Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9953

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 338/06

PUB/2020/795

ĠU C 338, 12.10.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 338/06)

1.   

Fil-5 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Golden VinzClortho (“GVC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn CalSTRS (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Altitude Infrastructure Holding (“AIH”, Franza), ikkontrollata minn Altitude SAS, il-kumpanija li tikkontrolla tal-Altitude Group (Franza),

Altitude Infrastructure THD (“AI THD”, Franza).

GVC u AIH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ AI THD.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

GVC: fond ta’ investiment ikkontrollat minn CalSTRS, li huwa investitur passiv tal-ekwità u fond tal-pensjoni Amerikan li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar, tad-diżabilità u tas-superstiti lill-edukaturi tal-iskejjel pubbliċi ta’ California mill-prekindergarten sal-kulleġġ tal-komunità,

AIH: il-kumpanija azzjonarja tal-attivitajiet ta’ telekomunikazzjonijiet bl-ingrossa tal-Altitude Group,

AI THD: kumpanija Franċiża attiva fis-settur tal-iżvilupp tal-fibri fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top