Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DP0020

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[1] – C9-0009/2020 – 2020/0902(NLE))

    ĠU C 331, 17.8.2021, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 331/40


    P9_TA(2020)0020

    Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[1] – C9-0009/2020 – 2020/0902(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2021/C 331/05)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Pedro Machado bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0009/2020),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0009/2020),

    A.

    billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jgħid li l-membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;

    B.

    billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

    C.

    billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra tal-kandidati magħżula għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament;

    D.

    billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament;

    E.

    billi, fl-14 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Pedro Machado bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur għall-“Ippjanar u d-Deċiżjonijiet relatati ma' Riżoluzzjonijiet” fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, u bagħtet din il-proposta lill-Parlament;

    F.

    billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

    G.

    billi, fit-22 ta' Jannar 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Pedro Machado, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat;

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni għall-ħatra ta' Pedro Machado bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

    (1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

    (2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0211.

    (3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0017.


    Top