EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9941

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni Il-Każ M.9941 — Private Theory Luxco/ARC Group Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 325/16

PUB/2020/774

ĠU C 325, 2.10.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/27


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.9941Private Theory Luxco/ARC Group

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 325/16)

1.   

Fit-23 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Private Theory Luxco Sàrl (“Private Theory Luxco”, il-Lussemburgu) ikkontrollata minn Richard Cashin (ċittadin Amerikan);

ARC Holdings SAS (“ARC Holdings”, Franza), kumpaniji prinċipali tal-grupp ARC.

Private Theory Luxco takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ARC Holdings kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Private Theory Luxco: attiva fix-xiri u l-ġestjoni ta’ stokks f’kumpaniji oħra. Private Theory Luxco tikkontrolla wkoll l-ADI, spin-off tal-grupp ARC attiv fi Spanja u l-Portugall fid-distribuzzjoni ta’ oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti użati għall-ikliet u oġġetti tal-kċina;

ARC Group: attiv fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ fuq il-mejda, b’mod partikolari oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti użati għall-ikliet u oġġetti tal-kċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9941 — Private Theory Luxco/ARC Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top