Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M10062

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10062— SDK/Freja Transport&Logistics) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 415/14

    PUB/2020/932

    ĠU C 415, 1.12.2020, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 415/35


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10062— SDK/Freja Transport&Logistics)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 415/14)

    1.   

    Fit-23 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    SDK A/S (“SDK”, id-Danimarka), parti mill-grupp A/S United Shipping & Trading Company (“USTC”) u finalment ikkontrollata miċ-ċittadini Daniżi Torben Østergaard Nielsen, Mia Østergaard Nielsen, u Nina Østergaard Borris;

    Freja Transport & Logistics Holding A/S (“FTL”, id-Danimarka), li hija proprjetà ta’ JJH Invest ApS u AH Skive ApS u finalment ikkontrollata miċ-ċittadin Daniż Jørgen Jørgensen Hansen.

    SDK takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ FTL. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    SDK: tbaħħir, loġistika, kiri u servizzi oħra lill-industrija tal-kruċieri fl-Ewropa ta’ Fuq inklużi servizzi ta’ burdnara, aġenzija tal-port, ikklerjar doganali, kiri kummerċjali, servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija bit-triq u bil-baħar u sa ċertu punt bl-ajru;

    FTL: l-ispedizzjoni domestika u transfruntiera tal-merkanzija bl-art u sa ċertu punt bl-ajru u bil-baħar.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jbagġtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10062— SDK/Freja Transport & Logistics

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top