Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9723

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9723 — Showa Denko K.K./Hitachi Chemical Company) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 35/04

PUB/2020/50

ĠU C 35, 3.2.2020, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9723 — Showa Denko K.K./Hitachi Chemical Company)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 35/04)

1.   

Fl-24 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Showa Denko K.K. (“SDK”), il-Ġappun;

Hitachi Chemical Company, Ltd (“Hitachi Chemical”), il-Ġappun.

SDK takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Hitachi Chemical kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SDK hija primarjament attiva fil-pajjiżi fil-Lvant tal-Asja fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ petrokimiċi, kimiċi, elettronika, inorganiċi, aluminju u materjali tal-kostruzzjoni;

Hitachi Chemical hija primarjament attiva fil-pajjiżi fil-Lvant tal-Asja fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ materjali funzjonali u komponenti u sistemi avvanzati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9723 — Showa Denko K.K./Hitachi Chemical Company

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top