IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.4.2020
COM(2020) 175 final
2020/0056(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta’ Marzu 2016 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tat-tifqigħa tal-COVID-19
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-pandemija tal-COVID-19 qed twassal għal telf ta’ ħajja bla preċedent fl-Unjoni Ewropea u qed tikkawża tbatija liema bħalha għan-nies tal-Ewropa. L-Istati Membri qegħdin jadottaw miżuri eċċezzjonali li jrażżnu l-libertajiet personali biex jillimitaw it-telf ta’ ħajjiet u jrażżnu t-tixrid tal-virus. B’konsegwenza ta’ dan, l-attivitajiet ekonomiċi qed jiġu mfixkla u qed jikkawżaw restrizzjonijiet ta’ likwidità u deterjorament serju tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-atturi ekonomiċi.
Is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni estrema permezz tal-firxa rapida tal-virus u l-għadd kbir ta’ pazjenti li jenħtieġ li jinżammu l-isptar. L-Istati Membri kollha huma mġiegħla jżidu l-infiq fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom sabiex jiffinanzjaw il-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li jkomplu jipprovdu servizzi mediċi essenzjali lill-pazjenti l-oħra kollha. Fl-istess ħin, il-pajjiżi tal-UE qed ikollhom jallokaw riżorsi umani biex jidentifikaw, jakkwistaw u jiżguraw il-forniment f’waqtu tat-tagħmir mediku tant meħtieġ u tad-dispożizzjonijiet li jakkumpanjawh.
Filwaqt li bħalissa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri differenti tvarja, il-fatt li din tevolvi malajr juri b’mod tanġibbli li l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi hija kkonċernata u li hija meħtieġa reazzjoni kollettiva, koordinata u urġenti biex tiġġieled it-tixrid tal-virus b’mod effettiv u ttaffi l-impatt tiegħu malajr kemm jista’ jkun. L-indirizzar ta’ din is-sitwazzjoni eċċezzjonali b’mod effettiv teħtieġ strateġija koordinata ta’ miżuri differenti li jimmiraw b’mod partikolari li jippreservaw il-ħajja tan-nies, jipprevjenu u jtaffu t-tbatija umana u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem.
Azzjoni koordinata fil-livell tal-UE tagħmilha possibbli li tiġi indirizzata l-kriżi attwali u tiġi żgurata reazzjoni xierqa b’segwitu fost l-oħrajn permezz ta’:
–akkumulazzjoni ta’ stokkijiet usa’ u aktar rapida u koordinazzjoni ta’ distribuzzjoni ta’ riżorsi essenzjali madwar l-Ewropa;
–jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-trasport għal tagħmir protettiv li għandu jiġi importat minn sħab internazzjonali kif ukoll it-trasport madwar l-UE;
–it-trasport ta’ pazjenti fil-bżonn lejn sptarijiet transfruntiera li jistgħu joffru kapaċità libera;
–il-kooperazzjoni transfruntiera biex tittaffa l-pressjoni minn fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-aktar reġjuni milquta tal-UE;
–l-akkwist ċentrali u d-distribuzzjoni ta’ provvisti mediċi essenzjali għall-isptarijiet u l-provvista ta’ emerġenza ta’ tagħmir protettiv għall-persunal tal-isptar, bħalma huma r-respiraturi, il-ventilaturi, it-tagħmir protettiv personali, il-maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw, il-mediċini, it-terapiji u l-provvisti tal-laboratorju u d-diżinfettanti;
–żieda u konverżjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-intrapriżi tal-UE biex jiġu żgurati l-produzzjoni u l-użu rapidu ta’ tagħmir u materjal meħtieġ biex b’mod urġenti jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ provvisti ta’ prodotti essenzjali u mediċini;
–żieda fil-faċilitajiet u r-riżorsi ta’ kura, inklużi sptarijiet fuq il-post u semi-permanenti u appoġġ għal faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid;
–iż-żieda fil-produzzjoni ta’ kits għall-ittestjar u appoġġ għall-akkwist ta’ sustanzi bażiċi ewlenin;
–l-ispinta lill-iżvilupp rapidu ta' medikazzjoni u ta’ metodi ta’ ttestjar;
–l-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-provvisti tal-ittestjar (kits għall-ittestjar, reaġenti, hardware).
Il-miżuri previsti taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili/rescEU, l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus biex jiġu skjerati l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u strumenti oħra tal-Unjoni qed jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata parzjalment l-emerġenza tas-saħħa pubblika attwali. Madankollu, l-iskala u l-ambitu tal-isfida jeħtieġu rispons aktar b’saħħtu, dirett b’mod partikolari għas-settur tal-kura tas-saħħa tal-UE. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tgħammar lill-UE b’kaxxa tal-għodda usa’ li tkun proporzjonata għall-iskala kbira tal-pandemija attwali tal-COVID-19.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-appoġġ taħt ir-Regolament dwar l-għoti ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza (Nru 2016/369) jenħtieġ li jkun attivat kemm jista’ jkun malajr. Dan se jippermetti lill-Unjoni timplimenta miżuri li jipprevjenu u jtaffu l-konsegwenzi severi fi Stat Membru wieħed jew aktar u tindirizza b’mod koordinat il-ħtiġijiet marbuta mad-diżastru tal-COVID-19, billi tikkumplimenta l-assistenza pprovduta permezz ta’ strumenti oħra tal-UE.
Ir-Regolament dwar l-Għoti ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza joffri mezz konkret biex jesprimi solidarjetà fil-livell tal-UE billi jinvolvi liċ-ċittadini u lis-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-kriżi. Fuq in-naħa tan-nefqa l-istrument jippermetti l-involviment ta’ NGOs kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ta’ awtoritajiet reġjonali u nazzjonali (eż. is-setturi tas-saħħa). Fuq in-naħa tad-dħul huwa jipprevedi mhux biss kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri iżda wkoll donazzjonijiet minn individwi, fondazzjonijiet u anki finanzjament kollettiv. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tistabbilixxi l-modalitajiet meħtieġa kollha biex tippermetti l-ġbir rapidu ta’ kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Filwaqt li tqis il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qed tipproponi li tattiva l-appoġġ ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/369 u li temenda wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu biex tindirizza l-ħtiġijiet speċjali tat-tifqigħa tal-COVID-19. B’mod partikulari, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi:
–l-attivazzjoni tal-appoġġ tal-UE mill-1 ta’ Frar 2020 u għal perjodu ta’ sentejn;
–l-estensjoni tal-ambitu tal-azzjonijiet eliġibbli u tas-sħab eliġibbli inkarigati mill-implimentazzjoni fid-dawl tal-ambitu wiesa’ tal-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID–19 u biex jiġi definit aktar l-ambitu tal-kostijiet eliġibbli;
–l-applikazzjoni retroattiva tar-Regolament mill-1 ta’ Frar 2020, b’eliġibbiltà tal-azzjonijiet rilevanti sa minn dik id-data bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri;
–il-perjodu estiż biex jiġu konklużi l-impenji legali biex tiġi żgurata l-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-appoġġ ta’ emerġenza;
–il-possibbiltà li l-Kummissjoni tikseb appoġġ ta’ emerġenza għall-Istati Membri biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, inkluż permezz ta’ akkwist konġunt, u akkwist ċentralizzat f’isem l-Istati Membri.
L-azzjoni u l-miżuri koordinati permessi skont ir-Regolament propost se jkunu komplementari għall-appoġġ ipprovdut skont strumenti oħra tal-UE.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni:
Il-proposta biex jiġi attivat l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza hija parti mill-pakkett ta’ miżuri tal-UE li jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19 attwali. Miżuri bħal dawn huma msejsa fuq approċċ koordinat u ambizzjuż biex isir l-aktar użu effettiv ta’ riżorsi disponibbli mill-baġit tal-UE, bħalma huma l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus, l-estensjoni proposta tal-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għall-kriżijiet tas-saħħa pubblika, l-isfruttar tal-possibbiltajiet kollha taħt l-istrumenti finanzjarji u l-garanzija baġitarja tal-FEIS biex issaħħaħ l-appoġġ għall-investiment (eż. il-Kompetittività tal-programm - COSME - għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u l-Garanziji ta' InnovFin għall-SMEs taħt il-programm Orizzont 2020).
Din il-proposta tikkumplimenta l-miżuri kollha msemmija hawn fuq.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Kif speċifikat hawn fuq, il-pandemija tal-COVID-19 hija avveniment għal għarrieda u eċċezzjonali li jwassal għal impatt massiv u ta’ tfixkil fuq is-sistemi finanzjarji, ekonomiċi u tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri. Din l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex twieġeb għall-kriżi attwali tal-COVID-19 fi spirtu ta’ solidarjetà. Huwa għalhekk skont l-Artikolu 122(1) TFUE li l-Unjoni qed tadotta l-miżuri previsti u azzjoni koordinata bl-għan li jiġu indirizzati d-diffikultajiet serji li qed tiltaqa’ magħhom.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-attivazzjoni tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza għall-ġlieda kontra l-COVID-19 fl-UE hija msejsa fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Minħabba d-dimensjoni globali tal-pandemija tal-COVID-19, l-iskala kbira tal-effetti ekonomiċi u soċjali tagħha u l-pressjoni għolja fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri kollha, l-Unjoni hija f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri waħedhom biex tindirizza l-kriżi b’mod olistiku u kkoordinat fuq kull livell.
Hija biss azzjoni koordinata motivata minn spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri li tista’ tiżgura li l-firxa tal-COVID-19 titwaqqaf b’mod effiċjenti u rapidu, u li l-impatt tad-diżastru jiġi mitigat kemm jista’ jkun u l-konsegwenzi tiegħu jiġu indirizzati biex jiġi evitat li dan jerġa’ jfeġġ. Minħabba t-talbiet urġenti biex jiġu mobilizzati r-riżorsi fi skala suffiċjenti u jiġu implimentati fl-Istati Membri tal-UE abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom, huwa meħtieġ li l-UE taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kollha li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19.
•Proporzjonalità
Il-mobilizzazzjoni u l-użu min-naħa tal-UE tar-riżorsi kollha meħtieġa biex titrażżan il-firxa tal-COVID-19 jgħinu b’mod sinifikanti biex jiżdiedu l-azzjonijiet għall-preservazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u tad-dinjità tal-bniedem u għall-irkupru tal-ekonomiji tal-Istati Membri. Minħabba l-konsegwenzi mingħajr preċedent tal-COVID-19 għaċ-ċittadini kollha tal-UE u għas-setturi kollha tal-ekonomija u minħabba l-ħtieġa għal azzjoni rapida u effiċjenti, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-istrument attwali.
•Għażla tal-istrument
Filwaqt li titqies id-dimensjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u d-dimensjoni tal-impatt soċjali, ekonomiku u finanzjarju tagħha, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li taġixxi permezz ta’ regolament li huwa ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u applikabbli b’mod dirett u immedjat. Dan ikun jirriżulta f’mekkaniżmu ta’ assistenza finanzjarja rapida, uniformi u li japplika għall-Unjoni kollha.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta biex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-Kunsill, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Mhux rilevanti.
•Valutazzjoni tal-impatt
Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux rilevanti.
•Drittijiet fundamentali
Mhux rilevanti.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Qed tiġi proposta allokazzjoni ta’ EUR 2,7 biljun għall-2020 biex tappoġġa l-finanzjament ta’ azzjonijiet previsti taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza li ġie attivat mill-ġdid. Is-sorsi ta’ finanzjament huma deskritti f’aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ppreżentata ma’ din il-proposta u riflessa fl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2020.
Jista’ jingħata finanzjament addizzjonali skont l-evoluzzjoni tal-kriżi u l-ħtiġijiet relatati li ma jistgħux ikunu koperti minn strumenti oħra.
5.ELEMENTI OĦRA
Mhux rilevanti.
2020/0056 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta’ Marzu 2016 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tat-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 122(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-kriżi tal-COVID-19, iddikjarata pandemija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-11 ta’ Marzu 2020, affettwat lis-soċjetà u lill-ekonomija tal-Unjoni Ewropea b’mod drammatiku, u ħtieġet lill-Istati Membri biex jadottaw sensiela ta’ miżuri eċċezzjonali.
(2)Barra l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija, is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri huma batuti ħafna minħabba l-kriżi. L-Istati Membri kollha qed iħabbtu wiċċhom ma’ domanda li żdiedet b’mod partikolari għal tagħmir u provvisti mediċi, servizzi pubbliċi essenzjali u kapaċitajiet ta’ produzzjoni għal materjali bħal dawn.
(3)Hemm bżonn ta’ miżuri rapidi u diversifikati biex l-Unjoni kollha tkun tista’ tindirizza l-kriżi fi spirtu ta’ solidarjetà taħt ir-restrizzjonijiet ikkawżati mit-tixrid rapidu tal-virus. B’mod partikolari, tali miżuri jenħtieġ li jkollhom l-għan li jippreservaw il-ħajja, jipprevjenu u jtaffu s-sofferenza umana u li jżommu d-dinjità tal-bniedem kull fejn jinqala’ l-bżonn b’konsegwenza tal-kriżi attwali tal-COVID-19.
(4)In-natura u l-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 huma ta’ skala kbira u transnazzjonali u għalhekk jeħtieġu rispons komprensiv. Il-miżuri previsti taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“rescEU”) stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u strumenti eżistenti oħra tal-Unjoni huma limitati fl-iskala u għalhekk ma jippermettux rispons suffiċjenti u lanqas ma jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati b’mod effettiv il-konsegwenzi fuq skala kbira tal-kriżi tal-COVID-19 fl-Unjoni.
(5)Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi attivat l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369.
(6)Sabiex ikun permess il-livell ta’ flessibbiltà meħtieġ biex jiġi żgurat rispons koordinat fit-tul f’ċirkostanzi mhux previsti kif inhu l-każ għall-kriżi tal-COVID-19, eż. il-forniment ta’ provvisti mediċi u medikazzjoni, il-miżuri ta’ rkupru, riċerka medika rilevanti, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-impenji baġitarji li jsiru matul il-perjodu ta’ attivazzjoni jkunu jistgħu jintużaw għall-konklużjoni ta’ impenji legali matul id-durata kollha tal-perjodu ta’ attivazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-regoli finanzjarji ġenerali applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.. Jenħtieġ li l-kostijiet imġarrba skont dawn l-impenji legali jkunu eliġibbli għall-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tagħhom.
(7)Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u kundizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri kollha, huwa wkoll meħtieġ li jkun hemm lok għal eliġibbiltà retroattiva tal-kostijiet mid-data tal-attivazzjoni tal-appoġġ, inkluż għal azzjonijiet li diġà tlestew, dment li jkunu bdew wara dik id-data.
(8)Sabiex tiġi ppreservata n-natura sussidjarja tal-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/369, tali appoġġ jenħtieġ li jkun strettament komplementari għal kwalunkwe assistenza li ssir disponibbli taħt strumenti oħra tal-Unjoni.
(9)Fil-kuntest ta’ kriżi tal-COVID-19, sar evidenti li huwa meħtieġ li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/369 biex jiġi pprovdut finanzjament li jkopri l-ħtiġijiet urġenti għal tagħmir u materjali mediċi, bħall-ventilaturi respiratorji u t-tagħmir protettiv, il-provvisti kimiċi għat-testijiet, il-kostijiet għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ mediċini, u provvisti u materjali oħra. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jappoġġaw il-passi meħtieġa biex tinkiseb l-approvazzjoni għall-użu ta’ prodotti mediċi.
(10)Biex tittaffa l-pressjoni akuta fuq il-forza tax-xogħol medika u fuq ir-riżorsi tal-istat minħabba kapaċitajiet insuffiċjenti ta’ servizzi pubbliċi essenzjali, u biex tinżamm il-vijabbiltà tas-sistema tal-kura tas-saħħa, jenħtieġ li jkunu appoġġati l-infurzar temporanju u l-iskambju ta’ professjonisti mediċi kif ukoll it-trattament ta’ pazjenti minn Stati Membri oħra, b’mezzi finanzjarji jew organizzazzjonali.
(11)Jenħtieġ li l-professjonisti fil-kura tas-saħħa u l-loġistika jirċievu taħriġ ukoll fid-dawl tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-provvisti tal-kura tas-saħħa.
(12)Fid-dawl tal-konsegwenzi fuq skala kbira tal-COVID-19, jenħtieġ li jkun hemm impenn rapidu u komprensiv tas-sħab rilevanti kollha, inkluż tal-awtoritajiet pubbliċi, tal-fornituri primarji u privati tal-kura tas-saħħa u tal-kura fl-isptarijiet u fid-djar tal-kura, eċċ., attivitajiet biex tittaffa l-pressjoni fuq l-infrastruttura tas-saħħa u biex jingħata appoġġ lil gruppi ta’ persuni vulnerabbli f’riskju.
(13)Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ provvista, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni għal prodotti mediċi essenzjali bħal medikazzjoni, testijiet dijanjostiċi, provvisti tal-laboratorji, tagħmir protettiv, eċċ. u jenħtieġ li jiġi pprovdut finanzjament biex jinżamm stokk ta’ dawn il-prodotti.
(14)Il-metodi ta’ ttestjar addizzjonali jew alternattivi biex tiżdied il-kapaċità u r-riċerka medika rilevanti, jenħtieġ li jiġu assistiti b’mezzi finanzjarji u/jew organizzattivi.
(15)L-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri qed jiffaċċjaw diffikultajiet legali u prattiċi konsiderevoli fix-xiri ta’ provvisti jew servizzi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jieħdu l-akbar benefiċċju possibbli mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u tal-kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji, huwa ta’ l-akbar importanza li jiġu estiżi l-possibbiltajiet li l-Kummissjoni tixtri provvisti jew servizzi f’isem l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-proċeduri ta’ akkwist rilevanti. Meta awtorità kontraenti ta’ Stat Membru twettaq ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, dik l-awtorità kontraenti tibqa’ responsabbli għall-istadji li twettaq.
(16)F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta jkun meħtieġ li jitwettaq akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u awtorità kontraenti waħda jew aktar mill-Istati Membri, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri kompletament jakkwistaw, jikru jew jieħdu b’lokazzjoni l-kapaċitajiet akkwistati b’mod konġunt.
(17)Jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tixtri, taħżen, tbiegħ mill-ġdid u tagħti provvisti u servizzi, inklużi l-kirjiet, lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet tas-sħab magħżula mill-Kummissjoni.
(18)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/369 jiġi emendat skont dan.
(19)Minħabba s-sitwazzjoni relatata mal-kriżi tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.
(20)Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u kundizzjonijiet ekwi għall-Istati Membri kollha u tiġi pprovduta kopertura irrispettivament minn meta seħħet it-tifqigħa f’kull Stat Membru, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat mill-1 ta’ Frar 2020,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/369 huwa b’dan attivat biex jiffinanzja n-nefqa meħtieġa biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19 għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-31 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u b’deroga minnu, l-impenji baġitarji globali li jwasslu għal nefqa għall-appoġġ skont dan ir-Regolament għandhom ikopru l-kostijiet totali tal-impenji legali korrispondenti li jsiru sa tmiem il-perjodu ta’ attivazzjoni msemmi fl-Artikolu 1.
In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tal-attivazzjoni tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 1.
B’deroga mill-Artikolu 193(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jistgħu jingħataw għotjiet għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sakemm l-azzjonijiet ikunu nbdew wara d-data tal-attivazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) 2016/369 huwa emendat kif ġej:
(1)L-Artikoli 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:
"Artikolu 3
Azzjonijiet eliġibbli
1. L-appoġġ ta' emerġenza skont dan ir-Regolament għandu jagħti rispons ta' emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet, li jikkomplimenta r-rispons tal-Istati Membri affettwati, immirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tas-sofferenza umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem fejn ikun meħtieġ minħabba xi diżastru msemmi fl-Artikolu 1(1). Mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta’ attivazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), l-appoġġ jista’ jingħata wkoll bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet wara diżastru jew li jiġi evitat li jerġa’ jfeġġ.
2. L-appoġġ ta' emerġenza, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jista' jinkludi kwalunkwe azzjoni ta' għajnuna umanitarja li tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1257/96, u jista' konsegwentement jinkludi assistenza, sokkors u, fejn meħtieġ, operazzjonijiet ta' protezzjoni biex tiġi salvata u ppreżervata l-ħajja f'diżastri jew minnufih warajhom. Jista' jintuża wkoll biex jiffinanzja kull nefqa oħra marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-appoġġ ta' emerġenza skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-appoġġ jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness 1.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-appoġġ ta' emerġenza skont dan ir-Regolament għandu jingħata u jiġi implimentat f'konformità mal-prinċipji umanitarji fundamentali tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza.
4. L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew minn organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tagħżel, b’mod partikolari, bħala organizzazzjonijiet sħab, organizzazzjonijiet mhux governattivi, servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri, awtoritajiet nazzjonali u korpi pubbliċi oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom u, fejn xieraq u meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni, organizzazzjonijiet u entitajiet oħrajn li għandhom l-għarfien espert meħtieġ jew li huma attivi fis-setturi rilevanti għall-għajnuna f’każ ta’ diżastru, bħall-fornituri ta’ servizzi privati, il-manifatturi ta’ tagħmir kif ukoll ix-xjentisti u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka. B'hekk, il-Kummissjoni għandha żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru milqut.
Artikolu 4
Tipi ta' intervent finanzjarju u proċeduri ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'mod partikolari, il-finanzjament mill-Unjoni għal azzjonijiet ta' appoġġ skont dan ir-Regolament għandu jkun implimentat permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta skont il-punti (a) u (c), rispettivament, tal-Artikolu 62(1) ta' dan ir-Regolament.
2. L-appoġġ ta’ emerġenza skont dan ir-Regolament għandu jkun iffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet li jistgħu jsiru mill-Istati Membri u minn donaturi oħra pubbliċi jew privati bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.
3. Il-finanzjament mill-Unjoni għal azzjonijiet ta' appoġġ skont dan ir-Regolament li għandu jiġi implimentat permezz ta' ġestjoni diretta jista' jingħata direttament mill-Kummissjoni mingħajr sejħa għal proposti, f'konformità mal-Artikolu 195 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046. Għal dan l-għan il-Kummissjoni tista' tidħol fi ftehimiet qafas ta' sħubija jew tibbaża fuq ftehimiet qafas ta' sħubija li diġà jeżistu u li ġew konklużi f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1257/96.
4. Meta l-Kummissjoni timplimenta operazzjonijiet ta' appoġġ ta' emerġenza permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali għandhom jitqiesu bħala ssodisfati fejn ikun hemm fis-seħħ ftehim qafas ta' sħubija bejn dik l-organizzazzjoni u l-Kummissjoni bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1257/96.
5. L-appoġġ ta’ emerġenza skont dan ir-Regolament jista’ jingħata fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a) akkwist konġunt mal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 165 (2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li bih l-Istati Membri jistgħu jakkwistaw, jikru jew jieħdu b’lokazzjoni kompletament il-kapaċitajiet miġbura b’mod konġunt;
(b) għoti ta’ akkwist pubbliku mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri bbażat fuq ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
(c) għoti ta’ akkwist pubbliku mill-Kummissjoni bħala bejjiegħ bl-ingrossa permezz tax-xiri, l-istokkjar u l-bejgħ mill-ġdid jew l-għoti ta’ provvisti u servizzi, inklużi l-kirjiet, lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni.
6. Fil-każ ta’ proċedura ta’ akkwist kif imsemmi fil-paragrafu 5(b), il-kuntratti li jirriżultaw għandhom jiġu konklużi minn wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) mill-Kummissjoni li permezz tagħha s-servizzi jew l-oġġetti għandhom jingħataw jew jiġu kkonsenjati lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet sħab magħżula mill-Kummissjoni;
(b) mill-Istati Membri parteċipanti li permezz tagħhom huma għandhom jakkwistaw, jikru jew jieħdu b’lokazzjoni l-kapaċitajiet miksuba għalihom mill-Kummissjoni.
7. Fil-każ ta’ proċeduri ta’ akkwist kif imsemmi fil-paragrafu 5 (b) u (c), il-Kummissjoni għandha ssegwi r-regoli tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għall-akkwist tagħha stess.”
(2)Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“1. Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jkopri kwalunkwe kost dirett meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 3, inklużi x-xiri, il-preparazzjoni, il-ġbir, it-trasport, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ oġġetti u servizzi taħt dawk l-azzjonijiet kif ukoll kostijiet ta’ investiment ta’ azzjonijiet jew proġetti relatati direttament mal-kisba tal-objettivi tal-appoġġ ta’ emerġenza attivat skont dan ir-Regolament. ”
2. Il-kostijiet indiretti tal-organizzazzjonijiet sħab jistgħu jkunu koperti wkoll f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046. ”
(3)Jiżdied l-Anness 1 li ġej:
“ANNESS 1
Azzjonijiet eliġibbli
L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu ffinanzjati fil-każ ta’ pandemiji li għandhom effett fuq skala kbira:
(a) it-tisħiħ temporanju tal-forza tax-xogħol medika, l-iskambju ta’ professjonisti mediċi, l-ospitar ta’ pazjenti barranin jew tip ieħor ta’ appoġġ reċiproku;
(b) l-iskjerament ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa temporanji u l-estensjoni temporanja ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa eżistenti biex tittaffa l-pressjoni fuq l-istrutturi eżistenti u tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-kura tas-saħħa;
(c) attivitajiet li jappoġġaw l-amministrazzjoni tal-applikazzjoni fuq skala kbira ta’ testijiet mediċi u t-tħejjija tal-istrateġiji u l-protokolli meħtieġa għall-ittestjar xjentifiku;
(d) l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ kwarantina temporanji u miżuri oħra xierqa fil-fruntieri tal-Unjoni;
(e) l-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-akkwist u d-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċi;
(f) żidiet u konverżjonijiet tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni għall-prodotti mediċi kif imsemmi fil-punt (e) biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ provvista;
(g) il-manutenzjoni tal-istokk ta’ prodotti mediċi kif imsemmi fil-punt (e) u r-rimi tagħhom;
(h) azzjonijiet li jappoġġaw il-passi meħtieġa biex tinkiseb l-approvazzjoni għall-użu tal-prodotti mediċi kif imsemmi fil-punt (e) jekk meħtieġ;
(j) azzjonijiet biex jiġu żviluppati metodi xierqa għall-intraċċar tal-iżvilupp tal-epidemija u tar-riżultati tal-miżuri implimentati biex jindirizzawha;
(k) l-organizzar ta’ provi kliniċi ad-hoc ta’ terapiji jew ta’ dijanjostika potenzjali skont l-istandards ta’ prova maqbula fil-livell tal-Unjoni;
(l) il-validazzjoni xjentifika ta’ prodotti mediċi, inklużi metodi ġodda ta’ ttestjar potenzjali.
Il-lista ta' hawn fuq mhijiex eżawrjenti.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta / inizjattiva
1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta' ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta / tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta’ Marzu 2016 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tat-tifqigħa tal-COVID-19.
1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Migrazzjoni u affarijiet interni (Titolu 18 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Taqsima 3 il-Kummissjoni)
1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva
X.Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida
◻ Il-proposta / l-inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja
◻ Il-proposta / l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta / l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / l-inizjattiva
Appoġġ ta’ emerġenza jista’ jingħata skont ir-Regolament (UE) 2016/369 f’każ ta’ diżastru attwali jew potenzjali naturali jew ikkawżat mill-bniedem, fejn l-iskala u l-impatt eċċezzjonali tad-diżastru jkunu tali li jikkawżaw konsegwenzi umanitarji serji mifruxin fi Stat Membru wieħed jew aktar u biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-ebda strument ieħor disponibbli għall-Istati Membri u għall-Unjoni ma jkun biżżejjed.
Jenħtieġ li l-attivar tal-appoġġ ta' emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 jikkontribwixxi direttament għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ dawk il-persuni li jkollhom dritt jibbenefikaw minn azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja bħala parti mill-attivazzjoni, inkluż il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, u d-drittijiet għall-ħajja u għall-integrità tal-persuna (l-Artikoli 1, 2 u 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE).
L-għan ta’ dan ir-Regolament tal-Kunsill huwa li jistabbilixxi miżuri li jwieġbu għall-ħtiġijiet umanitarji urġenti u eċċezzjonali li hemm fl-Istati Membri b’riżultat tat-tixrid tas-sindromu respiratorju akut gravi coronavirus 2 (SARS-CoV-2) u l-marda relatata (COVID-19), li ġiet ikkaratterizzata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ interess internazzjonali u pandemija globali. L-Istati Membri kollha tal-UE (kif ukoll il-pajjiżi taż-ŻEE u r-Renju Unit) huma affettwati.
1.4.2.L-objettiv(i) speċifiku / speċifiċi u l-attività / l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Objettiv speċifiku
Jingħata appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji urġenti fil-forma ta’ appoġġ lill-Istati Membri, assistenza, għajnuna u, fejn meħtieġ, operazzjonijiet biex tiġi ppreservata l-ħajja.
Din l-inizjattiva għandha tkun sinjal konkret ta’ solidarjetà fl-Unjoni.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta / l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji / il-gruppi fil-mira.
Il-proposta se tippermetti li, fit-territorju tagħha, l-Unjoni Ewropea tindirizza l-ħtiġijiet umanitarji urġenti taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19.
B’mod partikolari, jittieħdu azzjonijiet li jirrigwardaw it-trasport ta’ tagħmir, il-forniment ta’ sptarijiet u timijiet mediċi temporanji, sptarijiet speċjalizzati għall-pazjenti bil-COVID, provvisti mediċi (inklużi ventilaturi respiratorji, tagħmir protettiv personali, id-dijanjostika u t-terapiji), timijiet mediċi mobbli, trasport ta’ pazjenti bil-COVID u pazjenti mhux bil-COVID.
Se jingħata appoġġ ta' emerġenza f'konformità mal-prinċipji umanitarji fundamentali ta’ umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
L-għadd ta’ persuni li jibbenefikaw mill-appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni Ewropea f’ammont assolut jew, jekk disponibbli, bħala perċentwal tat-total ta’ dawk li jeħtieġu assistenza.
L-għadd ta’ sptarijiet u timijiet mediċi temporanji, ta’ timijiet mediċi mobbli.
Il-kobor tal-provvisti mediċi pprovduti (f’ammont assolut u, jekk disponibbli, bħala perċentwal tal-ħtiġijiet totali).
1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil
Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill għandha l-għan li tissupplimenta strumenti eżistenti u bażijiet ġuridiċi tal-Unjoni, u partikolarment li tipprovdi b’mod aktar immirat, appoġġ ta’ emerġenza lil persuni fl-Unjoni biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji urġenti b’konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19 fl-Istati Membri. Il-provvista ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni Ewropea hija meħtieġa fejn l-iskala u l-impatt eċċezzjonali jkunu tali li jwasslu għal konsegwenzi umanitarji serji u mifruxin.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-azzjonijiet li jieħdu l-Istati Membri affettwati, inkluż bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni li għandu jsir disponibbli skont strumenti oħra tal-Unjoni ma jidhirx li jkunu kapaċi jindirizzaw b’mod effettiv il-konsegwenzi umanitarji tat-tifqigħa fl-Unjoni f’dak li jirrigwarda s-saħħa pubblika, fid-dawl b’mod partikolari tal-qafas ta’ żmien li fih tali appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jista’ jsir disponibbli.
Minħabba li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 huma ssodisfati, huwa xieraq li l-Kunsill jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament fir-rigward tat-tifqigħa tal-COVID-2019.
Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-provvediment ta' appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni ġie adottat mill-Kunsill fil-15 ta’ Marzu 2016. L-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza ġie attivat fl-2016 sabiex ilaħħaq mal-influss kbir ta’ refuġjati u migranti fil-Greċja li ħoloq emerġenza umanitarja.
F’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369, f’Marzu 2019 il-Kummissjoni ppreżentat evalwazzjoni ta’ kif iffunzjona r-Regolament lill-Kunsill. L-evalwazzjoni kienet pożittiva u wasslet biex ir-Regolament jinżamm fis-seħħ anki jekk mhux attivat u mingħajr xi proposta biex jiġi emendat.
1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-finanzjament ta’ din l-inizjattiva jirrikjedi emenda tar-Regolament dwar il-QFP.
Permezz ta’ dan il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili (il-"Mekkaniżmu tal-Unjoni"), l-Unjoni tfittex li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex itejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista’ jiġi attivat mill-Istati Membri f’każ ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi emerġenzi gravi ta’ saħħa fl-Unjoni.
Il-bini tal-kapaċitajiet tar-rescEU għadu fil-fażi ta’ żvilupp fir-rigward tal-assi direttament rilevanti għall-kriżijiet li għalihom hija proposta l-attivazzjoni.
Għalhekk, filwaqt li m’hemmx dubju li kull appoġġ li jingħata taħt l-attivazzjoni proposta jenħtieġ li jkun supplimentari għal kwalunkwe assistenza offruta permezz tal-Mekkaniżmu, kull assistenza li tingħata taħtu aktarx li ma tkunx ta’ tali skala li tista’ titqies bħala suffiċjenti biex fl-Unjoni jiġu indirizzati b’mod effettiv il-konsegwenzi umanitarji tat-tifqigħa li jirrigwardaw is-saħħa pubblika. Il-miżuri taħt il-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili u l-Istrument ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza għalhekk huma komplementari.
Sa fejn iservi biex jipprovdi assistenza ta’ emerġenza biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ persuni milquta minn diżastri, l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 jista’ jitqies li huwa qrib it-tip ta’ għajnuna li għandha tingħata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja. Madankollu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1247/96 jista’ jintuża biss biex jiffinanzja operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja barra mill-Unjoni, u għalhekk, f’każ ta’ diżastri fl-Unjoni, ma jissostitwix ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Ir-riallokazzjonijiet kollha possibbli ġew eżawriti fil-kuntest attwali tat-tifqigħa tal-COVID-19. Il-kobor tat-tifqigħa tal-COVID-19 fl-Istati Membri u l-ħtiġijiet potenzjali relatati jiġġustifikaw l-użu ta’ strumenti speċjali kif previst fir-Regolament dwar il-QFP.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
X Proposta b’tul ta’ żmien limitat
–effettivament mid-data tal-adozzjoni għal perjodu ta’ 24 xahar (“perjodu ta’ attivazzjoni”); azzjonijiet li jirċievu appoġġ finanzjarju skont ir-Regolament (UE) 2016/369 bħala parti minn din l-attivazzjoni jista’ jkollhom perjodu ta’ implimentazzjoni li jintemm wara t-tmiem tal-perjodu ta’ attivazzjoni bil-kundizzjoni li kull perjodu ta’ tali implimentazzjoni ma jintemmx aktar minn 24 xahar wara tmiem il-perjodu ta’ attivazzjoni
–Impatt finanzjarju: l-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2020 sal-2023 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu nkarigati lil:
–◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–X organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–X korpi rregolati bil-liġi pubblika;
–X korpi amministrati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Kummissjoni għandhom jiġu mmonitorjati regolarment.
Il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament.
2.2.Sistema ta' ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
L-implimentazzjoni se ssir permezz ta’ azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet sħab magħżula, inklużi NGOs u n-Nazzjonijiet Uniti u l-Aġenziji tagħha, Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Aġenziji Speċjalizzati tal-Istati Membri permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta. Meta jkun meħtieġ ċerti attivitajiet jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi minn organizzazzjonijiet oħra permezz ta’ ġestjoni diretta. Dan l-istruttura hi meqjusa bħala l-aktar waħda xierqa biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument billi jitqiesu għalkollox il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-aħjar valur għall-flus.
Għal attivitajiet li fin-natura tagħhom huma qrib l-attivitajiet ta’ għajnuna umanitarja, se jiġu applikati l-modalitajiet ta’ pagament applikabbli għall-istrument għall-Għajnuna Umanitarja u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili f’modi ta’ ġestjoni kemm diretti kif ukoll indiretti billi dawn urew li huma adegwati.
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
Is-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea hija applikata biex tiżgura li l-fondi disponibbli taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jintużaw sew u f’konformità ma’ leġiżlazzjoni xierqa.
Is-sistema attwali hija strutturata kif ġej:
1. It-tim ta’ kontroll intern fis-servizz ewlieni (id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej / DĠ ECHO) jiffoka fuq il-konformità mal-proċeduri amministrattivi u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan il-għan. Servizzi oħra tal-Kummissjoni involuti fl-implimentazzjoni tal-Istrument se jsegwu l-istess Qafas ta’ Kontroll.
2. L-awditjar regolari ta’ għotjiet u kuntratti mwettaq minn awdituri esterni, li se jingħata taħt dan l-istrument se jkun totalment inkorporat fil-pjanijiet tal-awditu annwali.
3. Evalwazzjoni ta’ attivitajiet ġenerali minn evalwaturi esterni.
L-azzjonijiet imwettqa jistgħu jiġu awditjati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti tal-Awdituri.
Rigward is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ attivitajiet li huma qrib ta’ attivitajiet ta’ għajnuna umanitarja, se tiġi applikata l-esperjenza estensiva miksuba mill-implimentazzjoni tal-istrument ta’ Għajnuna Umanitarja u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili f’modi ta’ ġestjoni kemm diretti kif ukoll indiretti.
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
Bħala referenza, l-ispiża stmata tal-istrateġija ta’ kontroll tad-DĠ ECHO tirrappreżenta 0.3 % tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-2018 u 0.5 % tal-ġestjoni diretta tal-baġit tal-2018. L-elementi prinċipali ta’ dan l-indikatur huma:
– it-total tal-kostijiet tal-persunal tal-esperti tad-DĠ ECHO f’dan il-qasam, flimkien ma’ dawk tal-unitajiet finanzjarji u operattivi mmultiplikat bil-kwota stmata ta’ ħin iddedikat għall-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ;
– ir-riżorsi totali fis-settur tal-awditjar estern tad-DĠ ECHO iddedikati għall-awditi u l-verifiki.
Meta jitqies il-kost baxx ta’ tali kontrolli flimkien mal-benefiċċji kwantifikabbli (korrezzjonijiet u rkupri) u mhux kwantifikabbli (l-effett ta’ deterrent u l-effett ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-kontrolli) marbuta magħhom, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-benefiċċji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli li jirriżultaw mill-kontrolli jissuperaw sew l-ispiża limitata tagħhom.
Fir-rigward tal-entitajiet inkarigati biex jimplimentaw il-finanzjament tal-UE taħt modalità ta’ ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni tikkontribwixxi sa 7 % tal-kostijiet indiretti eliġibbli tagħhom biex tiżgura s-superviżjoni u l-ġestjoni tal-finanzjament tal-UE.
Dan huwa kkonfermat mir-rata pluriennali ta’ żbalji residwi ta’ 0.5 % irrappurtata mill-Kummissjoni fl-2018 għad-dipartiment tagħha għall-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri protettivi u ta’ prevenzjoni eżistenti jew previsti.
Bħala referenza, l-istrateġija ta’ kontra l-frodi tad-DĠ ECHO, li hija konformi mal-istrateġija ta’ kontra l-frodi tal-Kummissjoni, tintuża sabiex tiżgura fost l-oħrajn li:
– Il-kontrolli interni relatati kontra l-frodi tad-DĠ ECHO jkunu kompletament allinjati mal-istrateġija ta’ kontra l-frodi tal-Kummissjoni; (anti-fraud strategy, AFS);
– L-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju ta' frodi tad-DĠ ECHO ikun immirat sabiex jidentifika ż-żoni f’riskju ta' frodi u rispons adegwat.
Is-sistemi użati biex jintefqu l-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu li tiġi rkuprata data rilevanti bil-ħsieb li din id-data tintuża għall-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (pereż. il-finanzjament doppju).
Fejn meħtieġ, se jiġu stabbiliti gruppi ta’ netwerking u għodda tal-IT xierqa ddedikati għall-analiżi ta’ każijiet ta’ frodi relatati mas-settur.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja Baġitarja
|
Type of
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
mingħand pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
3
|
18 01 04 05 Nefqa ta’ sostenn għall-appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3
|
18 07 01 Strument għall-appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni
|
Diff
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Ebda linja baġitarja ġdida mitluba
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
3
|
Sigurtà u Ċittadinanza
|
DĠ: ECHO
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operattivi
|
|
|
|
|
|
18 07 01
|
Impenji
|
(1)
|
2 646,000
|
-
|
-
|
-
|
2 646,000
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
1 326,000
|
790,000
|
265,000
|
265,000
|
2 646,000
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
18 01 04 05
|
|
(3)
|
54,000
|
-
|
-
|
-
|
54,000
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ ECHO
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
2 700,000
|
-
|
-
|
-
|
2 700,000
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
1 380,000
|
790,000
|
265,000
|
265,000
|
2 700,000
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi
|
Impenji
|
(4)
|
2 646,000
|
-
|
-
|
-
|
2 646,000
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
1 326,000
|
790,000
|
265,000
|
265,000
|
2 646,000
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
54,000
|
-
|
-
|
-
|
54,000
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 3
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
2 700,000
|
-
|
-
|
-
|
2 700,000
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
1 380,000
|
790,000
|
265,000
|
265,000
|
2 700,000
|
L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
Il-Kummissjoni
|
• Riżorsi Umani
|
2,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
8,100
|
• Infiq amministrattiv ieħor
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
TOTAL il-Kummissjoni
|
Approprjazzjonijiet
|
2,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
8,100
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
2,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
8,100
|
Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
2 702,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
2 708,100
|
|
Pagamenti
|
1 382,700
|
792,700
|
266,550
|
266,150
|
2 708,100
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–X
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta' EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u l-outputs⇩
|
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Kost medju
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd
|
Kost
|
Għadd Totali
|
Kost totali
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU:
|
Trasport ta’ tagħmir
|
1
|
80
|
80
|
20
|
20
|
100
|
100
|
Sptarijiet u timijiet mediċi temporanji
|
10
|
9,6
|
96
|
2,4
|
24
|
12
|
120
|
Sptarijiet speċjalizzati għall-COVID
|
100
|
8
|
800
|
2
|
200
|
10
|
1 000
|
Provvisti mediċi (ventilaturi)
|
0,018
|
14 000
|
252
|
3 500
|
63
|
17 500
|
315
|
Provvisti mediċi (oħrajn)
|
0,002
|
428 000
|
856
|
107 000
|
214
|
535 000
|
1 070
|
Timijiet mediċi mobbli
|
0,04
|
800
|
32
|
200
|
8
|
1 000
|
40
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1
|
442 898
|
2 116
|
110 724
|
529
|
553 622
|
2 645
|
TOTALI
|
442 898
|
2 116
|
110 724
|
529
|
553 622
|
2 645
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.
–X
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
2,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
8,100
|
Infiq amministrattiv ieħor
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
2,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
8,100
|
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva
|
54,000
|
-
|
-
|
-
|
54,000
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
56,700
|
2,700
|
1,550
|
1,150
|
62,100
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji..
3.2.3.2.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena 2022
|
Sena 2013
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
10
|
10
|
5
|
5
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-”pakkett globali”)
|
15
|
15
|
10
|
5
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet))
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
TOTAL
|
25
|
25
|
15
|
10
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa jintlaħqu mill-persunal tad-DĠs li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà ngħata kariga band'oħra fid-DĠs, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠs li jkunu qed imexxu l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jsiru:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
–X
Il-proposta teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u / jew l-użu tal-istrumenti speċjali jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Minħabba n-nuqqas ta’ marġini u ta’ lok għal riallokazzjoni taħt l-intestatura 3 tal-QFP, il-Kummissjoni qed tipproponi b’mod parallel ma’ din l-inizjattiva:
•
li temenda r-Regolament dwar il-QFP sabiex jitneħħew il-limitazzjonijiet fl-ambitu tal-Marġini Globali għall-Impenji u li tuża l-ammont li jifdal taħt dan l-istrument għal din l-inizjattiva (fl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2020);
•
li timmobilizza l-ammont li jifdal tal-Istrument ta’ Flessibbiltà;
•
li timmobilizza l-Marġni ta’ Kontinġenza għall-bilanċ.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi
–X Il-proposta / l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn terzi.
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Totali
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta / l-inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq id-dħul mixxellanju