Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0446

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

    COM/2020/446 final

    Brussell, 28.5.2020

    COM(2020) 446 final

    2020/0109(APP)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-investimenti urġenti li se jirriżultaw minħabba l-kriżi huma bla preċedent. Għaldaqstant hemm il-bżonn ta’ reazzjoni deċiżiva u straordinarja fil-livell tal-Unjoni. L-appoġġ finanzjarju jeħtieġ li jingħata fil-bidu fl-ewwel snin kruċjali tal-irkupru, inkluż fl-2020. Dan se jgħin biex jitnaqqas id-distakk bejn l-ewwel miżuri ta’ reazzjoni u l-irkupru fit-tul. Id-daqs tal-intervent u s-sura tiegħu jridu jirreflettu l-kobor u l-urġenza tal-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni. Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-baġit tal-UE għall-mobilizzazzjoni tal-investiment u għall-għoti tal-appoġġ finanzjarju fil-bidu matul l-ewwel xhur u snin kruċjali tal-irkupru.

    F’dawn l-aħħar ġimgħat il-Kummissjoni użat il-flessibbiltà kollha li għad fadal fil-baġit attwali tal-UE biex kull euro disponibbli jintuża biex jiġu salvati l-ħajjiet u biex jitħares l-għajxien tan-nies. Dawn il-miżuri wrew is-setgħa tal-baġit tal-UE li jipprovdi appoġġ sostanzjali u f’waqtu lil Stati Membri fi kriżi. Huma eżawrew ukoll il-flessibbiltà kollha li għad baqagħlu l-baġit attwali tal-UE, li enfasizza l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ġodda li se jixprunaw il-fażijiet tal-irkupru kruċjali li jmiss.

    Għaldaqstant jeħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 1 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 jiġi rivedut biex l-appoġġ finanzjarju jkun jista’ jingħata fil-bidu u malajr kemm jista’ jkun b’bidu fl-2020. Prinċipalment dan jikkonċerna kwalunkwe ħtieġa li l-proviżjonament tal-Istrument ta’ Appoġġ tas-Solvenza fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku jiġi ffinanzjat minn kmieni u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għaż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment  2 , li l-infiq addizzjonali ta’ koeżjoni permezz tar-REACT-EU 3 jiġi kkonċentrat fil-bidu, u ż-żieda fil-mezzi finanzjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli 4 .

    2.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

    Sabiex jiġi mobilizzat l-investiment u l-appoġġ finanzjarju jingħata fil-bidu matul l-ewwel xhur kruċjali tal-irkupru, din ir-reviżjoni tipprevedi ż-żieda tal-limiti massimi tan-nefqa tal-qafas pluriennali 2014-2020 għas-sena 2020.

    Il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid il-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena 2020, kif ġej:

    il-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-subintestatura 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” qiegħed jiżdied għal-livell ta’ EUR 25 681 miljun (prezzijiet tal-2011);

    il-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-subintestatura 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” qiegħed jiżdied għal-livell ta’ EUR 53 109 miljun (prezzijiet tal-2011);

    il-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Intestatura 4 “Ewropa Globali” qiegħed jiżdied għal-livell ta’ EUR 9 665 miljuni (prezzijiet tal-2011);

    Iż-żidiet proposti tal-limiti massimi tal-impenji se jirriżultaw f’żieda fil-ħtiġijiet ta’ pagament ta’ EUR 6 040 miljuni, li huwa ammont kompatibbli mal-limiti massimi tal-pagamenti annwali tal-2020 skont kif ġie aġġustat fl-aġġustament tekniku ta’ Mejju 2019 5 . Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma tipproponix li tirrevedi l-limitu massimu tal-pagamenti tal-2020.

    Għaldaqstant l-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jenħtieġ li jiġi emendat u ssostitwit mill-Anness ta’ din il-proposta.

    F’konformità mal-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 6 , dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għar-Renju Unit sa fejn iħalli impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit meta jitqabblu ma’ dawk fid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

    2020/0109 (APP)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 312 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 7 ,

    Filwaqt li jaġixxi b’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,

    Billi:

    (1)It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-kriżi assoċjata li laqtet lis-saħħa pubblika u lill-ekonomija tirrekjedi miżuri straordinarji. Il-ħtiġijiet relatati mal-finanzjament ta’ investimenti urġenti li se jirriżultaw minħabba l-kriżi huma bla preċedent. Għaldaqstant hemm il-ħtieġa għal reazzjoni deċiżiva u straordinarja fil-livell tal-Unjoni, u l-appoġġ finanzjarju jeħtieġ li jingħata fil-bidu matul l-ewwel snin kruċjali tal-irkupru, inkluż fl-2020.

    (2)Jeħtieġ li din tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tal-2020 li jirriżultaw minn inizjattivi ġodda li jindirizzaw l-irkupru. Dan jikkonċerna l-Istrument ta’ Appoġġ tas-Solvenza u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għaż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment 8 , it-tisħiħ tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (REACT-EU) 9 , u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli 10 .

    (3)Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiżdiedu l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-Sottointestaturi 1a u 1b u tal-Intestatura 4 għas-sena 2020. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jiġi emendat kif xieraq.

    (4)F’konformità mal-Artikolu 135(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 11 , dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għar-Renju Unit sa fejn iħalli impatt fuq l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit meta jitqabblu ma’ dawk fid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament ma għandux iżid l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit meta mqabbla ma’ dawk li kellu fid-data tal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    ĠU L347, 20.12.2013, p. 884.
    (2)    COM(2020)404
    (3)    COM(2020)451
    (4)    COM(2020)407
    (5)    COM(2019)310 final tal-15.05.2019
    (6)    ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
    (7)    ĠU C , , p. .
    (8)    COM(2020)404, ĠU C , , p. .
    (9)    COM(2020)451, ĠU C , , p. .
    (10)    COM(2020)407, ĠU C , , p. .
    (11)    ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
    Top

    Brussell, 28.5.2020

    COM(2020) 446 final

    ANNESS

    ta' [...]

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013




    li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020









    TABELLA - IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI 2014-2020


    ANNESS

    QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (2014-2020)

    (EUR miljuni - prezzijiet tal-2011)

    APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Total 
    2014-2020

    1. Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

    49 713

    72 047

    62 771

    65 277

    66 528

    68 214

    78 790

    463 340

    1a: Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    15 605

    16 321

    16 726

    17 693

    18 490

    19 700

    25 681

    130 216

    1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    34 108

    55 726

    46 045

    47 584

    48 038

    48 514

    53 109

    333 124

    2. Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

    46 981

    59 765

    58 204

    53 448

    52 466

    51 503

    50 558

    372 925

    li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

    41 254

    40 825

    39 808

    39 201

    38 446

    37 452

    36 723

    273 709

    3. Sigurtà u ċittadinanza

    1 637

    2 269

    2 306

    2 289

    2 312

    2 391

    2 469

    15 673

    4. Ewropa Globali

    7 854

    8 083

    8 281

    8 375

    8 553

    8 764

    9 665

    59 575

    5. Amministrazzjoni

    8 218

    8 385

    8 589

    8 807

    9 007

    9 206

    9 417

    61 629

    Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

    6 649

    6 791

    6 955

    7 110

    7 278

    7 425

    7 590

    49.798

    6. Kumpensi

    27

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    27

    TOTAL TA’ APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

    114 430

    150 549

    140 151

    138 196

    138 866

    140 078

    150 899

    973 169

    TOTAL TA’ APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENTI

    127 932

    130 003

    118 374

    112 322

    134 376

    142 285

    144 274

    909 566

    Top