Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9740

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9740 — ISQ/Rubis/Rubis Terminal) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 56/09

    PUB/2020/151

    ĠU C 56, 19.2.2020, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/10


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9740 — ISQ/Rubis/Rubis Terminal)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 56/09)

    1.   

    Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    I Squared Capital Advisors LLC (“ISQ”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Rubis SCA (“Rubis”, Franza),

    Rubis Terminal S.A. (“Rubis Terminal”, Franza), li bħalissa hija kkontrollata minn Rubis.

    ISQ takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Rubis Terminal kollha kemm hi, flimkien ma’ Rubis.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    ISQ: kumpanija tal-investiment li tiffoka fuq setturi bħalma huma l-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni u t-trasport f’livell dinji.

    Rubis: kumpanija speċjalizzata fid-distribuzzjoni ta’ prodotti taż-żejt u l-ħażna ta’ prodotti likwidi (inklużi prodotti taż-żejt, kimiċi, prodotti agrikoli u fertilizzanti) f’livell dinji.

    Rubis Terminal: diviżjoni kummerċjali ta’ Rubis li prinċipalment tħaddem terminals ta’ ħażna bil-ħafna fil-Belġju, Franza, in-Netherlands u t-Turkija.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9740 — ISQ/Rubis/Rubis Terminal

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top