EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 52020M9794

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9794 — Renault/Ferrovial/Car Sharing Mobility Services) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 131/08

PUB/2020/318

ĠU C 131, 22.4.2020, blz. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9794 — Renault/Ferrovial/Car Sharing Mobility Services)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 131/08)

1.   

Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Renault Mobility bħala Industrija, ikkontrollata minn Renault, S.A.S. (“Renault”, Franza);

Ferrovial Mobility, S.L.U., ikkontrollata minn Ferrovial, S.A. (“Ferrovial”, Spanja);

Car Sharing Mobility Services, S.L. (“Zity Hub”, Spanja), bħalissa kkontrollata minn Ferriovial.

Renault u Ferrovial jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Zity Hub.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Renault: kumpanija multinazzjonali attiva fis-settur tal-karozzi, bl-attività prinċipali tagħha tkun il-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri. Filwaqt li l-attività prinċipali tagħha hija l-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri tad-ditti Renault, Dacia, Renault Samsung Motors, Alpine u LADA, hija tbigħ ukoll karozzi użati, spare parts għar-Renault, Dacia u Renault Samsung Motors u vetturi lil manifatturi oħra li jbigħuhom bl-isem tad-ditta tagħhom stess (pereżempju, Fiat, Daimler u GM);

Ferrovial: kostruttur u operatur internazzjonali tal-infrastruttura u fonitur ta’ servizzi f’erba’ servizzi kummerċjali prinċipali (bħalissa soġġetti għal żvestiment), toroq bil-ħlas, kostruzzjoni u ajruporti. Barra minn hekk, hija għandha wkoll attivitajiet fil-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti għat-trattament, il-purifikazzjoni u d-desalinazzazzjoni tal-ilma, ġestjoni ta’ aktar minn 400 kilometru ta’ wires tad-dawl u ta’ unità ġdida ta’ mobilità li taħseb biex tmexxi ’l quddiem u tiżviluppa opportunitajiet għal forom ġodda ta’ mobilità;

Zity Hub: kumpanija organizzata skont il-liġijiet ta’ Spanja għall-provvista ta’ servizzi ta’ car-sharing fiż-żona urbana ta’ Madrid (u ta’ wara t-Tranżazzjoni wkoll fi bliet/pajjiżi oħra) bil-marka tad-ditta Zity.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9794 — Renault/Ferrovial/Car Sharing Mobility Services

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Naar boven