Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9735

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9735 — Amex/GBT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 56/11

PUB/2020/133

ĠU C 56, 19.2.2020, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9735 — Amex/GBT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 56/11)

1.   

Fl-10 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

American Express Company (“Amex”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

GBT JerseyCo Limited (“GBT”, Jersey), li bħalissa hija kkontrollata minn Amex u Qatar Holding LLC.

Amex takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GBT kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi mill-Qatar Holding LLC u mingħand azzjonisti oħra minn terzi persuni, u b’hekk jitnaqqsu l-ishma tal-Qatar Holding LLC fil-GBT.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Amex: servizzi finanzjarji multinazzjonali. Amex, flimkien mas-sussidjarji konsolidati tagħha, tipprovdi servizzi finanzjarji bil-karta tal-kreditu u servizzi ta’ vvjaġġar għan-negozju u għall-vaganzi lill-konsumaturi u n-negozji madwar id-dinja. Amex hija attiva fil-ħruġ tal-karti tal-ħlas u fl-akkwist ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti mad-dinja kollha.

GBT: għoti ta’ servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, attiva mad-dinja kollha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9735 — Amex/GBT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top