Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0445

    Proposta emendata għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea

    COM/2020/445 final

    Brussell, 28.5.2020

    COM(2020) 445 final

    2018/0135(CNS)

    Proposta emendata għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.INTRODUZZJONI

    Il-pandemija tal-COVID-19 tikkostitwixxi kriżi mifruxa u serja tas-saħħa pubblika. Din taffettwa b’mod gravi liċ-ċittadini, is-soċjetajiet u l-ekonomiji madwar id-dinja. Il-firxa tal-kriżi tas-saħħa u r-risponsi ta’ politika li ttieħdu għall-kontroll tagħha huma bla preċedent. Għaldaqstant, l-intensità tal-impatt soċjo-ekonomiku tagħha huwa inċert, u dan f’livell straordinarju. Diġà f’dan l-istadju, hija ħaġa ċerta li hija tippreżenta sfidi kbar u mingħajr preċedent għas-sistemi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri. Skont it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni 1 , il-PDG tal-UE huwa mbassar li jonqos b’madwar 7,5 % din is-sena, rata ħafna agħar minn dik tal-kriżi finanzjarja dinjija tal-2009, u li jirkupra b’6 % biss fl-2021 filwaqt li r-rata tal-qgħad tal-UE hija mistennija li titla’ għal 9% fl-2020, b’riskju li jiżdiedu l-faqar u l-inugwaljanza..

    B’rispons, l-Istati Membri adottaw miżuri ekonomiċi u finanzjarji diskrezzjonali eċċezzjonali. Flimkien mal-effett tal-hekk imsejħa “stabbilizzaturi awtomatiċi”, jiġifieri pagamenti previsti skont sistemi tal-assigurazzjoni tal-qgħad u tas-sigurtà soċjali flimkien ma’ telf fid-dħul mit-taxxa, dawk il-miżuri għandhom influwenza konsiderevoli fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom b’defiċit aggregat tal-amministrazzjoni pubblika li jogħla malajr din is-sena minn 0,6 % tal-PDG fl-2019 għal 8,5 % tal-PDG kemm fiż-Żona tal-Euro kif ukoll fl-Unjoni.

    Ix-xokk għall-ekonomija tal-UE huwa simetriku fis-sens li l-pandemija laqtet lill-Istati Membri kollha, iżda l-impatt tal-pandemija huwa differenti mhux ħażin bejn l-Istati Membri, bħal ma hi differenti l-ħila tagħhom li jassorbu x-xokk ekonomiku u fiskali u l-jirrispondu għalih, li jiddependi wkoll fuq l-istrutturi ekonomiċi speċifiċi u l-kunduzzjonijiet inizjali tal-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan, hemm riskju li l-kriżi se twessa’ d-disparitajiet fl-Unjoni b’mod li jkun ta’ theddid għar-reżiljenza ekonomika u soċjali kollettiva. Din l-istampa ġenerali hija kkonfermata wkoll mill-evalwazzjoni dettaljata tal-bżonnijiet 2 .

    L-Unjoni aġixxiet malajr biex tipprovdi rispons kollettiv koordinat u qawwi għall-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-kriżi, fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali preżenti li se jiskadi fl-2020. Dak ir-rispons jikkumplimenta l-miżuri ekonomiċi u finanzjarji diskrezzjonali meħuda mill-Istati Membri.

    Il-kriżi tista’ tirriżulta fi ħsara dejjiema għat-tessut ekonomiku tal-Unjoni sakemm ma tiġix kontrapposta minn rispons ta’ politika li jkun proporzjonat u fi żmien qasir u medju fil-livell tal-Unjoni. Hemm bżonn urġenti li jsir provvediment immedjat ta’ kapaċità finanzjarja addizzjonali disponibbli biex jiġu appoġġati l-irkupru u r-reżiljenza madwar l-Unjoni sabiex tkun tista’ tintlaqa’ din l-isfida.

    Ir-rispons għall-kriżi jrid ikun komprensiv, qalbieni u sostnut. Pjan komprensiv għall-irkupru Ewropew se jkun jeħtieġ investiment pubbliku u privat massiv fil-livell Ewropew biex l-Unjoni titqiegħed bis-sod fuq il-perkors lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti, bil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba u bit-tiswija tad-dannu immedjat li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid 19 filwaqt li jingħata appoġġ għall-prijoritajiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni. Il-baġit fit-tul tal-UE, imsaħħaħ mill-Istrument Ewropew ta’ Rkupru tal-Unjoni l-ġdid, se jkun l-għodda ewlenija.

    In-natura eċċezzjonali tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali teħtieġ miżuri eċċezzjonali li jappoġġaw l-irkupru u r-reżiljenza tal-ekonomiji. Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, jeħtieġ li l-Unjoni tipprovdi lilha nnifisha bil-mezzi neċessarji u tieħu l-miżuri xierqa biex tindirizza l-isfidi li ġġib magħha l-pandemija tal-COVID-19. Għal din ir-raġuni, huwa xieraq li jkun permess li parti mill-finanzjament meħtieġ jiġi mmobilizzat permezz ta’ teħid ta’self fuq is-swieq tal-kapital. Dan it-teħid ta’self jitħallas lura meta l-Unjoni terġa’ lura għal perkors ta’ tkabbir pożittiv.

    2.Il-KONTENUT TAL-PROPOSTA EMENDATA 

    Il-ħtieġa li l-UE tipprovdi lilha nnifisha bil-mezzi biex tilħaq l-objettiv tagħha

    Skont il-proposta emendata, il-Kummissjoni se tkun awtorizzata tissellef fondi f’isem l-Unjoni sal-ammont massimu ta’ EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018 fis-swieq tal-kapital. Ir-rikavat se jiġi ttrasferit lejn programmi tal-Unjoni f’konformità mal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Minħabba li l-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea huwa rispons eċċezzjonali għal dawk iċ-ċirkostanzi temporanji iżda estremi, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni f’din id-Deċiżjoni biex tkun tista’ tissellef huma b’mod ċar limitati fl-estensjoni tagħhom, fit-tul ta’ żmien u fil-kamp ta’ applikazzjoni. Dan ineħħi l-possibbiltà li s-setgħat eċċezzjonali skont din il-proposta jintużaw għal xi skop ieħor għajr dak li jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali diretti tal-pandemija tal-COVID 19.

    Il-baġit tal-UE se jibda jagħmel il-ħlasijiet lura meħtieġa tal-fondi meħuda b’self fis-swieq tal-kapital mill-2028 ’il quddiem. L-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni mġarrba mill-att propost se jkunu tħallsu lura kollha sal-2058. Il-ħlas lura għandu jkun organizzat skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda bil-ħsieb li jinkiseb tnaqqis stabbli u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet matul il-perjodu kollu kemm hu.

    Jiżdied il-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji:

    Il-limiti massimi stabbiliti fid-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji jiddeterminaw l-ammont massimu ta’ riżorsi proprji li l-Unjoni tista’ titlob lill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli lill-Unjoni f’xi sena partikolari biex jiffinanzjaw in-nefqa tagħha.

    Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet limitu massimu biex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet ta’ impenn annwali u limitu massimu biex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali ta’ 1,35 % u 1,29 % rispettivament tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-UE. Il-limiti massimi definiti fl-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), espressi f’euro, jistabbilixxu l-ammont massimu li jista’ jiġi jew impenjat jew inkella jintnefaq matul il-perjodu 2021-2027. Il-marġini bejn il-limiti massimi fid-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji u l-limiti massimi tal-QFP għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jiżguraw li l-Unjoni tkun f’pożizzjoni li tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha tagħha fi kwalunkwe sena u taħt kwalunkwe ċirkostanza, anke fil-każ ta’ żviluppi ekonomiċi negattivi.

    It-tbassir tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni jipprojetta li l-ekonomija taż-Żona tal-Euro se tiċkien b’rata rekond ta’ 7,75 % fl-2020 u li l-ekonomija tal-UE hija mbassra li tiċkien b’7,5 % fl-2020. Il-projezzjonijiet tat-tkabbir għall-UE u għaż-Żona tal-Euro ġew riveduti ’l isfel b’madwar 9 punti perċentwali meta mqabbla mat-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2019. Għalkemm it-Tbassir tar-Rebbiegħa huwa mċajpar b’livell ogħla minn tas-soltu ta’ inċertezza, ma hemmx dubju li l-limiti massimi tad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji, li huma definiti bħala perċentwal tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-UE, se jonqsu b’mod assolut.

    Sabiex jinżamm marġni suffiċjenti skont il-limiti massimi tad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji biex l-Unjoni tkun tista’ tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha tagħha li jkunu dovuti f’xi sena partikolari, il-limiti massimi fid-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji kif definiti f’perċentwal tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jridu jiżdiedu.

    Għal dak il-għan, il-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2018 għandha tiġi emendata biex tippermetti żieda addizzjonali ta’ 0,11 punti perċentwali kemm tal-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Din iż-żieda tiżdied mal-aġġustamenti li diġà ġew proposti biex ikopru t-tnaqqis awtomatiku tal-ammont assolut tal-limiti massimi tad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u t-tnaqqis korrispondenti tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. Il-limitu massimu biex tiġi koperta l-approprjazzjoni ta’ pagament annwali għandu għalhekk ikun stabbilit għal 1,40% tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-UE u l-limitu massimu biex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet ta’ impenn annwali għal 1,46% tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-UE.

    Żieda straordinarja u temporanja tal-limiti massimi tar-riżorsi proprji biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID 19

    Barra minn hekk, il-proposta emendata tawtorizza lill-Kummissjoni biex tissellef fondi f’isem l-Unjoni sa ammont massimu ta’ EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018. Ir-rikavati se jiġu assenjati skont l-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea li qiegħed jiġi propost. Skont l-Artikolu 310(4) TFUE, l-Unjoni ma għandha tadotta l-ebda att li probabbilment jista’ jkollu implikazzjonijiet sinifikanti fuq il-baġit mingħajr ma tipprovdi assigurazzjoni li n-nefqa li tirriżulta minn tali att tista’ tkun tista’ tiġi ffinanzjata fil-limitu tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Skontl l-Artikolu 323 TFUE il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji li jippermettu lill-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta’ terzi persuni.

    Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet fi kwalunkwe sena partikolari u fi kwalunkwe ċirkostanza, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi meħtieġa lill-Unjoni biex tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn dan l-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali u temporanju li tissellef fondi. Għalhekk, il-limiti massimi fid-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji jridu jiġu aġġustati 'l fuq fuq bażi temporanja b’0,6 punti perċentwali. Din l-allokazzjoni addizzjonali tista’ tintuża biss biex jiġu onorati l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali u temporanja ta’ self ta’ fondi. F’dan il-qafas, l-użu potenzjali ta’ din l-allokazzjoni addizzjonali se jonqos maż-żmien billi l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti rilevanti jonqsu hekk kif il-fondi mislufa jitħallsu lura u s-self jimmatura. Din iż-żieda tiskadi meta dawn l-obbligazzjonijiet kollha ma jkunux għadhom jeżistu, jiġifieri meta l-fondi kollha mislufa jkunu tħallsu lura – sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058 – u r-riskji kollha għal obbligazzjonijiet kontinġenti jkunu waqfu.

    .

    2018/0135 (CNS)

    Proposta emendata għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea

    COM (2018) 325 tal-Kummissjoni hija emendata kif ġej:

    (1)l-aħħar sentenza tal-Premessa (13) hija mħassra;

    (2)Jiddaħħlu l-Premessi minn (13a) sa (13k) kif ġej:

    (13a) Sabiex jiġi ppreservat marġini suffiċjenti skont il-limiti massimi tad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji għall-Unjoni biex tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti tagħha kollha li jkunu dovuti fi kwalunkwe sena partikolari, il-limitu massimu fid-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji għandu jiżdied għal-livell ta’ 1,40% tal-Introjtu Nazzjonali Gross kollu tal-Istati Membri bi prezzijiet tas-suq għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u ta’ 1,46% għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn.

    (13b) L-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata kapaċità finanzjarja suffiċjenti għall-Unjoni f’każ ta’ xokkijiet ekonomiċi. Hemm bżonn li l-Unjoni tipprovdi lilha nnifisha bil-mezzi biex tilħaq l-objettiv tagħha Huma meħtieġa riżorsi finanzjarji fuq skala eċċezzjonali sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, mingħajr ma tiżdied il-pressjoni fuq il-finanzi tal-Istati Membri f’mument fejn il-baġits tagħhom diġà huma taħt pressjoni enormi biex jiġu ffinanzjati miżuri ekonomiċi u soċjali nazzjonali b’rabta mal-kriżi. Għalhekk għandu jingħata rispons eċċezzjonali fil-livell tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, huwa xieraq li l-Unjoni tiġi awtorizzata biex b’mod eċċezzjonali temporanjament tissellef EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018 fuq is-swieq tal-kapital, li jintużaw biss għal nefqa f’ammont ta’ EUR 500 biljun fi prezzijiet tal-2018 u għal self f’ammont ta’ EUR 250 biljun fi prezzijiet tal-2018, biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19.

    (13c) Jenħtieġ li dan ir-rispons eċċezzjonali jindirizza l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġi evitat li terġa’ titfaċċa. Għalhekk, l-appoġġ jenħtieġ li jkun għal żmien limitat u li l-maġġoranza tal-finanzjament għandu jingħata fiż-żmien li fih ikunu qegħdin jinħassu l-konsegwenzi immedjati tal-pandemija.

    (13d) Żieda temporanja u eċċezzjonali tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji hija meħtieġa biex l-Unjoni ġġorr ir-responsabbiltà relatata ma’ dak is-self ta’ fondi. L-għoti ta’ setgħa lill-Kummissjoni biex tissellef fondi mis-swieq tal-kapital, f’isem l-Unjoni, għall-fini uniku u esklussiv li tiffinanzja l-miżuri li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-COVID-19, huwa relatat mill-qrib maż-żieda tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji operat skont din id-Deċiżjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-funzjonament tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Għaldaqstant, tali setgħa jenħtieġ li tiġi inkluża f’din id-Deċiżjoni. In-natura bla preċedent ta’ din l-operazzjoni u l-ammont eċċezzjonali ta’ dawn il-fondi jitolbu għal ċertezza dwar il-volum kunplessiv tar-responsabbiltà tal-Unjoni u l-karatteristiċi essenzjali tal-pagament lura tagħha, kif ukoll għat-twettiq ta’ strateġija ta’ self unika.

    (13e) Is-self ta’ fondi fis-swieq tal-kapital jeħtieġ li jkun sinifikanti u għandu jseħħ fuq perjodu relattivament qasir. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qiegħda timplimenta l-operazzjonijiet permezz ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata, tagħmel l-aħjar użu mill-kapaċità tas-swieq li jassorbu s-self ta’ tali ammonti sinifikanti ta’ fondi b’maturitajiet differenti u tiżgura l-aktar kundizzjonijiet vantaġġużi għall-ħlas lura.

    (13f) Il-ħlas lura ta’ fondi mislufa sabiex jiġi pprovdut appoġġ li ma jitħallasx lura, appoġġ li jitħallas lura permezz ta’ strumenti finanzjarji jew il-provvediment għal garanziji baġitarji, kif ukoll l-imgħax dovut, jenħtieġ li jiġi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Il-fondi missellfa li jingħataw bħala self lill-Istati Membri jenħtieġ li jitħallsu lura mis-somom riċevuti mingħand l-Istati Membri benefiċjarji. Jeħtieġ li r-riżorsi meħtieġa jiġu allokati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni biex tkun tista’ tkopri l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha tagħha li jirriżultaw mill-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali u temporanja li tissellef fi kwalunkwe sena u fi kwalunkwe ċirkostanza f’konformità mal-Artikolu 310(4) TFUE u l-Artikolu 323 TFUE.

    (13g) Jenħtieġ li l-ħlas lura li jkun se jsir mill-baġit jibda fl-2028, filwaqt li l-obbligazzjonijiet kollha mġarrba minn din is-setgħa eċċezzjonali u temporanja ta’ self ta’ fondi jenħtieġ li jkunu tħallsu lura kollha sal-31 ta’ Diċembru 2058. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja effiċjenti tal-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġi kopert il-ħlas lura għall-fondi meħuda b’self, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-impenji baġitarji sottostanti jiġu diżaggregati fi ħlasijiet parzjali annwali. L-iskedar tal-ħlas lura jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, inkuża skopertura annwali massima, bil-ħsieb li jinkiseb tnaqqis stabbli u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet matul il-perjodu kollu kemm hu.

    (13h) Minħabba l-karatteristiċi tal-awtorizzazzjoni eċċezzjonali, temporanja u limitata għas-self ta’ fondi biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-Covid-19, għandu jiġi ċċarat li, bħala regola, jenħtieġ li l-Unjoni ma tużax fondi mislufa fuq is-swieq tal-kapital għall-finanzjament tan-nefqa operattiva.

    (13i) Għall-fini uniku li jiġu koperti l-obbligi finanzjarji addizzjonali u l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali u temporanja għas-self ta’ fondi u biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja anki fi żminijiet ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u l-limitu massimu għal approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jiżdiedu b’0,6 punti perċentwali kull wieħed.

    (13j) Din iż-żieda hija meħtieġa peress li l-limiti massimi attwali mhumiex biżżejjed biex jipprovdu r-riżorsi addizzjonali li għandha bżonn l-Unjoni biex tissodisfa l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali u temporanja li tissellef fondi. Il-ħtieġa tal-użu ta’ din l-allokazzjoni addizzjonali se jkun biss temporanju peress li l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti rilevanti kull ma jmur jonqsu hekk kif il-fondi mislufa jitħallsu lura u s-self jimmatura. Għalhekk, iż-żieda għandha tiskadi meta l-fondi kollha mislufa jkunu tħallsu lura u l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha minn self mogħti fuq il-bażi ta’ dawn il-fondi jkunu waqfu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058.

    (13k) Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun dejjem kapaċi tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta’ terzi persuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f’konformità mal-kundizzjonijiet kif stabbiliti fir-regolamenti adottati skont l-Artikolu 322(2) TFUE, tiġi awtorizzata, matul dak il-perjodu ta’ żieda temporanja, li titlob lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli r-riżorsi ta’ flus kontanti rilevanti meta l-approprjazzjonijiet awtorizzati mdaħħla fil-baġit ma jkunux biżżejjed.

    (3)Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “1. L-ammont totali ta’ riżorsi proprji allokat lill-Unjoni biex ikopru approprjazzjonijiet annwali ta’ pagament ma għandux jeċċedi 1,40% tal-Introjtu Nazzjonali Gross totali tal-Istati Membri kollha.

    2. L-ammont totali annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni ma għandux jeċċedi 1,46% tal-Introjtu Nazzjonali Gross totali tal-Istati Membri kollha.”;    

    (4)Jiddaħħlu l-Artikoli 3 a, 3b u 3c li ġejjin:

    "Artikolu 3a
    L-Użu ta’ fondi mislufa fuq is-swieq tal-kapital

    L-Unjoni ma għandhiex tuża fondi mislufa fuq is-swieq tal-kapital għall-finanzjament tan-nefqa operattiva.

    Artikolu 3b
    Mezzi addizzjonali u temporanji biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19

    (1)Għall-uniku fini li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19:

    (a)Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq tal-kapital f’isem l-Unjoni sal-ammont ta’ EUR 750 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018. L-operazzjonijiet ta’ teħid b’self għandhom jitwettqu f’euro.

    (b)Il-fondi li jittieħdu b’self jistgħu jintużaw għal self sa ammont ta’ EUR 250 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 u, b’deroga mill-Artikolu 3a, għal nefqa sa ammont ta’ EUR 500 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018.

    (2)Il-ħlas lura tal-kapital tal-fondi użati għan-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-imgħax dovut relatat għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-impenn baġitarju jista’ jinqasam fi ħlasijiet annwali fuq diversi snin skond l-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE, Euratom) 2018/1046.

    Il-ħlas lura għandu jkun skedat, skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tnaqqis kostanti u prevedibbli fil-passiv, u jibda mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2058. L-ammonti dovuti mill-Unjoni f’xi sena partikolari għall-ħlas lura tal-kapital ma għandhomx jaqbżu 7,5 % tal-ammont massimu li ssir referenza għalih fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

    (3)Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self.

    Artikolu 3c
    Żieda straordinarja u temporanja tal-limiti massimi tar-riżorsi proprji

    għall-allokazzjoni tar-riżorsi neċessarji biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19

    L-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2), rispettivament, għandhom jiżdiedu temporanjament b’0,6 punti perċentwali għall-uniku skop li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni li jirriżultaw mit-teħid ta’ self tagħha li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3b sakemm dawn l-obbligazzjonijiet kollha ma jkunux għadhom jeżistu, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2058.

    Dawk l-ammonti miżjuda ma għandhomx jintużaw għall-ħlas ta’xi obbligazzjoni oħra tal-Unjoni”.

    (5)Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    “4. Meta l-approprjazzjonijiet awtorizzati mdaħħla fil-baġit ma jkunux biżżejjed biex l-Unjoni tkun tista’ tkun konformi mal-obbligi tagħha li jirriżultaw mis-self li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3b, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu r-riżorsi meħtieġa għal dak il-għan għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

    Ir-riżorsi fi flus kontanti għandhom isiru disponibbli f’konformità mar-regolamenti adottati skont l-Artikolu 322(2) TFUE, kif applikabbli f’dak iż-żmien, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw fil-każ ta’ inadempjenza fuq self kuntrattat skont regolamenti u deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill, jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.”

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA

    1.1.Titlu tal-proposta

    Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)325 finali).

    1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 3  

    Dħul tal-baġit tal-UE (Titlu 1, Riżorsi Proprji)

    1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

     Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida 

     Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida. wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 4  

    x Il-proposta/inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida. 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.L-objettiv(i) ta’ strateġija pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Il-pandemija tal-COVID-19 hija kriżi mifruxa u serja tas-saħħa pubblika. Din taffettwa b’mod gravi liċ-ċittadini, is-soċjetajiet u l-ekonomiji madwar id-dinja. Il-firxa tal-kriżi tas-saħħa u r-risponsi ta’ politika li ttieħdu għall-kontroll tagħha huma bla preċedent. Għaldaqstant, l-intensità tal-impatt soċjo-ekonomiku tagħha huwa inċert, u dan f’livell straordinarju. Diġà f’dan l-istadju, hija ħaġa ċerta li hija tippreżenta sfidi kbar u mingħajr preċedent għas-sistemi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri. Skont it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni, il-PDG tal-UE huwa mbassar li jonqos aktar milli matul il-kriżi finanzjarja dinjija tal-2009.

    Bħala rispons għall-emerġenza, l-Istati Membri adottaw miżuri finanzjarji eċċezzjonali b’effett konsiderevoli fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom. Madankollu, l-impatt madwar l-Istati Membri mhux simetriku, u hemm riskju li l-kriżi se twessa’ d-disparitajiet fl-Unjoni b’mod li jkun ta’ theddid għar-reżiljenza ekonomika u soċjali kollettiva. L-UE aġixxiet malajr biex tipprovdi rispons kollettiv koordinat u qawwi għall-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-kriżi, fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali preżenti li se jiskadi fl-2020.

    Il-kriżi tista’ tirriżulta fi ħsara dejjiema għat-tessut ekonomiku tal-Unjoni sakemm ma tiġix kontrapposta minn rispons ta’ politika li jkun proporzjonat u fi żmien qasir u medju fil-livell tal-Unjoni. Hemm bżonn urġenti li jsir provvediment immedjat ta’ kapaċità finanzjarja addizzjonali disponibbli biex jiġu appoġġati l-irkupru u r-reżiljenza madwar l-Unjoni sabiex tkun tista’ tintlaqa’ din l-isfida.

    Ir-rispons għall-kriżi jrid ikun komprensiv, qalbieni u sostnut. Pjan komprensiv għall-irkupru Ewropew se jkun jeħtieġ investiment pubbliku u privat massiv fil-livell Ewropew biex l-ekonomija tiġi enerġizzata, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja u jsir investiment fit-tiswija tal-ħsara immedjata kkawżata mill-pandemija COvid-19. Il-baġit fit-tul tal-UE, imsaħħaħ mill-Istrument Ewropew ta’ Rkupru tal-Unjoni l-ġdid, se jkun l-għodda ewlenija.

    In-natura eċċezzjonali tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali teħtieġ miżuri eċċezzjonali li jappoġġaw l-irkupru u r-reżiljenza tal-ekonomiji. Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, jeħtieġ li l-Unjoni tipprovdi lilha nnifisha bil-mezzi neċessarji u tieħu l-miżuri xierqa biex tindirizza l-isfidi li ġġib magħha l-pandemija tal-COVID-19. Għal din ir-raġuni, huwa xieraq li jkun permess li parti mill-finanzjament meħtieġ jiġi mmobilizzat permezz ta’ teħid ta’self fuq is-swieq tal-kapital. Dan it-teħid ta’self jitħallas lura meta l-Unjoni terġa’ lura għal perkors ta’ tkabbir pożittiv.

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/iċi u l-attività(jiet) ABM/ABB kkoncernati

    1.4.3.Il-limiti massimi tar-riżorsi proprji jridu jiżdiedu b’mod temporanju biex l-UE tkun tista’ twettaq l-obbligi finanzjarji tagħha. Din iż-żieda hija neċessarja biex ikunu jistgħu jiġu koperti l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn din l-għoti ta’ setgħa eċċezzjonali u temporanja ta’ self ta’ fondi.

    Il-ħruġ se joħloq obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, li se jiġu ssodisfati għal kollox permezz tal-impenji u l-approprjazzjonijiet baġitarji neċessarji matul il-perjodu ta’ dawn l-obbligazzjonijiet. L-impenji baġitarji jistgħu jiġu mifruda fi ħlasijiet bin-nifs annwali tul diversi snin.

    1.4.4.Riżultat(i) mistennij/a u l-impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu għax ikollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira

    Id-Deċiżjoni emendata tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiġbor massimu ta’ EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018 billi tirrikorri għas-swieq finanzjarji u li tittrasferixxi r-rikavat lejn il-baġit tal-UE f’appoġġ għall-Pjan ta’ Rkupru tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali

    Ir-rikavat tal-operazzjonijiet ta’ self se jmorru għall-Istrument ta’ Rkupru ta’ UE. Dan l-Istrument se jipprovdi finanzjament għall-politiki differenti koperti mill-Pjan ta’ Rkupru tal-UE.

    1.4.5.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Ratifika u dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji

    Volum aggregat tal-kapital miġbur skont l-Istrument ta’ Rkupru;

    Livell sa liema jinġabar il-kapital kmieni fil-ħajja tal-Istrument ta’ Rkupru u l-veloċità li biha dan isir disponibbli lill-istrumenti finanzjarji li jibbenefikaw.

    1.5.Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit/i li jridu jiġu ssodisfati fuq perjodu qasir jew twil

    In-natura bla preċedent tal-operazzjoni ta’ self u l-ammont eċċezzjonali tal-fondi li għandhom jissellfu jitolbu approvazzjoni mill-Istati Membri kollha skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali nazzjonali tagħhom.

    Il-baġit tal-UE se jibda jagħmel il-ħlasijiet lura meħtieġa tal-fondi meħuda b’self fis-swieq tal-kapital mill-2028 ’il quddiem. L-obbligazzjonijiet kollha tal-Unjoni mġarrba mill-att propost se jkunu tħallsu lura kollha sal-2058. L-iskeda tal-ħlas lura għandha tkun organizzat skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda bil-ħsieb li jinkiseb tnaqqis stabbli u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet matul il-perjodu kollu kemm hu. L-ammonti dovuti mill-Unjoni f’xi sena partikolari għall-ħlas lura tal-kapital ma għandhomx jaqbżu 7,5 % tal-ammont massimu tal-ammonti li jissellfu għan-nefqiet.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Il-kriżi tal-COVID-19 tirrekjedi miżuri eċċezzjonali. Hemm bżonn li l-UE tipprovdi lilha nnifisha l-mezzi biex bihom tkun tista’ tilħaq l-objettiv tagħha, jiġifieri li jerġa’ jiġu stabbiliti t-tkabbir għat-tul u r-reżiljenza tal-ekonomiji tal-UE.

    Sabiex il-finanzi pubbliċi nazzjonali jiġu mgħejjuna, li diġà qegħdin isofru mill-impatt tal-kriżi, din id-Deċiżjoni tipprovdi lill-UE bl-awtorizzazzjoni li tissellef fuq bażi eċċezzjonali u temporanja. Biex dan iseħħ, huwa neċessarju li jkun hemm żieda temporanja fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji sabiex jiġu koperti l-obbligi finanzjarji li joħorġu minn din l-awtorizzazzjoni eċċezzjonali għas-self.

    L-Istrument ta’ Rkupru tal-UE se jirċievu r-rikavat mis-self. Abbażi ta’ dan, dan l-Istrument se joffri appoġġ finanzjarji fi spirtu tas-solidarjetà Ewropea mal-Istati Membri affettwati. Fil-kunsiderazzjoni tal-firxa tal-kriżi u l-ambitu tal-effetti finanzjarji u ekonomiċi tagħha, l-azzjoni għalenija fil-livell tal-UE tkun aktar xierqa biex jiġi żgurat li jiġu mmobilizzati biżżejjed riżorsi għall-ġenerazjoni ta’ interventi effettivi u jittaffa l-impatt dirett soċjetali u ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19.

    1.5.3.Lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

    L-Unjoni għandha esperjenza fis-self għall-provvista tal-assistenza finanzjarja, b’mod notevoli skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) u l-għoti ta’ appoġġ għall-Bilanċ tal-Pagamenti.

    Madankollu, din l-esperjenza hija marbuta l-aktar mal-parti tas-self taħt l-għoti ta’ setgħa propost li proprjament għandu jintuża għall-proviżjonament tas-self.

    1.5.4.Kumpatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

    Id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tissellef f’isem l-Unjoni. Hija se tipprovdi l-mezzi biex l-Istrument ta’ Rkupru Ewropew jipprovdi l-finanzjament għall-politiki diversi koperti mill-Pjan ta’ Rkupru tal-UE.

    L-obbligazzjonijiet imġarrba b’dan l-istrument se jkunu għal perjodu twil u għalhekk il-limiti massimi baġitarji tal-UE hemm bżonn li jakkomodaw dawn l-obbligazzjonijiet miżjuda fuq perjodu mtawwal. Il-maturità medja tad-dejn meħud mill-UE se tkun ta’ bejn [5-20] sena, bil-possibbiltà li jkun hemm perjodi itwal ta’ maturità (sa 30 sena). Il-proposta tippreveedi wkoll il-possibbiltà li l-UE li tagħmel riportament tad-dejn meta dan ikun ta’ vantaġġġ fejn jidħol l-immaniġġjar tal-obbligazzjonijiet.

    1.6.Il-perjodu u l-impatt finanzjarju

    X Proposta/inizjattiva ta’ perjodu limitat

    X    L-impatt finanzjarju mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni sa meta titlesta l-maturità tas-self, li huwa perjodu kopert minn diversi Oqsfa Finanzjarju Pluriennali; ma hija prevista l-ebda maturità qabel l-2028.

    X Proposta/inizjattiva ta’ perjodu mhux limitat għaż-zieda proposta fil-limitu massimu tar-RP fuq bażi permanenti

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni.

    1.7.Mod/i ta’ mmaniġġjar ippjanat/i 5

    X Immaniġġjar dirett mill-Kummissjoni

    X mid-dipartimenti tagħha, inkluż bil-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

       mill-aġenziji eżekuttivi

     Immaniġġjar kondiviż mal-Istati Membri

     Immaniġġjar indirett billi l-implimentazzjoni tal-baġit tiġi ddelegata lil:

    pajjiżi terzi jew il-korpi li huma jaħtru;

    organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

    il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

    korpi li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018;

    korp irregolat bil-liġi pubblika;

    korpi amministrati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-livell li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    korpi amministrati bid-dritt privat ta’ xi Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ xi sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku relevanti.

    Jekk jiġi indikat aktar minn mod uniku ta’ mmaniġġjar, jekk jogħoġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    2.MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

    Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni se tirrapporta b’mod annwali fil-kuntest tar-rapport tagħha ppreparat fuq l-operazzjonijiet kollha ta’ self li jkunu saru skont l-Istrument.

    2.1.1.Riskju/i identifikat(i)

    L-implimentazzjoni se ssir fost oħrajn bil-ħruġ ta’ volumi kbar ta’ djun mis-swieq tal-kapital internazzjonali. Iż-żieda f’daqqa fil-ħruġ tad-dejn f’perjodu fejn x’aktarx li se jkun hemm użu estensiv tas-swieq kapitali minn korpi sovrani u istituzzjonijiet oħra jagħti lok għar-riskju ta’ deterjorament fit-termini u l-kundizzjonijiet disponibbli għall-Unjoni. Dan ir-riskju se jkun immaniġġjat permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida tal-immaniġġjar tad-dejn li tgħin lill-Unjoni tikseb l-aħjar termini disponibbli, filwaqt li titħares il-klassifikazzjoni eċċellenti ta’ kreditu tagħha.

    Fejn jidħol is-self mogħti lill-Istati Membri għall-fini tal-faċilità għar-riforma u r-reżiljenza, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ pagament jitqies negliġibbli peress li hija possibbiltà remota li xi Stat Membru tal-UE jissospendi l-ħlas lura tad-dejn.

    L-immaniġġjar ta’ dawn ir-riskji marbuta man-naħa tal-finanzjament u s-self jirrekjedi investiment sinifikanti fl-iżvilupp tal-kapaċità tal-Kummissjoni li tissellef/issellef u li timmaniġġjar d-dejn. Dan l-investiment jispjega n-nefqa amministrattiva marbuta ma’ din il-politika, permezz tar-reklutaġġġ ta’ persunal speċjalizzat inkluż minn fost l-uffiċċji nazzjonali ta’ mmaniġġjar tad-dejn. Ir-riżorsi miżjuda tal-persunal huma wkoll meħtieġa għas-servizzi ta’ appoġġ bħal ma huma l-kontabilità, is-servizzi ta’ back-office u l-appoġġ dedikat tal-IT.

    Iż-żieda fil-limiti massimi tar-Riżorsi Proprji jippermetti lill-Unjoni tissodisfa l-obbligi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet kontinġenti tagħha. Din tiskadi meta dawn l-obbligazzjonijiet kollha ma jkunux għadhom jeżistu, jiġifieri meta l-fondi kollha mislufa jkunu tħallsu lura u r-riskji kollha għal obbligazzjonijiet kontinġenti jkunu waqfu.

    2.1.2.Informazzjoni rigward is-sistema ta’ kontrol intern stabbilita

    Is-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea tapplika sabiex jiġi żgurat li l-fondi disponibbli skont l-istrument ta’ rkupru tal-UE jintuża kif xieraq u f’konformità mal-leġiżlazzjoni xierqa.

    Is-sistema preżenti hija stabbilita hekk:

    1. It-timijiet ta’ kontroll intern jikkonċentraw fuq il-konformità mal-proċeduri amministrativi u mal-leġiżlazzjoni li tkun fis-seħħ. Il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan l-iskop.

    2. Awditu regolari tal-għotjiet u l-kuntratti minn awdituri esterni, li jingħataw skont dan l-istrument ikunu inkorporati bis-sħiħ fi pjani annwali tal-awditu.

    3. Evalwazzjoni ta’ attivitajiet kumplessivi minn evalwaturi esterni.

    Azzjonijiet li jsiru jistgħu jiġu awditjati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti tal-Awdituri.

    2.1.3.Stima tal-kosti u l-benefiċċji tal-kontrolli u evalwazzjoni tal-livell ta’ żball mistenni

    Mhux applikabbli

    2.2.Miżuri kontra l-frodi u l-irregolaritajiet

    Speċifika miżuri ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti

    Huma meħtieġa trasparenza massimu u monitoraġġ kif xieraq tal-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-UE. Se jkunu qegħdin jiġu applikati l-obbligi ta’ rappurtar għall-Istati Membri, għal benefiċjarji oħra u għall-Kummissjoni.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i affettwati

    ·L-ebda linja baġitarja eżistenti

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja Baġitarja

    Tip ta’ 
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru  

    Diff./mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    minn pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1046/2018

    2

    06.200301 Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea – pagament ta’ kupun perjodiku u tifdija fil-maturità

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    2

    06.012001 Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument ta’ Rkupru Ewropew (ERI)

    Mhux diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa. Se tinħoloq linja p.m. tinħoloq fil-proċedura baġitarja.

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    L-intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    2

    DG: BUDG

    Sena 2021

    Sena 2022

    Sena 2023

    Sena 2024

    Sena 2025

    Sena 2026

    Sena 2027

    TOTAL

    •Approprjazzjonijiet operazzjonali

     06.200301 Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea – pagament ta’ kupun perjodiku u tifdija fil-maturità 6

    Impenji fi prezzijiet tal-2018

    (1)

    202 757

    726 570

    1 402 108

    2 525 035

    3 070 263

    4 104 667

    5 359 447

    17 390 847

    Pagamenti fi prezzijiet tal-2018

    (2)

    202 757

    726 570

    1 402 108

    2 525 035

    3 070 263

    4 104 667

    5 359 447

    17 390 847

    06.200301 Strument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea – pagament ta’ kupun perjodiku u tifdija fil-maturità

    Impenji fi prezzijiet preżenti

    215 168

    786 463

    1 548 040

    2 843 599

    3 526 767

    4 809 272

    6 405 035

    20 134 344

    Pagamenti fi prezzijiet preżenti

    215 168

    786 463

    1 548 040

    2 843 599

    3 526 767

    4 809 272

    6 405 035

    20 134 344

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 7  

    06.012001

    Impenji = Pagamenti fi prezzijiet tal-2018

    (3)

    4 712

    924

    906

    888

    871

    853

    9 153

    06.012001

    Impenji = Pagamenti fi prezzijiet preżenti

    (3)

    5 000

    1 000

    1 000

    1 000

    1 000

    1 000

    10 000

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    (intestatura 2) 

    Impenji fi prezzijiet tal-2018

    =1+ 3

    207 469

    727 494

    1 403 013

    2 525 923

    3 071 133

    4 105 521

    5 359 447

    17 400 000

    Pagamenti fi prezzijiet tal-2018

    =2+ 3

    207 469

    727 494

    1 403 013

    2 525 923

    3 071 133

    4 105 521

    5 359 447

    17 400 000

    Impenji fi prezzijiet preżenti

    =1+ 3

    220 168

    787 463

    1 549 040

    2 844 599

    3 527 767

    4 810 272

    6 405 035

    20 144 344

    Pagamenti fi prezzijiet preżenti

    =2+ 3

    220 168

    787 463

    1 549 040

    2 844 599

    3 527 767

    4 810 272

    6 405 035

    20 144 344





    L-intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    7

    “Nefqa amministrattiva”

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    TOTAL

    DĠ BUDG

    •Riżorsi umani

    •Nefqa amministrattiva oħra

    TOTAL DG BUDG

    Approprjazzjonijiet

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    skont l-INTESTATURA 5 (2020) u l-INTESTATURA 7 (2021-2027) 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    skont il-qafas finanzjarju pluriennali 

    Impenji

    Pagamenti

    3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali fis-snin tal-baġit 2020-2027: ħlas ta’ interessi kif indikat fit-tabella ta’ hawn fuq

    3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.1.Sommarju

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    Sena 
    2021

    Sena 
    2022

    Sena 
    2023

    Sena 
    2024

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 2027

    TOTAL

    INTESTATURA 5 (7 mill-2021) 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 (7) 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Barra mill-INTESTATURA 5 8  
    of the multiannual financial framework

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra  
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal  
    barra mill-INTESTATURA 5 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    2020:

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew intużaw mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

    X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Sena 
    2021

    Sena 2022

    Sena 2023

    Sena 2024

    Sena 2025

    Sena 2026

    Sena 2027

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

    •Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

    XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 04 ss  9

    - fil-kwartieri ġenerali

    - fid-delegazzjonijiet

    XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    DG BUDG huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji

    Ħruġ ta’ dejn, amministrazzjoni ta’ self u kontabbiltà, saldu.

    Persunal estern

    Ħruġ ta’ dejn, amministrazzjoni ta’ self u kontabbiltà, saldu.

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    X    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u ma’ dak li qiegħed jiġi propost.

       Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi

    Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

    X Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul 10 .

    X    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    dħul assenjat (linja ta’ dħul tal-baġit li għad trid tiġi ddeterminata)

    Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, EUR X biljun minn rikavati ta’ operazzjonijiet ta’ self ser jikkostitwixxu dħul assenjat estern iddedikat għal għotjiet lill-Istati Membri u garanziji baġitarji.

    EUR miljun (arrotondati)

    2021

    2022

    2023

    2024

    2025

    2026

    2027

    totali

    prezzijiet kostanti 2018

    prezzijiet kurrenti

    (1)    Tbassir Ekonomiku Ewropew, Dokument Istituzzjonali 125. Mejju 2020.
    (2)    SWD(2020)XXXX..
    (3)    Għandu/hom jiġi/u determinati fil-proċeduri baġitarji tal-2020 u l-2021. ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività (activity-based management); ABB: immaniġġjar ibbażat fuq l-ibbaġitjar (activity-based budgeting);
    (4)    Kif issir referenza fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (5)    Dettalji ta’ modi ta’ mmaniġġjar u referenzi għar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018 jistgħu jinkisbu mis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
    (6)    Billi s-self se jilħaq il-maturità tiegħu mill-2028, se jsiru biss il-pagamenti ta’ kupuni fis-snin preċedenti.
    (7)    L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li jsostnu l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta u ta’ riċerka diretta.
    (8)    L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li jsostnu l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta u ta’ riċerka diretta.
    (9)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    Top