EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9772

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9772 — Helvetia/CASER) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 131/10

PUB/2020/314

ĠU C 131, 22.4.2020, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9772 — Helvetia/CASER)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 131/10)

1.   

Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Helvetia Schweizerische Versicherungsgesellschaft AG (“Helvetia”, l-Isvizzera), finalment ikkontrollata minn Helvetia Holding AG,

Caja de Seguros Reunidos, Compañía de Seguros y Reaseguros, S.A (“CASER”, Spanja).

Helvetia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CASER kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CASER: Grupp Spanjol iffukat fuq il-kummerċ tal-assigurazzjoni, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, kliniċi tad-dentisti, jew servizzi ta’ djar għall-kura.

Helvetia: Assikuratur Swizzeru tal-linji kollha, preżenti wkoll f’ċerti Stati membri tal-Unjoni Ewropea (bħall-Ġermanja, l-Awstrija, Franza,l-Italja Spanja). Hija finalment ikkontrollata minn Helvetia Holding AG, kumpanija Svizzera kkwotata fil-Borża Swizzera.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9772 – Helvetia/CASER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top