dritt kriminali Pollakk jipprovdi bażi solida għall-investigazzjoni, għall-prosekuzzjoni u għall-aġġudikazzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni. 78 Il-Polonja għandha wkoll qafas legali għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni, b’diversi atti legali li jirregolaw kwistjonijiet ta’ etika u ta’ integrità fis-settur pubbliku 79 kif ukoll obbligi ta’ żvelar għall-assi u għall-kunflitti ta’ interess 80 . Madankollu, issemmewss u tal-iżvelar tal-assi 81 . Liġi ġdida dwar it-Trasparenza tal-Ħajja Pubblika bħalissa tinsab fi stadju preparatorju avvanzat, bil-għan li ssaħħaħ il-mekkaniżmi eżistenti kontra l-korruzzjoni u tinkorpora l-prinċipji tat-trasparenza f’att wieħed. Objettiv ieħor tal-liġi huwa li jitħassru ċerti atti eżistenti sabiex jiġu standardizzati s-sistema u r-regoli kurrenti għad-dikjarazzjoni tal-assi. Il-proposta għandha wkoll l-għan li temenda r-regoli eżistenti dwar il-lobbying u l-liġi dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, u li ssaħħaħ il-miżuri sabiex tipproteġi lill-informaturi 82 .

    Ġew proposti tibdiliet fil-Kodiċi Kriminali. Fl-14 ta’ Lulju 2020, abbozz ta’ liġi ta’ Ġunju 2019 li jemenda l-Kodiċi Kriminali 83 tqies antikostituzzjonali mit-Tribunal Kostituzzjonali 84 . Dan kien jipproponi tibdiliet fid-definizzjoni ta’ persuna li twettaq kariga pubblika, u kien jintroduċi definizzjoni usa’ ta’ “persuna li twettaq kariga pubblika” sabiex tinkludi, fost l-oħrajn, unità organizzazzjonali domestika jew barranija li tiddisponi minn fondi pubbliċi, membri tal-bord jew rappreżentanti ta’ intrapriżi tal-istat, u entitajiet li l-kapital azzjonarju tagħhom huwa proprjetà ta’ gvern ċentrali jew lokali f’aktar minn 50 % minnu. Tibdiliet oħra proposti kienu jkunu jinkludu żieda fis-sanzjonijiet għal reati ta’ tixħim attiv u passiv konnessi ma’ assi ta’ valur għoli. Madankollu, il-mekkaniżmi bħall-klawżola ta’ “nuqqas ta’ kastig” kienu jibqgħu, billi jipprovdu li persuna li xxaħħam ma tkunx punibbli jekk tinnotifika minn jeddha lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi dwar ir-reat. Tħassib dwar elementi tar-reġim tal-immunitajiet u l-impatt tiegħu fuq il-prosekuzzjoni ta’ reati relatati mal-korruzzjoni tqajjem mill-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) 85 .

    L-Uffiċċju Ċentrali kontra l-Korruzzjoni (Central Anti-Corruption Bureau, CAB) huwa l-korp speċjalizzat kontra l-korruzzjoni. Is-CAB jiġbor flimkien il-funzjonijiet tal-intelligence u tal-pulizija u jista’ jagħti bidu għal proċedimenti kemm amministrattivi kif ukoll kriminali 86 . Id-detezzjoni tal-korruzzjoni hija parti mill-funzjonijiet ewlenin tiegħu, u f’każijiet ta’ suspett raġonevoli, is-CAB jista’ jmexxi investigazzjonijiet kriminali. Huwa għandu l-kompetenza li jivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi u jikkontrolla d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku. Huwa inkarigat ukoll mill-monitoraġġ tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ inkompatibbiltà fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-attività tan-negozju minn uffiċjali pubbliċi u mill-ftuħ ta’ proċeduri għar-ritorn ta’ benefiċċji miksuba b’mod inġust. Is-CAB għandu wkoll rwol preventiv u jissorvelja l-koordinazzjoni tal-Programm tal-Gvern kontra l-Korruzzjoni għall-2018-2020 li l-objettivi ġenerali tiegħu jinkludu t-titjib tar-regolamenti kontra l-korruzzjoni, u t-titjib tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Il-Kap tal-Uffiċċju jinħatar mill-Prim Ministru b’mandat ta’ erba’ snin. Is-CAB jaħdem taħt l-awtorità tal-Prim Ministru u ta’ “Ministru-koordinatur għas-servizzi speċjali” ddeżinjat 87 . Skont il-qafas legali kurrenti, din il-proċedura ta’ ħatra u s-subordinazzjoni tal-uffiċċju għall-eżekuttiv qajmu tħassib fir-rigward tal-indipendenza tas-CAB u tal-indipendenza aħħarija mill-poter eżekuttiv 88 .

    Il-kwistjonijiet ta’ etika u ta’ integrità fis-settur pubbliku, u l-kunflitti ta’ interess bħalissa huma rregolati b’diversi atti bażiċi. L-att legali ewlieni li jippromwovi l-integrità huwa l-Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet fuq it-Twettiq ta’ Attivitajiet tan-Negozju minn Persuni li Jwettqu Funzjonijiet Pubbliċi, li tipprojbixxi ċerti attivitajiet, u tillimita l-parteċipazzjonijiet azzjonarji kummerċjali u s-sħubija f’diversi bordijiet. L-ordinanza dwar il-qafas etiku għas-servizz ċivili tistabbilixxi l-istandards etiċi għall-amministrazzjoni pubblika, iżda ma tkoprix l-ogħla eżekuttivi, li l-kondotta tagħhom ġeneralment tkun irregolata mill-kostituzzjoni. Il-ministeri jindirizzaw l-integrità fil-gradi tagħhom f’livelli differenti wkoll. Il-GRECO enfasizza l-benefiċċji potenzjali ta’ politika aktar koerenti u rrakkomanda l-elaborazzjoni ta’ pjan ġenerali ta’ integrità, l-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta b’mekkaniżmi sodi ta’ superviżjoni u ta’ sanzjonar, u s-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ integrità 89 . Barra minn hekk, diversi testi legali oħra jipprevedu obbligu li jiġu rrapportati sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ kunflitti ta’ interess, iżda mingħajr koordinazzjoni jew konsolidazzjoni ċara f’qafas wieħed 90 . Filwaqt li m’hemm l-ebda definizzjoni legali ta’ kunflitti ta’ interess f’liġijiet vinkolanti b’mod komuni, il-Kodiċi ta’ Proċeduri Amministrattivi qed ikopri kunflitti ta’ interess għall-uffiċjali pubbliċi. Għall-ministri u għal uffiċjali għolja oħra, dawn huma limitati għal ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu interessi tal-proprjetà 91 . Fl-2019, is-CAB eżamina 2 477 kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess fil-Ministeri tas-Saħħa u tad-Difiża (4581 fl-2018), li jkopru 2 187 persuna (2110 fl-2018) bi tliet każijiet riferiti lill-uffiċċju tal-Prosekutur 92 .

    Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni unifikata jew sistema ċentralizzata ta’ sottomissjoni u ta’ monitoraġġ għad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Il-membri Parlamentari jippreżentaw dikjarazzjonijiet tal-assi skont il-Liġi ta’ Mejju 1996 dwar il-qadi tad-dmirijiet mid-deputati u mis-Senaturi tas-Sejm. Il-Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet fuq it-Twettiq ta’ Attivitajiet Kummerċjali minn Persuni li Jwettqu Funzjonijiet Pubbliċi tistabbilixxi l-iżvelar annwali tal-attivitajiet finanzjarji u ekonomiċi għall-funzjonijiet eżekuttivi ewlenin. Madankollu, fil-prattika l-leġiżlazzjoni hija applikata għall-politiċi fil-livelli kollha, u jeżisti tħassib dwar is-sistemi diverġenti u l-oqfsa sabiex tiġi garantita l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet 93 . Fl-2019, is-CAB wettaq 90 kontroll fuq dikjarazzjonijiet tal-assi (69 fl-2018), 364 analiżi ta’ qabel il-kontroll (330 fl-2018) u 341 każ ta’ kontroll (320 fl-2018) 94 . Madankollu, l-emendi għal-Liġi dwar l-Eżerċizzju tal-Mandat ta’ Deputat u ta’ Senatur, li kellhom l-għan li jestendu l-katalogu tal-persuni obbligati u l-ambitu tal-informazzjoni inkluża, bħalissa qed jiġu kkontestati quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali. Filwaqt li laqa’ l-eżistenza tal-obbligi, il-GRECO ddikjara li l-arranġamenti tal-Polonja għad-dikjarazzjonijiet tal-assi jeħtieġ li jissaħħu u jiġu kkumplimentati b’mekkaniżmu indipendenti u effettiv ta’ rieżami 95 . F’dan ir-rigward, qed jitħejja abbozz ta’ liġi b’formola ġdida għad-dikjarazzjoni tal-assi u s-CAB qed jiżviluppa sistema unifikata li tindirizza n-nuqqas ta’ metodi elettroniċi u awtomatizzati ta’ kif jiġu ppreżentati u jiġu kkontrollati d-dikjarazzjonijiet 96 .

    Jeżistu miżuri li jirregolaw il-lobbying u r-“revolving doors” u ċerti dispożizzjonijiet jippermettu l-protezzjoni tal-informaturi. Il-Liġi dwar l-Attività tal-Lobbying fil-Proċess tat-Tfassil tal-Liġijiet tiddefinixxi b’mod wiesa’ l-lobbying, tistabbilixxi reġistru pubbliku, u tiddetermina l-obbligi u s-sanzjonijiet għal attivitajiet mhux reġistrati. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-liġi jillimitaw il-kunċett tal-lobbying għall-proċess tat-tfassil tal-liġi. Il-GRECO rrakkomanda li l-interazzjonijiet mill-membri parlamentari mal-lobbyists isiru aktar trasparenti, 97 li jiġu introdotti regoli dettaljati għall-interazzjonijiet mal-lobbyists, u li tiġi żvelata informazzjoni suffiċjenti dwar l-iskop ta’ dawn il-kuntatti 98 . Ir-“revolving doors” huma rregolati b’perjodu ta’ preklużjoni ta’ sena iżda dan huwa limitat għal entitajiet li għalihom uffiċjal ikun ħareġ deċiżjonijiet speċifiċi. Filwaqt li jeżistu pjanijiet sabiex il-perjodu jiġi estiż, ġie rrakkomandat ukoll it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni 99 . Ċerti atti legali jinkludu dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-informaturi, iżda ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika dwar il-kwistjoni u ġiet enfasizzata l-ħtieġa li jissaħħu l-protezzjonijiet tal-persuni li jirrapportaw 100 .

    III.Il-Pluraliżmu tal-Media

    Il-qafas legali rigward il-pluraliżmu tal-media huwa bbażat fuq is-salvagwardji kostituzzjonali u l-leġiżlazzjoni settorjali. Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-indipendenza tal-awtorità nazzjonali tal-media - il-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir (KRRiT) - u l-kompetenzi tar-regolatur huma speċifikati ulterjorment mil-Liġi tal-1992 dwar ix-Xandir 101 . Fir-rigward tal-qafas għall-protezzjoni tal-ġurnalisti, il-libertà ta’ espressjoni hija protetta bil-kostituzzjoni 102 . Madankollu, fl-istess ħin, il-Kodiċi Kriminali jinkludi reati ta’ insultar tas-simboli tal-Istat, tal-uffiċjali pubbliċi anzjani u tar-reliġjon. Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi wkoll id-dritt taċ-ċittadini li jkunu informati dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi 103 . Dan id-dritt huwa speċifikat aktar fil-Liġi tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika 104 .

    Il-qafas legali jipprovdi salvagwardji għall-indipendenza tar-regolatur tal-media. Il-Kostituzzjoni 105 tagħti lill-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir (KRRiT) ir-rwol li jissalvagwardja l-libertà tal-kelma, id-dritt għall-informazzjoni u l-interess pubbliku fix-xandir fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni. Il-membri tiegħu jinħatru mill-Parlament u mill-President tar-Repubblika. Dawn ma jistgħux ikunu jappartjenu għal partit politiku, għal trade union jew iwettqu attivitajiet pubbliċi li ma jkunux kompatibbli mad-dinjità tal-funzjoni tagħhom. Il-Liġi dwar ix-Xandir tinkludi lista speċifika ta’ kompetenzi tal-KRRiT. Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (Audiovisual Media Services Directive, AVMSD) 106 tistabbilixxi firxa ta’ garanziji speċifiċi għall-indipendenza u għall-effettività tar-regolaturi nazzjonali tal-media. Bħalissa l-Polonja tinsab fil-proċess ta’ traspożizzjoni tal-AVMSD riveduta, li matulu jistgħu jiġu proposti xi allinjamenti ulterjuri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-qafas tal-UE u dawn jistgħu jiġu adottati kmieni fil-ħarifa tal-2020 107 .

    Ir-regolatur tal-media tal-Polonja jista’ jkun li għadu suġġett għal influwenza politika. L-MPM 2020 irrapporta riskju medju fir-rigward tal-indipendenza u tal-effettività tal-awtorità regolatorja tal-media tal-Polonja 108 , u vvaluta li l-proċeduri ta’ ħatra għall-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir (KRRiT) ma llimitawx b’mod effettiv ir-riskju ta’ influwenza politika fuq il-media. Pereżempju, ma ġie ordnat l-ebda monitoraġġ elettorali sabiex tiġi analizzata l-kopertura tal-media tal-kampanji elettorali tal-2019 għall-Parlament Ewropew u dak nazzjonali. B’mod simili, fil-każ tal-kampanja presidenzjali tal-2020, kif irrapportat mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (Office for Democratic Institutions and Human Rights, ODIHR), il-KRRiT ma żgurax il-monitoraġġ indipendenti tal-kampanja 109 . Barra minn hekk, bħala riżultat tar-riforma tal-2016 110 , xi wħud mill-kompetenzi tal-KRRiT tneħħew u ġew assenjati lill-Kunsill Nazzjonali tal-Media (RMN) 111 li għadu kif ġie stabbilit, li issa huwa inkarigat mill-ħatra u mit-tneħħija tal-bordijiet ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tat-Televiżjoni tal-Polonja (TVP), tar-Radju tal-Polonja u tal-Aġenzija tal-Istampa tal-Polonja. F’Diċembru 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali tal-Polonja kkunsidra l-esklużjoni tal-KRRiT mill-proċess tal-ħatra tal-maniġment tal-media pubblika bħala antikostituzzjonali 112 . Is-sentenza għad trid tiġi implimentata 113 .

    Il-qafas legali li jikkonċerna t-trasparenza tas-sjieda tal-media fil-Polonja mhuwiex applikabbli bl-istess mod għall-atturi kollha tal-media. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika għas-settur dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-media tal-aħbarijiet. Minħabba dan, l-MPM 2020 ivvaluta t-trasparenza tas-sjieda tal-media fil-Polonja bħala f’riskju medju, filwaqt li nnota, madankollu, li hemm fis-seħħ xi regoli speċifiċi fis-settur tax-xandir. Dawn jirreferu għall-iżvelar tal-informazzjoni lill-korp pubbliku KRRiT.

    Hemm nuqqas ta’ salvagwardji regolatorji li jillimitaw il-kontroll politiku fuq l-istrumenti tal-media fil-Polonja. Dawn is-salvagwardji jikkonċernaw regoli dwar kunflitti ta’ interess bejn is-sidien tal-media u l-partiti fil-gvern, il-gruppi partiġġjani jew il-politiċi 114 . L-istħarriġ tas-CBOS mill-2019 juri li l-perċezzjoni tal-preġudizzju politiku fil-media hija mifruxa sew 115 . Madankollu, kif rikonoxxut mill-MPM 2020, is-sidien tal-akbar media fil-Polonja ma għandhom l-ebda affiljazzjoni miftuħa mal-partiti politiċi, u l-biċċa l-kbira tal-media tal-aħbarijiet, inklużi l-mezzi diġitali, tippromwovi opinjonijiet politiċi distinti 116 . Jidher li matul il-kampanja presidenzjali tal-2020, il-koalizzjoni fil-gvern irreferiet għal tibdiliet leġiżlattivi possibbli dwar il-konċentrazzjoni ta’ strumenti tal-media ta’ proprjetà barranija 117 . Jekk dawn it-tibdiliet iseħħu, jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-pluraliżmu tal-media u għas-suq intern tal-UE.

    Id-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali jistgħu jaffettwaw ċerti aspetti tal-qafas għall-protezzjoni u għall-attivitajiet tal-ġurnalisti. Il-Kodiċi Kriminali jinkludi reati ta’ insultar tas-simboli tal-Istat, tal-uffiċjali pubbliċi anzjani u tar-reliġjon. Il-priġunerija (ta’ massimu ta’ sena) hija fost is-sanzjonijiet possibbli għal malafama 118 li sseħħ permezz ta’ komunikazzjoni tal-massa 119 . Kif intqal minn xi rappreżentanti tal-ġurnalisti, dan ir-reġim kien soġġett għal kritika dejjiema minħabba li l-kwistjoni ta’ malafama tista’ tiġi indirizzata b’mod suffiċjenti fuq il-bażi tal-qafas tar-responsabbiltà ċivili 120 . F’dan il-kuntest, l-MPM 2020 jinnota wkoll li l-miżuri awtoregolatorji li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti ma ġewx implimentati b’mod effettiv fil-Polonja. Fuq nota pożittiva, il-Liġi dwar l-Istampa ġiet emendata u ma għadhiex tobbliga lill-ġurnalisti jsegwu l-linja editorjali ta’ titlu partikolari. Il-Liġi issa tagħti l-possibbiltà lil ġurnalist li jirrifjuta struzzjoni vinkolanti jekk tikkontradixxi l-prinċipji tal-ġustizzja, tal-oġġettività u tal-preċiżjoni professjonali. Fir-rigward tas-sikurezza tal-ġurnalisti, il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u tas-sikurezza tal-ġurnalisti ppubblikat żewġ twissijiet dwar il-Polonja fl-2019 u sitta fl-2020. It-twissijiet ġew ikklassifikati taħt il-kategorija ta’ fastidju tal-ġurnalisti u taħt il-kategorija ta’ atti li jkollhom effetti dissważivi fuq il-libertà tal-media 121 . Fir-rigward tas-sikurezza diġitali tal-ġurnalisti, l-MPM 2020 jirrapporta każijiet okkażjonali li fihom ġurnalisti kienu mhedda permezz ta’ sorveljanza mill-pulizija u mis-servizzi tal-intelligence kif ukoll każijiet ta’ użu ta’ data tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet ta’ ġurnalisti mingħajr notifika minn qabel 122 .

    Il-qafas legali kurrenti jirrikonoxxi d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni pubblika. Madankollu, kien hemm każijiet rikorrenti ta’ rifjut ta’ tali aċċess. Il-Liġi tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika tirrikjedi li l-awtoritajiet tal-Istat (u entitajiet oħra) jagħmlu disponibbli kwalunkwe informazzjoni dwar kwistjonijiet pubbliċi. Skont il-Liġi, id-dritt għall-informazzjoni pubblika jinkludi d-dritt li tinkiseb tali informazzjoni li jkun fiha għarfien aġġornat dwar kwistjonijiet pubbliċi mingħajr dewmien. Informazzjoni klassifikata hija eskluża minn din ir-regola. Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan id-dritt fil-prattika, l-MPM 2020 jirrapporta każijiet li fihom l-aċċess għall-informazzjoni ġie miċħud fil-livell lokali, speċjalment fir-rigward ta’ informazzjoni dwar attivitajiet tal-gvern lokali u reġjonali jew ta’ investimenti ppjanati. Każijiet oħra ta’ ċaħda kienu jinkludu ċ-ċaħda ta’ aċċess għall-ġurnalisti għal dibattiti dwar riformi edukattivi u ġudizzjarji.

    IV.Kwistjonijiet Istituzzjonali oħra relatati ma’ Kontrokontrolli

    Il-Polonja hija repubblika demokratika rappreżentattiva bi President elett direttament, b’parlament bikamerali 123 u bi Tribunal Kostituzzjonali inkarigat mill-istħarriġ kostituzzjonali tal-liġijiet. Is-Sejm għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet finali meta jadotta liġijiet. Il-President tar-Repubblika, is-Senat, grupp ta’ 15-il deputat, il-Kunsill tal-Ministri u grupp ta’ mill-inqas 100 000 ċittadin għandhom id-dritt li jipproponu leġiżlazzjoni ġdida. L-Ombudsman indipendenti għandu l-kompitu li jħares il-libertajiet u d-drittijiet tal-persuni u taċ-ċittadini speċifikati fil-Kostituzzjoni u f’atti normattivi oħra.

    Fil-perjodu ta’ bejn l-2015 u l-2019, l-adozzjoni rapida tal-leġiżlazzjoni ntużat ta’ spiss, b’eżempji importanti li jinkludu riformi strutturali sinifikanti fil-ġudikatura. Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riformi fil-ġustizzja, il-Parlament qatta’ medja ta’ 18-il jum fuq kull liġi 124 . B’mod partikolari, tqajjem tħassib dwar il-proċedura rapida applikata mil-leġiżlatur f’Diċembru 2019 sabiex jadotta tibdiliet kontroversjali fil-liġijiet dwar il-ġudikatura, inkluż il-mod kif it-tibdiliet fl-abbozz inizjali ġew proposti fil-proċess leġiżlattiv. Il-Qorti Suprema kkunsidrat li dan kiser ir-regoli ta’ leġiżlazzjoni xierqa 125 . F’diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ta’ Venezja u l-OSKE enfasizzaw l-importanza ta’ deliberazzjonijiet bir-reqqa ta’ proposti u ta’ emendi leġiżlattivi, inklużi konsultazzjonijiet sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati, mal-esperti u mas-soċjetà ċivili, u djalogu mal-oppożizzjoni politika 126 . Ta’ min jinnota li l-konsultazzjonijiet pubbliċi huma obbligatorji biss fil-każ ta’ proposta leġiżlattiva proposti mill-Kunsill tal-Ministri, filwaqt li r-riformi ġudizzjarji nbdew minn membri Parlamentari, li għalihom m’hemmx bżonn ta’ konsultazzjoni 127 .

    Fl-20 ta’ Marzu 2020, il-Gvern introduċa stat ta’ epidemija sabiex jilqa’ kontra l-pandemija tal-COVID-19 128 . Il-partijiet ikkonċernati esprimew tħassib dwar il-miżuri imposti f’dak il-kuntest minħabba l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali u fuq il-elezzjonijiet presidenzjali 129 . L-istat ta’ epidemija għadu fis-seħħ għalkemm ir-restrizzjonijiet qed jitneħħew gradwalment. Ċerti miżuri adottati sabiex jindirizzaw l-istat ta’ epidemija jaffettwaw ħażin il-mandati ta’ awtoritajiet statali speċifiċi 130 , inkluż l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni Elettronika li għalih il-Kummissjoni Ewropea nediet proċedura ta’ ksur 131 .

    Imħallfin tal-Qorti Suprema maħtura skont ir-riforma tal-2017 għandhom is-setgħa li jistħarrġu sentenzi tal-qrati ordinarji f’ċerti kawżi li jmorru lura 20 sena. Skont il-proċedura l-ġdida ta’ appell straordinarju, l-Awla l-ġdida ta’ Kontroll Straordinarju u tal-Affarijiet Pubbliċi għandha s-setgħa li tbiddel kompletament jew parzjalment kwalunkwe sentenza finali maqtugħa minn qrati ordinarji f’dawn l-aħħar 20 sena, soġġetta għal xi eċċezzjonijiet. Is-setgħa għall-preżentazzjoni tal-appell hija vestita fost l-oħrajn lill-Prosekutur Ġenerali u lill-Ombudsman. Skont l-informazzjoni disponibbli, il-biċċa l-kbira tal-proċedimenti sa issa ġiet ippreżentata mill-Prosekutur Ġenerali 132 . Ġie espress tħassib li din il-proċedura tista’ tintuża wkoll għal dawk li jistgħu jitqiesu bħala motivi politiċi 133 . B’mod aktar ġenerali, din il-proċedura l-ġdida ta’ appellstraordinarju, ibbażata fuq kriterji wiesgħa, tqajjem kwistjonijiet fir-rigward tal-prinċipju taċ-ċertezza tad-dritt 134 u hija waħda mill-preokkupazzjonijiet imqajma mill-Kummissjoni fil-Proposta Motivata tagħha adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE 135 .

    Żviluppi ġodda jaffettwaw ħażin l-ispazju tas-soċjetà ċivili 136 . Il-Polonja għandha soċjetà ċivili wiesgħa u vibranti, li tikkonsisti f’aktar minn 120 000 NGO differenti. Madankollu, l-iżviluppi wrew li l-NGOs li jmaqdru politika waħda jew oħra tal-Gvern jisfaw fil-mira ta’ dikjarazzjonijiet sfavorevoli tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi 137 . Istitut Nazzjonali tal-Libertà – iċ-Ċentru għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili huwa responsabbli għad-distribuzzjoni ta’ finanzjament tal-gvern, kif ukoll tal-finanzjament mill-UE attribwit nazzjonalment, lill-NGOs. Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet jikkostitwixxu minoranza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet taħt dan l-istitut, li huwa ppresedut minn membru tal-Gvern. L-OSKE sabet li l-Gvern jidher li għandu influwenza deċiżiva fuq il-governanza u fuq l-operat tal-Istitut Nazzjonali tal-Libertà u għamlet rakkomandazzjonijiet f’dak ir-rigward 138 . L-aġġornament tal-2020 tar-rapport ta’ CIVICUS iqis li l-ispazju ċiviku għall-funzjonament tal-NGOs naqas 139 . Partijiet ikkonċernati ppreżentaw tħassib dwar il-fatt li membri tal-Gvern dan l-aħħar ipproponew leġiżlazzjoni li tobbliga lill-NGOs biex jiżvelaw is-sussidji barranin li jirċievu u taħt ċerti kundizzjonijiet tikkunsidra lill-NGOs bħala “mwaqqfa minn barra l-pajjiż” 140 . Id-deċiżjoni ta’ ċerti reġjuni li jiddikjaraw lilhom infushom bħala “żoni ħielsa mil-LGBTI” ħolqot dubji serji dwar il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali li jqassmu b’mod ġust il-fondi tal-UE fost l-NGOs 141 . L-azzjonijiet tal-gvern immirati lejn il-gruppi LGBTI, inkluż l-arrest u d-detenzjoni ta’ wħud mir-rappreżentanti tal-gruppi, u kampanji ta’ malafama mwettqa kontra gruppi bħal dawn ikkawżaw tħassib 142 .

    L-Ombudsman għandu rwol importanti fid-difiża tal-istat tad-dritt. L-Ombudsman ġie akkreditat mill-ġdid bi status “A” f’Novembru 2017 mill-Alleanza Globali tan-NU tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Global Alliance of National Human Rights Institutions, GANHRI) 143 . Il-GANHRI enfasizzat il-ħtieġa li jingħataw fondi adegwati sabiex l-Ombudsman ikun jista’ jwettaq il-mandat tiegħu b’mod effettiv. L-Ombudsman ħareġ diversi opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni ġdida, inklużi riformi li jaffettwaw il-funzjonament tal-ġudikatura, u intervjena quddiem il-qrati Pollakki u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. L-Ombudsman jintervjeni regolarment b’appoġġ għall-individwi f’kawżi ta’ ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali 144 . Attivitajiet oħra tal-Ombudsman huma ffokati fuq il-promozzjoni tal-istandards ta’ indipendenza ġudizzjarja, tal-istat tad-dritt, u tad-drittijiet fundamentali. Sa mill-2016, l-Ombudsman kien qed jaffaċċja ambjent aktar diffiċli kkaratterizzat minn baġit inadegwat (deċiż mis-Sejm 145 ), kritika mill-maġġoranza politika fil-gvern u attakki personali f’ċerti strumenti tal-media 146 .



    Anness I: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku*

    * Il-lista tal-kontributi riċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt tinsab fuq (is-sit web COM).

    Amnesty International (2019), 2019 Report on Poland. https://www.amnesty.org/en/countries/europe-and-central-asia/poland/report-poland/ .

    Batory Foundation (2018a), Eksperci krytycznie oceniają funkcjonowanie TK. https://www.batory.org.pl/informacje_prasowe/eksperci-krytycznie-oceniaja-funkcjonowanie-tk/ .

    Batory Foundation (2019), Pogłębiający się kryzys w Polsce – Kiedy w Europie umiera praworządność.  https://www.batory.org.pl/upload/files/Programy%20operacyjne/Forum%20Idei/Poglebiajacy%20sie%20kryzys%20w%20Polsce.pdf .

    Centre for Media Pluralism and Media Freedom (2020), 2020 Media pluralism monitor. https://cmpf.eui.eu/media-pluralism-monitor/mpm-2020 .

    CIVICUS, Poland Country Profile. https://monitor.civicus.org/country/poland/ .

    Civil Space Watch (2019), The 2019 Civic Space Watch. http://civicspacewatch.eu/civic-space-watch-report-2019-%E2%80%A2-success-stories-of-resistance-is-out/ .

    Tribunal Kostituzzjonali (2018), Ittra miftuħa indirizzata lill-imħallef li jeżerċita l-kariga tat-Tribunal Kostituzzjonali. https://tvn24.pl/polska/list-sedziow-trybunalu-konstytucyjnego-do-julii-przylebskiej-ra851319-2389711 .

    Tribunal Kostituzzjonali (2018), Ittra miftuħa indirizzata lill-imħallef li jeżerċita l-kariga tat-Tribunal Kostituzzjonali. https://oko.press/images/2018/12/List-Se%CC%A8dzio%CC%81w-TK_5.12.2018-r..pdf .

    Tribunal Kostituzzjonali (2018), Ittra miftuħa ffirmata minn ħames imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali. https://archiwumosiatynskiego.pl/wpis-w-debacie/list-pieciorga-sedziow-tk-w-sprawie-istotnych-problemow-wynikajacych-z-dzialalnosci-orzecznictwa-trybunalu-konstytucyjnego-w-2017-roku/ .

    Tribunal Kostituzzjonali (2019), Ittra miftuħa ta’ persuna maħtura għal kariga diġà okkupata tal-imħallef tat-TK indirizzata lill-imħallef li jeżerċita l-kariga tat-Tribunal Kostituzzjonali. https://tvn24.pl/polska/sedzia-tk-jaroslaw-wyrembak-stawia-zarzuty-prezes-julii-przylebskiej-apeluje-o-dymisje-ra986349-2299314 .

    It-Tribunal Kostituzzjonali (2019), Ittra miftuħa ffirmata minn żewġ imħallfin irtirati tat-TK.      http://monitorkonstytucyjny.eu/archiwa/11447 .

    It-Tribunal Kostituzzjonali (2020), Dikjarazzjoni miftuħa ta’ grupp ta’ eks imħallfin tat-TK.      https://wiadomosci.onet.pl/kraj/oswiadczenie-sedziow-trybunalu-konstytucyjnego-w-stanie-spoczynku/0w4enjq .

    Tribunal Kostituzzjonali, sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2016 fil-kawża K 13/16.

    Tribunal Kostituzzjonali, sentenza tal-4 ta’ Marzu 2020 fil-kawża P 22/19.

    Tribunal Kostituzzjonali, sentenza tat-25 ta’ Marzu 2019 fil-kawża K 12/18.

    Tribunal Kostituzzjonali, sentenza tal-20 ta’ April 2020 fil-kawża U 2/20.

    Tribunal Kostituzzjonali, sentenza tal-21 ta’ April 2020 fil-kawża Kpt 1/20.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Committee of Ministers, CM/Del/Dec(2018)1331/H46-19: H46-19 Bąk (ir-Rikors Nru 7870/04), Majewski (ir-Rikors Nru 52690/99), Rutkowski et al (ir-Rikors Nru 72287/10) u Jan Załuska, Marianna Rogalska u 398 rikors ieħor (ir-Rikors Nru 53491/10) vs Il-Polonja. https://search.coe.int/cm/Pages/result_details.aspx?ObjectID=09000016808fde36 .

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Committee of Ministers (2010), Recommendation CM/Rec(2010)12 of the Committee of Ministers to member states on judges: independence, efficiency and responsibilities.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Committee of Ministers (2016), Recommendation CM/Rec(2016)4 on the protection of journalism and safety of journalists and other media actors.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2016), Poland - Opinion on the Act on the Constitutional Tribunal, CDL AD(2016)026-e.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2017), Opinion on the Act on the Public Prosecutor’s office, as amended, CDL-AD(2017)028.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2017), Parameters on the Relationship between the Parliamentary Majority and the Opposition in a Democracy: Lista ta’ kontroll, CDL-AD(2017)031.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2019), Checklist of 24 June 2019, CDL-AD(2019)015.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2020), Poland - Joint Urgent Opinion of the Venice Commission and the Directorate General of Human Rights and Rule of Law (DGI) of the Council of Europe on amendments to the Law on the Common courts, the Law on the Supreme court and some other Laws, CDL-AD(2020)017.

    Il-Kunsill tal-Ewropa: Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem (2020), stqarrija tat-8 ta’ Awwissu 2020. https://twitter.com/CommissionerHR/status/1292007235447656448?s=20 .

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2020), Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2020 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 tal-Polonja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 tal-Polonja.    
    https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-8440-2020-INIT/en/pdf .

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sentenza tat-24 ta’ Ġunju 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-619/18.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sentenza tal-5 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-192/18.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sentenza tad-19 ta’ Novembru 2019, A.K., C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18;

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sentenza tas-26 ta’ Marzu 2020, Miasto Łowicz et, C‑558/18 u C‑563/18.

    DoRzeczy (2019), Sejomowa awantura o Bodnara. "Antipotski rzecznik", "biex jemt kryminał".      https://pinkosz.dorzeczy.pl/kraj/113540/sejmowa-awantura-o-bodnara-antypolski-rzecznik-to-jest-kryminal.html .

    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Information concerning the launching of Article 7(1) TEU procedure against Poland. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_17_5367 .

    Il-Kummissjoni Ewropea (2019), Information concerning the infringement launched against Poland and referred to the Court of Justice on 10 October 2020. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_19_6033 .

    Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Country Report Poland, SWD(2020) 520 final. 
    https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020SC0520&from=EN .

    Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Information concerning the infringement launched against Poland on 29 April 2020. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_20_772 .

    Il-Kummissjoni Ewropea (2020), it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE. https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/eu-justice-scoreboard_en .

    Il-Kummissjoni Ewropea (2020), the 2020 July infringement package: key decisions. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/INF_20_1212 .

    Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2020), Country Specific Information: Poland (aġġornata f’Novembru 2019). https://eige.europa.eu/gender-mainstreaming/countries/poland .

    In-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (2018), The position paper of the Board of the ENCJ on the membership of the National Council for the Judiciary of Poland. https://pgwrk-websitemedia.s3.eu-west-1.amazonaws.com/production/pwk-web-encj2017-p/News/ENCJ%20Board%20position%20paper%20on%20KRS%20Poland.pdf .

    In-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (2020), The Position Paper on the Membership of the KRS of the ENCJ setting out the reasons for its proposal to the General Assembly to expel the KRS from the Association. https://www.encj.eu/node/556 .

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar is-seduti ta’ smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija.

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja.

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja.

    Gazeta Prawna (2018), 21 osobistych instrukcji Zbigniewa Ziobry. NIE okisi to, że niformalnych nacisków w ogóle nie ma.      https://prawo.gazetaprawna.pl/artykuly/1099148,naciski-zbigniewa-ziobro-na-prokuratorow.html .

    Gazeta Wyborcza (2019), “Ministru kontroli, nacisków i ręcznego sterowania. Ministru Ziobro dzieli i rządzi w resorcie sprawiedliwości”. https://wyborcza.pl/7,75968,24473135,minister-kontroli-naciskow-i-recznego-sterowania-zbigniew.html .

    Government (2018), Government Anticorruption Programme for 2018-2020. https://cba.gov.pl/pl/antykorupc/rzadowy-program-przeciw/3409,Rzadowy-Program-Przeciwdzialania-Korupcji-na-lata-2018-2020.html .

    GRECO (2014), EU Anti Corruption Report 2014.

    GRECO (2012), Third evaluation round – evaluation report on Poland on “Incriminations”, “Transparency of Party Funding” – Evaluation report.

    GRECO (2013), Fourth evaluation round – evaluation report on Poland on corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.

    GRECO (2019), Fourth evaluation round – second addendum to the second compliance report including follow-up to the addendum to the evaluation report (Rule 34) on Poland.

    GRECO (2019), Fifth evaluation round – evaluation report on Poland on preventing corruption and promoting integrity in central governments (top executive functions) and law enforcement agencies.

    Helsinki Foundation for Human Rights (2017), Smear campaign against courts continues. https://www.hfhr.pl/en/smear-campaign-against-courts-continues-hfhr-issues-statement/ .

    Helsinki Foundation for Human Rights (2018), Report on Activities of the Constitutional Tribunal in 2017. https://www.hfhr.pl/trybunal2017 .

    Helsinki Foundation for Human Rights (2020), Report, The Time of Trial. How do changes in justice system affect Polish judges?. https://www.hfhr.pl/en/hfhrs-report-the-time-of-trial-how-do-changes-in-justice-system-affect-polish-judges/ .

    Iustitia (2020), stqarrija tad-9 ta’ Mejju 2020. https://www.iustitia.pl/83-komunikaty-i-oswiadczenia/3830-rekomendacje-ssp-iustitia-dotyczace-funkcjonowania-sadow-podczas-pandemii-koronawirusa .

    Lex Super Omnia (2020), ittra miftuħa indirizzata lill-Prim Ministru fit-3 ta’ Ġunju 2020. http://lexso.org.pl/2020/06/10/list-otwarty-do-pana-mateusza-morawieckiego-prezesa-rady-ministrow/ .

    Lex Super Omnia (2020), Riżoluzzjoni tas-26 ta’ April 2020. http://lexso.org.pl/2020/04/26/uchwala-zarzadu-stowarzyszenia-prokuratorow-lex-super-omnia-z-dnia-26-kwietnia-2020-roku-w-sprawie-obrony-niezaleznosci-prokuratorskiej/ .

    Il-Ministeru tal-Ambjent u l-Ministeru tal-Ġustizzja, stqarrija għall-istampa tas-7 ta’ Awwissu 2020. https://www.gov.pl/web/srodowisko/nowe-prawo-wzmocni--przejrzystosc-finansowania-organizacji-pozarzadowych .

    OECD (2015) Poland: Follow up to the Phase 3 Report and Recommendations. https://www.oecd.org/daf/anti-bribery/Poland-Phase-3-Written-Follow-Up-Report-ENG.pdf .

    Ombudsman (2018), Stqarrija ppreżentata lill-Ministeru tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ottubru 2018. https://www.rpo.gov.pl/pl/content/ms-%E2%80%9Ezamrozilo%E2%80%9D-etaty-s%C4%99dziowskie-procesy-przed%C5%82uzaja-sie-kolejne-wyst%C4%85pienie-rpo-do-zbigniewa-ziobry .

    Ombudsman (2019), Komunikat dwar il-każ tal-prosekutur Krasoń u s-sekondar tiegħu mwettaq mingħajr il-kunsens tiegħu. https://www.rpo.gov.pl/pl/content/rpo-pyta-o-uzasadnienie-naglego-przeniesienia-prokuratora-krasonia .

    Ombudsman (2019), Komunikat dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-regoli tal-Qorti Amministrattiva Suprema dwar id-divulgazzjoni tal-lista ta’ mħallfin li jappoġġaw kandidati mħallfin għall-NCJ. https://www.rpo.gov.pl/pl/content/rpo-dlaczego-kancelaria-sejmu-nie-wykonuje-wyroku-nsa-ws-list-poparcia-do-krs .

    Ombudsman (2019), Talba għar-rikuża ta’ mħallef tat-Tribunal Kostituzzjonali.      https://www.rpo.gov.pl/pl/content/rpo-mozna-wnosic-o-wylaczenie-sedziego-z-powodu-jego-wadliwego-powolania .

    Ombudsman (2020), Komunikat dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-13 ta’ Diċembru 2016. https://www.rpo.gov.pl/pl/content/rpo-krrit-nie-upomina-sie-o-wykonanie-wyroku-tk-z-2016-ws-malej-ustawy-medialnej .

    Ombudsman (2020), Informazzjoni dwar l-Attivitajiet tal-Ombudsman fl-2019.      https://www.rpo.gov.pl/pl/content/informacja-roczna-rpo-2019 .

    Ombudsman (2020), Ittra lill-Ministeru tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2020.      https://www.rpo.gov.pl/pl/content/koronawirus-rpo-elektronizacja-wymiaru-sprawiedliwosci-niezbedna .

    Ombudsman (2020), Ittra miftuħa lill-President tar-Repubblika u lill-Ewwel President tal-Qorti Suprema. https://www.rpo.gov.pl/pl/content/rpo-do-premiera-i-sn-ws-kontyunowania-dzialan-izby-dysycyplinarnej-mimo-decyzji-tsue .

    Ombudsman (2020), Opinjoni tat-7 ta’ Jannar 2020 dwar il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-qrati ordinarji u ċerti liġijiet oħra.

    Ombudsman (2020), dikjarazzjoni tat-8 ta’ Jannar 2020 dwar is-sitwazzjoni tal-NGOs fil-Polonja. https://www.rpo.gov.pl/pl/content/rpo-o-wyzwaniach-dla-ngos .

    Onet.pl (2019), Onet’s investigation. A farm of trolls in the Ministry of Justice, that is ‘we will not put you down for doing good.    
    https://wiadomosci.onet.pl/tylko-w-onecie/sledztwo-onetu-farma-trolli-w-ministerstwie-sprawiedliwosci-czyli-za-czynienie-dobra/j6hwp7f .

    OSCE-ODIHR (2020) Urgent Interim Opinion JUD-POL/365/2019 [AlC].

    L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (2020), Report on the Functioning of Democratic Institutions in Poland of 6 January 2020. http://assembly.coe.int/nw/xml/XRef/Xref-DocDetails-EN.asp?FileID=28330&lang=EN .

    Prawo.pl (2019), Wakaty uderzają w sądy…szczególnie w okręgowe. https://www.prawo.pl/prawnicy-sady/wakaty-w-sadach-dane-ms-za-2016-2018-r,494093.html .

    Prawo.pl (2019), Finansowe zachęty mają motywować do korzystaania z mediacji. https://www.prawo.pl/prawnicy-sady/mediacja-ministerstwo-sprawiedliwosci-pracuje-nad-zmianami,496489.html .

    Il-President tar-Repubblika (2018), komunikat uffiċjali. https://www.prezydent.pl/kancelaria/aktywnosc-ministrow/art,1410,mucha-nsa-nie-jest-wlasciwy-doingerowania- .

    Press.pl (2019), CBOS: Dla większości badenych MEDIA nie są bzstronne, najzej zywada TVP. https://www.press.pl/tresc/57412,cbos_-dla-wiekszosci-badanych-media-nie-sa-bezstronne_-najgorzej-wypada-tvp .

    Reporters Without Borders, World Press Freedom Index. https://rsf.org/en/ranking .

    Reuters (2019), Poland to propose limits on foreign media soon, Kaczynski says. https://www.reuters.com/article/us-poland-media/poland-to-propose-limits-on-foreign-media-soon-kaczynski-says-idUSKCN24K0O1 .

    Sejm (2016), Komunikat uffiċjali tas-Sejm ippubblikat fis-7 ta’ Lulju 2016.      http://www.sejm.gov.pl/Sejm8.nsf/komunikat.xsp?documentId=D49AF4B1166B6550C1257FE100489A92 .

    Il-Qorti Suprema (2019), l-opinjoni tal-Qorti Suprema tas-16 ta’ Diċembru 2019 u tat-23 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-qrati ordinarji u ċerti liġijiet oħra.

    Il-Qorti Suprema (2020), riżoluzzjoni konġunta tat-tliet Kmamar tal-Qorti Suprema tat-23 ta’ Jannar 2020. http://www.sn.pl/aktualnosci/SitePages/Wydarzenia.aspx?ItemSID=602-0dc69815-3ade-42fa-bbb8-549c3c6969c5&ListName=Wydarzenia .

    Il-Qorti Suprema (2020), Ittra tal-Ewwel President “interim” tal-Qorti Suprema li tippreżenta ħames kandidati lill-President tar-Repubblika.      http://www.sn.pl/aktualnosci/SiteAssets/Lists/Wydarzenia/AllItems/Pismo%20do%20Prezydenta%20RP%20-%20lista%20kandydat%C3%B3w%20na%20stanowisko%20Pierwszego%20Prezesa%20SN.pdf .

    Il-Qorti Suprema (2020), Dikjarazzjoni ta’ 50 Imħallef tal-Qorti Suprema maħtura għall-Qorti qabel ir-riforma tal-ġustizzja. http://www.sn.pl/aktualnosci/SitePages/Wydarzenia.aspx?ItemSID=666-0dc69815-3ade-42fa-bbb8-549c3c6969c5&ListName=Wydarzenia .

    Il-Qorti Suprema (2020), Stqarrija tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema ppreżentata fil-kuntest ta’ kawża li tikkontesta l-kostituzzjonalità ta’ riżoluzzjoni tal-Qorti Suprema tat-23 ta’ Jannar 2020, li timplimenta s-sentenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża AK C-585/18. https://ipo.trybunal.gov.pl/ipo/dok?dok=F880008732%2FKpt_1_20_SN_2020_02_28_ADO.pdf .

    Il-Qorti Suprema (2020), Stqarrija tal-President tal-Kamra Dixxiplinarja tal-Qorti Suprema wara l-ordni ta’ miżuri interim. http://www.sn.pl/aktualnosci/SitePages/Wydarzenia.aspx?ItemSID=625-0dc69815-3ade-42fa-bbb8-549c3c6969c5&ListName=Wydarzenia .

    Il-Qorti Suprema, sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża III PO 7/18.

    Qorti Suprema, sentenza tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża III PO 8/18.

    Qorti Suprema, sentenza tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża III PO 9/18.

    Qorti Suprema, sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża I KZP 1/20.

    Il-Kamra tal-Avukati, riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati Nazzjonali tal-15 ta’ Ġunju 2019 (Nru 61/2019).

    Il-Kamra tal-Avukati, riżoluzzjoni tal-Presidju tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati Nazzjonali tat-12 ta’ Marzu 2020 (Nru 155/20) b’appendiċi.

    L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (2017), Report of Special Rapporteur on the independence of judges and lawyers on his mission to Poland. https://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/G18/084/27/PDF/G1808427.pdf?OpenElement .

    Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (2015), Implementation Review Group (cycle 1).

    Żjara virtwali fil-Polonja fil-kuntest tar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.

    Wirtualne Media (2020), Lichocka: jesienią Sejm zajmie się dekoncentracją mediów. Czarnecki: Trzeba będzie odkupywać je od Niemców. https://www.wirtualnemedia.pl/artykul/lichocka-jesienia-sejm-zajmie-sie-dekoncentracja-mediow-czarnecki-trzeba-bedzie-odkupywac-je-od-niemcow .

    Wprost (2019), Krytyka TVP po material o synu Bodnara. ”14-latek groził nożem rówieśnikom”. https://www.wprost.pl/kraj/10227621/krytyka-tvp-po-materiale-o-synu-bodnara-14-latek-grozil-nozem-rowiesnikom.html .



    Anness II: Żjara tal-pajjiż fil-Polonja

    Is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali f’Ġunju u Lulju 2020 ma’:

    ·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti (Towarzystwa Dziennikarskiego)

    ·L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Pollakki (Stowarzyszenie Dziennikarzy Polskich)

    ·L-assoċjazzjonijiet tal-Imħallfin “Iustitia” u “Themis”

    ·L-Assoċjazzjoni tal-Istazzjonijiet tat-TV Pollakki Lokali u Reġjonali

    ·L-assoċjazzjoni tal-Prosekuturi “Lex Super Omnia”

    ·Batory Foundation;

    ·Il-Kamra tal-Edituri tal-Istampa

    ·Civil Development Forum

    ·It-Tribunal Kostituzzjonali

    ·Free Courts

    ·Helsinki Foundation of Human Rights

    ·Jagiellonian Club

    ·L-Assoċjazzjoni tal-Gazzetti Lokali

    ·Il-Ministeru tal-Ġustizzja

    ·Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura

    ·Il-Kunsill Nazzjonali għax-Xandir bit-Televiżjoni u bir-Radju

    ·Il-Kunsill Nazzjonali tal-Media

    ·L-Uffiċċju tal-Ombudsman

    ·L-Assoċjazzjoni Pollakka tal-Media

    ·Il-Qorti Amministrattiva Suprema

    ·Il-Qorti Suprema

    * Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:

    ·Amnesty International

    ·Civil Liberties Union for Europe

    ·Civil Society Europe

    ·Conference of European Churches

    ·EuroCommerce

    ·European Center for Not-for-Profit Law

    ·European Centre for Press and Media Freedom

    ·European Civic Forum

    ·Free Press Unlimited

    ·Front Line Defenders

    ·ILGA-Europe

    ·International Commission of Jurists

    ·International Federation for Human Rights

    ·International Press Institute

    ·Lifelong learning Platform

    ·Open Society Justice Initiative/Open Society European Policy Institute

    ·Reporters without Borders

    ·Transparency International EU

    (1)      Il-Qorti Suprema tissorvelja wkoll il-qrati militari.
    (2)      Il-Kummissjoni IP/17/5367.
    (3)      Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar is-seduti ta’ smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija; ir-Riżoluzzjoni tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja; ir-Riżoluzzjoni tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja.
    (4)      F’żewġ kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ksur (C-192/18 u C-619/18). C-719/19 għadha pendenti, filwaqt li fid-29 ta’ April 2020 tnediet ir-raba’ proċedura.
    (5)      Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2020 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Polonja tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Polonja tal-2020, p. 15 (ĠU C 282/21); ara wkoll Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport tal-Pajjiż għall-Polonja 2020, SWD(2020) 520 final, p. 6 u 36.
    (6)      Il-Figuri 44-47, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020. Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa kkategorizzat kif ġej: indipendenza ġudizzjarja perċepita baxxa ħafna (anqas minn 30 % tar-rispondenti jipperċepixxu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxxa (bejn 30 %-39 %), medja (bejn 40 %-59 %), għolja (bejn 60 %-75 %), għolja ħafna (aktar minn 75 %).
    (7)      Il-Figuri 45 u 47, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020.
    (8)      Dawn kienu jinkludu uffiċjali mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Ġie rrapportat li kienu involuti ċerti membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li kien għadu kif twaqqaf. Cf. Onet.pl (2019) “Onet’s investigation. The farm of trolls in the Ministry of Justice, that is ‘we will not put you down for doing good’”. Dikjarazzjonijiet tal-PACE (2020), il-paragrafu 11; Skont l-NGOs, kampanji ta’ malafama kontra l-imħallfin diġà kienu bdew fl-2017 (Rapport tal-2017 tal-Helsinki Foundation for Human Rights; Ir-rapport tal-2019 ta’ Amnesty International).
    (9)      Filwaqt li rriżenja deputat Ministru tal-Ġustizzja allegatament involut fil-kampanja, oħrajn ċaħdu l-allegazzjonijiet. Ara rapport tal-assoċjazzjoni tal-imħallfin Iustitia tal-4 ta’ Novembru 2019 (Iustitia Quarterly 3(37)2019). Dikjarazzjoni tal-20 ta’ Awwissu 2019 tal-Helsinki Foundation of Human Rights.
    (10)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-619/18; u tal-5 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-192/18.
    (11)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-619/18. Diġà kienet ġiet adottata emenda leġiżlattiva mill-awtoritajiet Pollakki sabiex jitneħħew id-dispożizzjonijiet inkwistjoni.
    (12)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-192/18. Diġà kienet ġiet adottata emenda leġiżlattiva mill-awtoritajiet Pollakki sabiex titneħħa d-differenza fl-età obbligatorja tal-irtirar tal-imħallfin irġiel u nisa, u nbidlet is-sistema ta’ estensjoni tas-servizz attiv tal-imħallfin tal-qrati ordinarji (ara aktar ’il quddiem).
    (13)      Ara diġà s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Novembru 2019, A.K., C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18; u s-sentenza tas-26 ta’ Marzu 2020, Miasto Łowicz et al, C-558/18 u C-563/18, fejn il-Qorti ddikjarat dawn iż-żewġ talbiet inammissibbli.
    (14)      Ara l-paragrafi 92-113 tal-Proposta Motivata għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM/2017/0835 final - 2017/0360 (NLE)). Saru wkoll mistoqsijiet dwar il-kompożizzjoni tat-Tribunal quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; Il-Kawża Xero Flor vs Il-Polonja (Nru 4907/18) ikkomunikata fit-2 ta’ Settembru 2019.
    (15)      L-informazzjoni tal-Ombudsman dwar l-attivitajiet tal-uffiċċju tiegħu fl-2019; It-talba tal-Ombudsman tat-22 ta’ Novembru 19 għar-rikuża ta’ mħallef tat-Tribunal Kostituzzjonali; Id-dikjarazzjoni tal-Qorti Suprema tat-28 ta’ Frar 2020.
    (16)      L-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja CDL-AD(2020)017; CDL-AD(2017)031; CDL AD(2016)026.
    (17)      F’ittri miftuħa, l-imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali esprimew tħassib dwar il-funzjonament tat-Tribunal billi allegaw b’mod partikolari mmaniġġjar ħażin tal-kawżi mill-President tiegħu u rikompożizzjoni illegali tas-sedji tas-seduti li kienu diġà ntgħażlu minn qabel (ara l-indiċi għar-referenzi); Ir-Rapport tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali dwar l-indipendenza tal-imħallfin u tal-avukati fil-missjoni tiegħu fil-Polonja; Id-dikjarazzjoni tal-2018 tal-fondazzjoni Batory; Ir-rapport tal-2018 tal-Helsinki Foundation.
    (18)      Il-kawża kienet tirrigwarda l-kostituzzjonalità tar-riżoluzzjoni tal-Qorti Suprema tat-23 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħatriet ġudizzjarji li fiha l-Qorti Suprema indikat li kienet qed timplimenta s-sentenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża C-585/18. Il-Prim Ministru ppreżenta talba fl-24 ta’ Frar 2020 u d-deċiżjoni ngħatat fl-20 ta’ April 2020 (il-Kawża U 2/20).
    (19)      Il-kawża kienet tikkonċerna l-possibbiltà li l-Qorti Suprema toħroġ ir-riżoluzzjoni tat-23 ta’ Jannar 2020. Il-Marixxal tas-Sejm ippreżenta, b’mod preventiv, talba fit-22 ta’ Jannar 2020 u d-deċiżjoni ngħatat fil-21 ta’ April 2020 (il-Kawża Kpt 1/20).
    (20)      Il-kawża dwar il-kostituzzjonalità tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura ġiet ippreżentata fis-27 ta’ Novembru 2018 u t-Tribunal Kostituzzjonali qata’ s-sentenza fil-25 ta’ Marzu 2019 (il-Kawża K 12/18).
    (21)      L-Awla Dixxiplinarja rreferiet għal mistoqsija lit-Tribunal Kostituzzjonali fit-13 ta’ Diċembru 2019 dwar il-possibbiltà ta’ rikuża ta’ mħallef maħtur b’talba mill-NCJ fil-kompożizzjoni l-ġdida tagħha u fl-4 ta’ Marzu 2020 inqatgħet sentenza (il-Kawża P 22/19).
    (22)      Ara l-Kawżi K 7/18 u f’I DO 16/19, bħalissa pendenti.
    (23)      Skont il-Kostituzzjoni, l-NCJ jikkonsisti f’membri ex officio (l-Ewwel President tal-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema u rappreżentant tal-President tar-Repubblika) u f’membri magħżula (erba’ membri magħżula mis-Sejm minn fost id-deputati tiegħu, żewġ membru magħżula mis-Senat minn fost is-senaturi, u 15-il imħallef magħżula minn fost l-imħallfin). Il-mandat tal-membri magħżula huwa ta’ erba’ snin.
    (24)      Ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tirrakkomanda li, fejn ikun twaqqaf kunsill għall-ġudikatura, “mhux anqas minn nofs il-membri jenħtieġ li jkunu mħallfin magħżula mill-pari tagħhom mil-livelli kollha tal-ġudikatura u b’rispett għall-pluraliżmu fil-ġudikatura” (ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec (2010) 12 tal-Kumitat tal-Ministri, il-paragrafu 27).
    (25)      Ara l-paragrafu 137-145 tal-Proposta Motivata. Tħassib simili tqajjem ukoll mill-Kummissjoni ta’ Venezja (l-opinjoni (CDL-AD(2017)031) u mill-GRECO fit-2019 Second Addendum to the Second Compliance Report, il-paragrafu 65. Kawżi li jikkonċernaw it-tneħħija prematura tal-imħallfin membri preċedenti tal-NCJ u l-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem: ir-Rikorsi 39650/18 Żurek vs Il-Polonja (ikkomunikata fl-14 ta’ Mejju 2020), 43572/18 Grzęda vs Il-Polonja (ikkomunikata fid-9 ta’ Lulju 2019), 43447/19, 49868/19 u 57511/19 Reczkowicz u tnejn Oħrajn vs Il-Polonja (ikkomunikata fil-5 ta’ Ġunju 2020).
    (26)      Is-sentenza tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża K 12/18.
    (27)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Novembru 2019, A.K., C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, il-paragrafu 137-145. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll li “il-qorti tar-rinviju se jkollha tevalwa, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet jew l-għanijiet speċifiċi li jistgħu jiġu allegati quddiemha bħala tentattiv ta’ ġustifikazzjoni għal uħud mill-miżuri kkonċernati, jekk il-kombinazzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafi minn 143 sa 151 ta’ din is-sentenza u tal-fatti rilevanti l-oħra kollha li jkunu debitament stabbiliti u li se jitressqu għall-għarfien tagħha hijiex ta’ natura li toħloq dubji leġittimi, f’moħħ l-individwi, dwar l-impermeabbiltà tal-Awla Dixxiplinarja fil-konfront ta’ elementi esterni, u, b’mod partikolari, ta’ influwenzi diretti jew indiretti mill-poter leġiżlattiv u mill-poter eżekuttiv, u dwar in-newtralità tagħha fil-konfront tal-interessi li jkunu inkwistjoni u, għalhekk, jekk tistax twassal għal assenza ta’ dehra ta’ indipendenza jew ta’ imparzjalità tal-imsemmija istanza li tkun ta’ natura li tippreġudika l-fiduċja li l-ġustizzja għandha tispira fl-imsemmija individwi f’soċjetà demokratika” (il-paragrafu 153).
    (28)      Ir-riżoluzzjoni ta’ tliet Awli konġunti tal-Qorti Suprema tat-23 ta’ Jannar 2020; din ir-riżoluzzjoni hija vinkolanti fuq il-Qorti Suprema.
    (29)      Diġà fl-2018, in-Network Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura ssospenda s-sħubija tal-NCJ minħabba t-tħassib dwar l-indipendenza tiegħu u fis-27 ta’ Mejju 2020, il-Bord tan-network ippropona t-tkeċċija tal-NCJ.
    (30)      Is-sentenzi tal-20 ta’ April 2020 fil-Kawża U 2/20 u tal-21 ta’ April 2020 fil-Kawża Kpt 1/20.
    (31)      Pereż. deċiżjoni tal-Awla Kriminali tal-25 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża I KZP 1/20.
    (32)      Fl-4 ta’ Mejju 2020, il-President tar-Repubblika għamel sitt ħatriet fil-Qorti Suprema (inklużi tliet membri tal-Awla Dixxiplinarja). Fis-27 ta’ Mejju 2020, il-President tar-Repubblika ħatar 77 imħallef ġdid fil-livelli kollha tal-ġudikatura ordinarja u amministrattiva.
    (33)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Novembru 2019, A.K., C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18.
    (34)      B’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti Suprema tal-5 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża III PO 7/18, u żewġ sentenzi tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Kawżi III PO 8/18 u III PO 9/18.
    (35)      Din is-setgħa tinkludi l-eżaminar ta’ mozzjonijiet għar-rikuża ta’ mħallfin minn kawżi fid-dawl ta’ dubji dwar l-indipendenza jew l-imparzjalità tagħhom. Deċiżjonijiet bħal dawn huma de facto immunizzati milli jinbidlu minn Awli oħra tal-Qorti Suprema. Dan kien ikkritikat b’mod espliċitu mill-Kummissjoni ta’ Venezja (l-opinjoni CDL-AD(2020)017), fil-paragrafu 40, li fakkret li dawn il-mozzjonijiet, ibbażati fuq l-involviment tal-NCJ li għadu kif twaqqaf fil-proċedura ta’ ħatra ġudizzjarja, jiġu deċiżi minn imħallfin maħtura bl-istess mod.
    (36)      F’dawn il-proċediment ta’ ksur, il-Kummissjoni tqis li din il-liġi tipprevjeni lill-qrati Pollakki milli jissodisfaw l-obbligu tagħhom li japplikaw id-dritt tal-UE jew milli jitolbu deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
    (37)      Ara l-Kummissjoni ta’ Venezja (l-opinjoni CDL-AD(2020)17; OSKE-ODIHR (l-Opinjoni Interim Urġenti JUD-POL/365/2019[AlC]); L-opinjoni tal-Ombudsman tas-7 ta’ Jannar 2020; l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema tas-16 u tat-23 ta’ Diċembru 2019. Jenħtieġ li jiġi nnutat li kawżi li jikkonċernaw l-indipendenza taż-żewġ Awli l-ġodda tressqu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ara r-Rikorsi Nru 43447/19, 49868/19 u Nru 57511/19 Reczkowicz u tnejn Oħra vs il-Polonja (ikkomunikati fil-5 ta’ Ġunju 2020).
    (38)      Il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u ċerti liġijiet oħra. Dan it-tibdil ġie kkritikat ukoll mill-Kummissjoni ta’ Venezja fl-Opinjoni tagħha tas-16 ta’ Jannar 2020 (CDL-AD(2020)017), il-paragrafu 51-55.
    (39)      Il-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 tipprevedi proċedura ta’ għażla bi tliet livelli, li tagħti lill-President tar-Repubblika d-dritt li jinvalida proċedura ta’ selezzjoni jekk titqies li tikser il-liġi (mingħajr ma tistabbilixxi l-ebda kriterju f’dak ir-rigward). Jekk l-ebda kandidat ma jkun intgħażel mill-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema wara l-iskadenza tal-mandat tal-Ewwel President tas-seduta, il-President tar-Repubblika jista’ jaħtar persuna fost l-imħallfin tal-Qorti Suprema bħala l-Ewwel President interim, li għandu jlaqqa’ mill-ġdid l-Assemblea Ġenerali sabiex jiġi żgurat li l-President tar-Repubblika jinnomina kandidat għall-kariga tal-Ewwel President.
    (40)      Il-liġi żiedet il-kworum fl-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema meħtieġa għall-għażla ta’ ħames kandidati għall-kariga tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema: fl-ewwel stadju, 84 imħallef tal-Qorti Suprema jeħtieġ li jipparteċipaw fl-Assemblea. Jekk dan in-numru ma jintlaħaqx, jeħtieġ li jkunu preżenti 75 imħallef. Jekk għal darba oħra, in-numru ta’ mħallfin ma jintlaħaqx, l-Assemblea li jmiss magħmula minn tal-anqas 32 imħallef tal-Qorti Suprema tkun tista’ tagħżel ħames kandidati.
    (41)      Din ir-riżoluzzjoni ġiet ikkontestata mit-Tribunal Kostituzzjonali (ara l-paragrafu dwar l-NCJ aktar ’il fuq).
    (42)      F’dikjarazzjoni tat-23 ta’ Mejju 2020, il-maġġoranza (50) tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, maħtura għall-Qorti qabel ir-riforma fil-ġustizzja, ikkritikat il-proċedura bħala antikostituzzjonali.
    (43)      Ara l-paragrafu dwar l-NCJ aktar ’il fuq.
    (44)      Il-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-Qorti Suprema li daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ April 2018. Għal ħarsa ġenerali lejn ir-reġim dixxiplinarju l-ġdid, ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2019 IP/19/6033.
    (45)      Ara l-paragrafu dwar l-NCJ aktar ’il fuq.
    (46)      Il-Kawża C-791/19 (pendenti). Reġim dixxiplinarju jista’ jintuża bħala sistema ta’ kontroll politiku tal-kontenut ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji bi ksur tar-rekwiżiti tal-indipendenza ġudizzjarja kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara l-Kawża C-216/18 PPU, LM, il-25 ta’ Lulju 2018, il-paragrafu 67).
    (47)      Fl-2019, ittieħdet azzjoni kontra l-imħallfin li, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2019, ħolqu dubji pubblikament dwar il-leġittimità tal-NCJ u l-validità tal-ħatriet ġudizzjarji mwettqa wara talba tiegħu. Għal ħarsa ġenerali lejn l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti dixxiplinarji pendenti, ara pereż. ir-rapport tal-Helsinki Foundation for Human Rights “The Time of Trial. How do changes in justice system affect Polish judges?’ tal-24 ta’ Lulju 2019; id-dikjarazzjoni tal-2019 tal-Batory Foundation “Pogłębiający się kryzys w Polsce. – Kiedy w Europie umiera praworządność”.
    (48)      Digriet tal-Awla Manja tat-8 ta’ April 2020 fil-Kawża C-791/19 R. Minħabba l-implimentazzjoni tad-digriet, fil-5 ta’ Mejju 2020, l-Ewwel President interim tal-Qorti Suprema adotta r-Regolament Nru 55/2020 u l-President tal-Awla Dixxiplinarja adotta r-Regolament Nru 21/2020.
    (49)      Il-kwistjoni tiffoka fuq il-valutazzjoni tal-konformità mal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ Stat Membru li jimplimenta miżuri interim mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sistema u l-funzjonament tal-korpi ġudizzjarji kostituzzjonali (ref tal-fajl Nru P7/20).
    (50)      L-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2020, IP/20/772.
    (51)      Pereż. fis-17 ta’ Frar 2020, il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Karlsruhe ssospendiet l-eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew li jikkonċerna ċittadin Pollakk, filwaqt li ħolqot tħassib dwar il-possibbiltà li jiġi żgurat id-dritt tiegħu ta’ proċess ġust. Ara: OLG Karlsruhe, id-Digriet tas-17 ta’ Frar 2020 – Aktenzeichen Ausl 301 AR 156/19. Fil-31 ta’ Lulju 2020, il-Qorti ta’ Amsterdam għamlet talba għal deċiżjoni preliminari fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ kontra ċittadin Pollakk fejn talbet kjarifiki dwar l-obbligi tagħha skont id-dritt tal-UE fid-dawl tal-bidliet reċenti fis-sistema ġudizzjarja Pollakka. Ara: Rechtbank Amsterdam, id-Digriet tal-31 ta’ Lulju 2020 – ECLI:NL:RBAMS:2020:3776 u l-Kawża C-354/20 PPU.
    (52)      L-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2020, IP/20/772.
    (53)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-192/18.
    (54)      Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni IP/20/772.
    (55)      Ara l-Kummissjoni ta’ Venezja (l-opinjoni CDL-AD(2020)017); OSKE-ODIHR (l-Opinjoni Interim Urġenti JUD-POL/365/2019[AlC]); L-opinjoni tal-Ombudsman tas-7 ta’ Jannar 2020; l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema tas-16 u tat-23 ta’ Diċembru 2019.
    (56)      Minn Awwissu 2017 sa Frar 2018, il-Ministru tal-Ġustizzja kellu s-setgħa diskrezzjonali li jneħħi u jaħtar il-presidenti tal-qrati ordinarji kollha; ara l-paragrafu 151-162 tal-Proposta Motivata.
    (57)      Ir-Rikorsi Nru 26691/18 Broda vs Il-Polonja u Nru 27367/18 Bojara vs Il-Polonja (ikkomunikati fit-2 ta’ Settembru 2019).
    (58)      L-istruzzjonijiet jintużaw f’każijiet politikament sensittivi li fihom il-prosekuturi jsiru soġġetti għal proċedimenti dixxiplinarji; ara r-riżoluzzjoni tas-26 ta’ April 2020 tal-Assoċjazzjoni Lex Super Omnia. Barra minn hekk, il-media ddikjarat li numru ta’ struzzjonijiet individwali ma ġiex irrapportat jew irreġistrat bil-miktub f’każijiet sensittivi (ara Gazeta Prawna “21 osobistych instrukcji Zbigniewa Ziobry dla prokuratorów. Nie oznacza to, że nieformalnych nacisków w ogóle nie ma.” tal-2018; Gazeta Wyborcza “Minister kontroli, nacisków i ręcznego sterowania. Zbigniew Ziobro dzieli i rządzi w resorcie sprawiedliwości.” tal-2019).
    (59)      Pereż. investigazzjoni li tikkonċerna l-Kummissjoni ta’ Sorveljanza Finanzjarja. Ara wkoll in-nota f’qiegħ il-paġna aktar ’il fuq.
    (60)      Il-Kummissjoni ta’ Venezja (l-opinjoni CDL-AD(2017)028); ara wkoll id-dikjarazzjonijiet tas-26 ta’ April u tat-3 ta’ Ġunju 2020 tal-Assoċjazzjoni tal-Prosekuturi Lex Super Omnia.
    (61)      Il-komunikat tal-Ombudsman Pollakk rigward il-każ tal-prosekutur Krasoń tal-2019.
    (62)      Il-Figura 33, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020.
    (63)      Id-dikjarazzjoni tal-Ombudsman tal-Polonja tad-9 ta’ Ottubru 2018 ippreżentata lill-Ministeru tal-Ġustizzja.
    (64)      Prawo.pl “Wakaty uderzają w sądy…najbardziej okręgowe” tal-2019.
    (65)      Il-Figura 22, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020.
    (66)      Fil-preżent jeżistu l-possibbiltajiet li ġejjin: il-kumpilazzjoni ta’ xhieda bl-użu ta’ apparati tekniċi li jippermettu li din l-attività titwettaq mill-bogħod; li jerġgħu jintwerew u jinstemgħu mill-ġdid il-video u l-ħoss irrekordjati waqt is-seduta; it-tħejjija tal-minuti ta’ seduta jew sessjoni tal-qorti bl-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni awdjo jew video; il-kondiviżjoni tal-kontenut tal-minuti u l-ittri f’forma elettronika permezz tas-sistema tal-ICT li tappoġġa l-proċedimenti tal-qorti jew sistema oħra ta’ teleinformazzjoni użata biex tagħmilhom disponibbli u l-possibbiltà għall-partijiet u l-parteċipanti tal-proċedimenti li jiksbu ħoss jew immaġni u ħoss irreġistrati mill-fajls tal-kawżi; l-ammissjoni ta’ evidenza elettronika; proċedimenti elettroniċi tat-tip “writ-of-payment”; u t-twettiq ta’ konsenji permezz tas-sistema tal-ICT.
    (67)      Id-dikjarazzjoni tad-9 ta’ Mejju 2020 tal-assoċjazzjoni tal-imħallfin “Iustitia”.
    (68)      L-ittra tal-Ombudsman tad-9 ta’ Ġunju 2020 ippreżentata lill-Ministeru tal-Ġustizzja.
    (69)      Ir-riżoluzzjoni tal-Kamra tal-Avukati (2020) tat-12 ta’ Marzu 2020 (Nru 155/20) bl-appendiċi.
    (70)      Prawo.pl (2019) “Finansowe zachęty mają motywować do korzystania z mediacji.”. Il-Polonja qed torganizza wkoll firxa wiesgħa ta’ attivitajiet biex tinkoraġġixxi l-użu tal-medjazzjoni (il-Figura 20, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2020).
    (71)      Ir-riżoluzzjoni Nru 61/2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Avukatura. B’mod partikolari, il-Kunsill Nazzjonali tal-Avukatura jisħaq li l-emendi jintroduċu formaliżmu eċċessiv tal-proċedura.
    (72)      Il-Figuri 3, 7, 11 u 14, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020. L-għadd ta’ kawżi kontenzjużi ċivili u kummerċjali li deħlin baqa’ għoli f’dawn l-aħħar snin (il-Figura 3, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2020). Minkejja żieda ta’ kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn pendenti fl-ewwel istanza meta mqabbla mal-2012, ir-rata ta’ approvazzjoni tagħhom ma naqsitx b’mod sinifikanti fl-2018 (il-Figuri 10 u 13, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2020).
    (73)      Il-Kunsill tal-Ewropa CM/Del/Dec(2018)1331/H46-19: H46-19 Bąk (ir-Rikors Nru 7870/04), Majewski (ir-Rikors Nru 52690/99), Rutkowski et al (ir-Rikors Nru 72287/10) u Jan Załuska, Marianna Rogalska u 398 rikors ieħor (ir-Rikors Nru 53491/10) vs Il-Polonja.
    (74)      Il-Figuri 8, 9 u 12, It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020.
    (75)      Transparency International (2020), Corruption Perceptions Index 2019.
    (76)      Ewrobarometru Speċjali 502 (2020).
    (77)      Ewrobarometru Flash 482 (2019).
    (78)      GRECO EU Anti Corruption Report 2014; GRECO Third Evaluation Round, Evaluation report, ir-Rakkomandazzjoni iii.
    (79)      Il-liġijiet rilevanti jinkludu: il-Liġi tal-21 ta’ Awwissu 1997 dwar ir-Restrizzjoni tal-Attività Kummerċjali minn Persuni li Jwettqu Dmirijiet Pubbliċi; il-Liġi tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni Pubblika; il-Liġi tas-7 ta’ Lulju 2005 dwar l-Attività tal-Lobbying fil-Proċess ta’ Tfassil tal-Liġijiet; u l-Liġi tal-21 ta’ Awwissu 1997 dwar ir-Restrizzjoni tal-Attività Kummerċjali minn Persuni li Jwettqu Dmirijiet Pubbliċi.
    (80)      Dawn jinkludu l-Liġi dwar is-Servizz Ċiviku tal-21 ta’ Novembru 2008, il-Liġi dwar l-impjegati tal-uffiċċji tal-Gvern tas-16 ta’ Settembru 1982 u l-Liġi dwar l-akkwist pubbliku tad-29 ta’ Jannar 2004.
    (81)      GRECO Fifth Evaluation Round– Evaluation report.
    (82)      GRECO The Second Addendum to the Second Compliance Report, il-paragrafu 27.
    (83)      Il-Liġi tat-13 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Kodiċi Kriminali u ċerti liġijiet oħra, intbagħtet mill-President lit-Tribunal Kostituzzjonali fit-28 ta’ Ġunju 2019 fil-qafas ta’ kontroll kostituzzjonali preventiv.
    (84)      It-Tribunal Kostituzzjonali qies li l-emendi għall-Kodiċi Kriminali kienu adottati wara proċedura li ma kinitx konformi mar-regoli interni tas-Sejm li jirregolaw ix-xogħol leġiżlattiv.
    (85)      GRECO Fifth Evaluation Round - Evaluation report, ir-Rakkomandazzjoni xii, il-paragrafu 87.
    (86)      Stabbilit bil-Liġi dwar l-Uffiċċju Ċentrali kontra l-Korruzzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2006.
    (87) Is-CAB huwa uffiċċju tal-amministrazzjoni tal-Gvern li l-kap tiegħu huwa huwa stess awtorità ċentrali ta’ dik l-amministrazzjoni. Il-Kap jinħatar mill-Prim Ministru, għal perjodu ta’ erba’ snin li jiġġedded darba, u jiġi sorveljat minnu permezz tal-Ministru maħtur apposta bħala Koordinatur tas-Servizzi Speċjali. GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation report, il-paragrafu 34.
    (88)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation report, il-paragrafu 78.
    (89)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation report, ir-Rakkomandazzjonijiet i, ii iii u ix.
    (90)      Ara n-nota 77 f’qiegħ il-paġna.
    (91)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation report, il-paragrafu 53.
    (92)      Ir-Rapport Annwali tal-2019 tal-Uffiċċju Ċentrali kontra l-Korruzzjoni.
    (93)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation report, il-paragrafi 66-72
    (94)      L-Uffiċċju Ċentrali kontra l-Korruzzjoni, Ir-Rapport Annwali tal-2019 pp. 23, 25, 28.
    (95)      GRECO Fifth Evaluation Round– Evaluation report, ir-Rakkomandazzjonijiet x u xi, il-paragrafu 72 u 78
    (96)      Il-Programm tal-Gvern għall-2018-2020 kontra l-Korruzzjoni.
    (97)      GRECO Fourth Evaluation Round – Evaluation report, ir-Rakkomandazzjoni i. Il-paragrafu 11 tat-tieni addendum għat-tieni rapport ta’ konformità jiddikjara li din ir-rakkomandazzjoni għadha ma ġietx implimentata.
    (98)      GRECO Fifth Evaluation Round– Evaluation report, ir-Rakkomandazzjoni vi, il-paragrafu 44.
    (99)      GRECO Fifth Evaluation Round – Evaluation report, ir-Rakkomandazzjoni viii u il-paragrafu 65.
    (100)      United Nations Convention Against Corruption (2015) Implementation Review Group (cycle 1) and OECD Poland: Follow up to the Phase 3 Report and Recommendations.
    (101)      Il-Liġi tad-29 ta’ Diċembru 1992 dwar ix-Xandir.
    (102)      L-Artikolu 54 tal-Kostituzzjoni.
    (103)      L-Artikolu 61 tal-Kostituzzjoni.
    (104)      Bejn l-2019 u l-2020, il-Polonja niżlet tliet pożizzjonijiet fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa (World Press Freedom Index) ta’ Reporters Without Borders, u issa jinsab fit-tnejn u sittin pożizzjoni madwar id-dinja.
    (105)      L-Artikoli 213-215 tal-Kostituzzjoni.
    (106)      Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-14 ta’ Novembru 2018.
    (107)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fil-Polonja.
    (108)      Fir-rigward tal-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, ara t-Taqsima IV.
    (109)      Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet preliminari u tal-konklużjonijiet tal-Missjoni Speċjali ta’ Valutazzjoni tal-Elezzjoni tal-ODIHR
    (110)      Il-komunikat uffiċjali tas-Sejm tas-7 ta’ Lulju 2016.
    (111)      Ibidem. Skont il-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Media, il-Kunsill jikkonsisti f’ħames membri, tlieta minnhom maħtura mis-Sejm u tnejn mill-President għal mandat ta’ sitt snin. Il-President tal-Polonja jaħtar membri tal-Kunsill minn kandidati nnominati mill-akbar gruppi tal-oppożizzjoni parlamentari.
    (112)      Is-sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-13 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża K 13/16.
    (113)      Il-komunikat tal-Ombudsman tat-3 ta’ Frar 2020.
    (114)      L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020.
    (115)      Press.pl, “CBOS: dla większości badanych media nie są bezstronne, najgorzej wypada TVP” (kif imsemmi fl Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2020 (Media Pluralism Monitor).
    (116)      Informazzjoni miġbura fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż; MPM 2020, il-paragrafu 12.
    (117)      Reuters.com, “Poland to propose limits on foreign media soon, Kaczynski says’. Aktar reċentement, rappreżentant tal-parti fil-gvern li jittratta kwistjonijiet tal-media kkonferma li l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni se jitressaq fil-ħarifa (WirtualneMedia “Lichocka: jesienią Sejm zajmie się dekoncentracją mediów. Czarnecki: trzeba będzie odkupywać je od Niemców”).
    (118)      L-immappjar mis-CMPF tad-dekriminalizzazzjoni tal-malafama.
    (119) Skont l-awtoritajiet Pollakki. L-awtoritajiet Pollakki speċifikaw ukoll li ma hemm l-ebda responsabbiltà kriminali jekk l-allegazzjonijiet rigward persuni li jokkupaw kariga pubblika jkunu veri u li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ġew imposti penali finanzjarji filwaqt li l-priġunerija ġiet imposta f’perċentwal negliġibbli tal-każijiet biss.
    (120)      Informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara fil-pajjiż fil-Polonja.
    (121)      Fir-rigward tas-sikurezza tal-ġurnalisti, it-twissijiet tal-2020 jikkonċernaw: 1) il-kawża dwar il-protezzjoni tad-drittijiet personali ppreżentata kontra l-pubblikatur u l-ġurnalisti fir-rigward tal-kontenut ta’ artiklu investigattiv; 2) l-akkużi kontra fotoġurnalist fir-rigward ta’ ksur tar-regoli dwar it-tbegħid fiżiku, filwaqt li kien qed jieħu ritratti tal-protesta kontra l-mexxej tal-partit fil-gvern; 3) l-investigazzjoni kriminali kontra ġurnalista li ġiet akkużata b’allegata “distribuzzjoni mhux awtorizzata ta’ messaġġi minn proċess pubbliku qabel ma ġew żvelati fil-proċedimenti tal-qorti”; 4) l-attakk vandalu fuq l-uffiċċju editorjali ta’ dar tal-pubblikazzjoni f’Varsavja; 5) sanzjonijiet maniġerjali tar-radju pubbliku kontra ġurnalist li rrifjuta li jxandar informazzjoni diskriminatorja.
    (122)      F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, qafas leġiżlattiv komprensiv li jippermetti lill-ġurnalisti u lil atturi oħra tal-media jikkontribwixxu għad-dibattitu pubbliku b’mod effettiv u mingħajr biża’ (ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2016)4 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa).
    (123)      Il-Parlament huwa kompost mis-Sejm (il-kamra inferjuri) u mis-Senat (il-kamra superjuri).
    (124)      Jingħaddu minn meta abbozz ta’ leġiżlazzjoni jkun ippreżentat fil-Parlament sakemm ikun adottat bl-effett finali mis-Sejm; fuq il-bażi tad-data pprovduta fuq is-sit web tas-Sejm li tindika l-proċedimenti leġiżlattivi dwar il-liġijiet.
    (125)      Kif stabbilit fl-opinjonijiet tal-Qorti Suprema (pereż. l-opinjonijiet tas-16 u tat-23 ta’ Diċembru 2019).
    (126) L-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja CDL-AD(2020)017, il-paragrafu 18; CDL AD(2016)026-e, il-paragrafu 21-22; OSKE-ODIHR (l-Opinjoni Interim Urġenti JUD-POL/365/2019[AlC]), il-paragrafu 30.
    (127)      Ġeneralment, korpi bħall-Kummissjoni ta’ Venezja (ara l-Lista ta’ Kontroll (CDL-AD(2019)015) il-paragrafu 75) jirrakkomandaw li tiġi evitata l-prattika li tintuża proċedura aċċellerata għall-adozzjoni ta’ liġijiet li jirregolaw aspetti importanti tal-ordinament ġuridiku jew politiku.
    (128)      Ir-Regolament tal-20 ta’ Marzu 2020 tal-Ministru tas-Saħħa dwar l-introduzzjoni tal-istat ta’ epidemija fil-fruntieri tar-Repubblika tal-Polonja. L-istat ta’ epidemija ma għandu l-ebda tul ta’ żmien iffissat minn qabel u jista’ jiġi estiż mill-Gvern.
    (129)      Skont il-Kostituzzjoni, id-drittijiet fundamentali jistgħu jkunu limitati biss f’każ ta’ dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza, li ġiex iddikjarat. L-elezzjoni presidenzjali ma sseħħitx kif kienet ippjanata fil-bidu. Ara pereż. id-dikjarazzjonijiet tal-Ombudsman dwar miżuri kontra l-epidemija tal-COVID-19: https://www.rpo.gov.pl/pl/kategoria-tematyczna/koronawirus-i-epidemia-w-polsce.
    (130)      Waħda mill-miżuri tat is-setgħa lill-Prim Ministru sabiex b’mod arbitrarju u prematur itemm il-mandat ta’ kwalunkwe membru tal-Kunsill tad-Djalogu Soċjali. Fis-26 ta’ Mejju 2020, il-President tar-Repubblika ppreżenta talba lit-Tribunal Kostituzzjonali sabiex din tiddikjara l-antikostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni kkonċernata (il-Kawża K 9/20; pendenti).
    (131) Fit-2 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni indirizzat ittra ta’ intimazzjoni lill-Polonja fuq il-bażi li l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali Pollakka, l-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, irriżultaw fit-tkeċċija bikrija tal-President tagħha.
    (132)      Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ombudsman u mill-Qorti Suprema. Huwa nnotat li skont id-data pprovduta mill-Qorti Suprema, f’April kien hemm 45 appell straordinarju bħal dan pendenti.
    (133)      L-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja CDL-AD(2017)031. Huwa nnotat li fit-11 ta’ Ġunju 2020, il-Prosekutur Ġenerali ppreżenta appell straordinarju f’każ li jikkonċerna mħallef u eks kelliem tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li pubblikament ikkritika r-riforma fil-ġustizzja.
    (134)      L-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-11 ta’ Diċembru 2017 (CDL-AD(2017)031), il-paragrafi 53-63.
    (135)      Proposta Motivata, il-paragrafu 128-131.
    (136)      PACE (2020).
    (137)      Id-dikjarazzjoni tal-Ombudsman tat-8 ta’ Jannar 2020. Ara wkoll OSKE-ODHIR, Guidelines on the Protection of Human Rights Defenders, para. 70-73.
    (138)      OSKE-ODIHR (2017), Opinion on the Draft Act of Poland on the National Freedom Institute, il-paragrafu 12. Inħoloq ukoll tħassib dwar l-aġġudikazzjoni ta’ għotjiet għal assistenza postpenitenzjarja mill-Fond tal-Ġustizzja ġestit mill-Ministeru tal-Ġustizzja, Civil Space Watch (2019).
    (139)      CIVICUS Monitor – Tracking Civic Space; il-klassifikazzjonijiet huma fuq skala ta’ ħames kategoriji ddefiniti bħala: miftuħ, ristrett, ostakolat, ripress u magħluq.
    (140)      Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Ambjent u tal-Ministeru tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Awwissu 2020.
    (141)      Fit-2 ta’ Ġunju 2020, is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea indirizzaw ittra lill-awtoritajiet Pollakki f’dan ir-rigward.
    (142)      Id-dikjarazzjoni tat-8 ta’ Awwissu 2020 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.
    (143)      L-Alleanza Globali tan-NU tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Global Alliance of National Human Rights Institutions, GANHRI), Sottokumitat dwar l-Akkreditament (Sub-Committee on Accreditation, SCA), Accreditation Report – Novembru 2017.
    (144)      Fl-2019, l-Ombudsman irċieva 59 524 każ, inklużi 27 113-il każ ġdid. Barra minn hekk, 4 385 persuna żaru l-uffiċċju tal-Ombudsman personalment, u 32 395 persuna rċivew pariri u spjegazzjonijiet individwalment dwar is-sitwazzjoni tagħhom. Ara d-dikjarazzjoni tal-attivitajiet tal-Ombudsman fl-2019.
    (145)      EIGE (2020), rapport dwar il-Polonja. Livell adegwat ta’ finanzjament huwa meħtieġ skont l-istandards internazzjonali; Ara l-prinċipji ta’ Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti: “2. L-istituzzjoni nazzjonali għandu jkollha infrastruttura adattata għat-twettiq bla xkiel tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari finanzjament adegwat. L-għan ta’ dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun li jippermettilu li jkollu l-persunal u l-bini tiegħu stess, sabiex ikun indipendenti mill-Gvern u ma jkunx soġġett għal kontroll finanzjarju li jista’ jaffettwa l-indipendenza tiegħu”.
    (146)      DoRzeczy “Sejomowa awantura o Bodnara. ‘Antypolski rzecznik’, ‘to jest kryminał’” tal-2019; Wprost “Krytyka TVP po materiale o synu Bodnara. ‘14-latek groził nożem rówieśnikom’” tal-2019.
    Top