Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0690

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2021 Unjoni ta' vitalità f'dinja ta' fraġilità

COM/2020/690 final

Brussell, 19.10.2020

COM(2020) 690 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2021
































Unjoni ta' vitalità f'dinja ta' fraġilità











1. It-tiswija tad-dinja tal-lum bit-tiswir tad-dinja ta’ għada

Inqas minn sena ilu, din il-Kummissjoni Ewropea daħlet fil-kariga wara li ġiet eletta fuq aġenda biex tixpruna l-akbar trasformazzjoni tal-Ewropa f’aktar minn ġenerazzjoni. Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 irrifletta dan il-mandat u l-ambizzjoni deskritta l-ewwel fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen. Huwa fassal il-viżjoni tagħna li nibnu soċjetà aktar ġusta, aktar b’saħħitha, aktar ekoloġika u aktar diġitali. Filwaqt li matul l-aħħar sena ħafna affarijiet inbidlu, dik l-ambizzjoni tibqa’ l-forza li timbuttana għas-sena li ġejja.

Matul l-aħħar sena, il-Kummissjoni ħadmet biex tqiegħed il-pedamenti għall-bidla sistemika li l-Ewropa teħtieġ, aktar u aktar issa li l-ekonomiji kollha tagħna huma affettwati b’mod qawwi minn kriżi dinjija tas-saħħa. Fl-ewwel 100 jum, ippreżentajna l-Patt Ekoloġiku Ewropew, ippreżentajna l-pjanijiet tagħna għall-futur diġitali tal-Ewropa, adottajna l-pjan direzzjonali tagħna għal Ewropa soċjali qawwija bil-ħsieb li jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u ħriġna l-istrateġija tagħna għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Ippreżentajna wkoll strateġija industrijali ġdida, pjan biex jingħata appoġġ aħjar lin-negozji ż-żgħar u miżuri biex jissaħħaħ is-Suq Uniku. Għamilna proposti biex nimmodernizzaw u nsaħħu l-proċess ta’ adeżjoni, filwaqt li wittejna t-triq għall-ftehim storiku biex jinfetħu n-negozjati mal-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija, u qed noħolqu sħubija ġdida mal-Afrika.

Lil hinn mill-100 jum, ipproponejna wkoll bidu ġdid għal prijoritajiet dejjiema, b’mod partikolari bil-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil u l-istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE. Aħna indirizzajna kwistjonijiet li jaffettwaw il-komunità kollha tal-valuri tagħna, b’mod partikolari billi ppubblikajna l-ewwel Rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt li qatt sar li jkopri l-Istati Membri kollha. U ħadna miżuri li laqtu lis-soċjetà kollha tagħna – mill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra r-razziżmu sal-ħiliet u ż-żgħażagħ.

Iżda għal raġunijiet differenti ħafna, l-2020 se tkun fl-istess waqt sena ta’ min jinsiha mal-ewwel, kif ukoll sena li għandna niftakru fiha għal dejjem. Il-pandemija globali li tat daqqa mhux mistennija lill-Ewropa u lid-dinja u l-lockdowns tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna li saru minħabba fiha se tkun tfisser ħafna aktar minn memorji diffiċli għal miljuni ta’ Ewropej li tilfu l-għeżież, li mardu jew qed jgħaddu minn perjodu ta’ ansjetà profonda dwar l-għajxien jew il-benessri tagħhom. X’aktarx li ħadd minna ma hu se jinsa l-fraġilità u l-inċertezza li għadna nħossu madwarna. Il-qawmien mill-ġdid reċenti tal-virus fl-Ewropa juri li rridu nkomplu nimmaniġġjaw il-virus b’attenzjoni, kawtela u koordinazzjoni.

Iżda din is-sena se tibqa’ mfakkra wkoll għall-azzjoni urġenti u bla preċedent li ħadet l-Ewropa biex tipproteġi l-ħajjiet u l-għajxien. L-Ewropa wriet li tista’ taġixxi malajr meta dan ikun meħtieġ, turi solidarjetà reali meta jkollha tagħmel dan, u b’mod kollettiv tibdel l-affarijiet meta tkun trid. Mit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-fondi kollha tal-UE u l-użu tal-flessibbiltà fir-regoli fiskali u tal-għajnuna mill-Istat tagħna, sal-istabbiliment ta’ riżerva ta’ tagħmir mediku. Mit-trasportazzjoni lura lejn darhom ta’ 600,000 ċittadin tal-UE maqbuda barra pajjiżhom, sal-ħolqien tal-istrument SURE li jgħin biex in-nies jibqgħu jaħdmu u biex il-kumpaniji jibqgħu fin-negozju. B’kollox, il-Kummissjoni ħadet aktar minn 800 miżura, mingħajr ippjanar minn qabel, fuq kull ħaġa, mill-ġestjoni tal-fruntieri sal-appoġġ lill-bdiewa u lis-sajjieda.

Fil-futur, din is-sena tista’ tibqa’ titfakkar għall-aċċellerazzjoni kbira li seħħet fir-ritmu tal-bidliet u għall-opportunità kbira li, paradossalment, ippreżentat. Il-bidliet fil-klima, it-teknoloġiji diġitali u l-ġeopolitika diġà kienu qed jaffettwaw b’mod profond lis-soċjetà tagħna u jimbuttaw l-aġenda tagħna. Madankollu, il-pandemija iffukat il-ħtieġa li l-Ewropa tmexxi t-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali u li s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħha jsiru aktar reżiljenti. Dan joħloq opportunità bla paragun biex noħorġu ’l barra mill-fraġilità tal-kriżi billi noħolqu vitalità ġdida għall-Unjoni tagħna.

Quddiem dan l-isfond, l-attenzjoni tal-Kummissjoni fis-sena li ġejja se tkun fuq żewġ binarji. L-ewwel nett hija se tkompli tagħmel l-isforzi kollha tagħha fil-ġestjoni tal-kriżi u tibda tislet tagħlimiet minnha. Dan se jsir b’mod partikolari billi nkomplu bl-isforzi tagħna biex insibu, niffinanzjaw u naraw li jiġi żviluppat vaċċin sikur u aċċessibbli għal kulħadd fl-Ewropa u madwar id-dinja.

B’mod parallel, dan il-programm ta’ ħidma jistabbilixxi kif l-Ewropa tista’ taħtaf l-opportunità li għandna quddiemna biex jitwettqu l-ambizzjonijiet tagħha u tmexxi l-aċċellerazzjoni l-kbira. Bis-saħħa ta’ NextGenerationEU, il-pjan ta’ rkupru storiku ppreżentat mill-Kummissjoni flimkien ma’ baġit fit-tul imġedded, l-Ewropa għandha għodda lesta biex taħtaf din l-opportunità.

Permezz ta’ NextGenerationEU, l-Ewropa mhux biss qed tagħżel li ssewwi l-ħsara, tirkupra għal-lum u tappoġġja lil dawk l-aktar milquta mill-kriżi, iżda wkoll li twassal u tibni mod aħjar ta’ għajxien għad-dinja ta’ għada. Il-programm se jiffoka fuq l-investiment u r-riformi sostenibbli, b’37 % tan-nefqa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza allokati għall-infiq fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u minimu ta’ 20 % li għandu jiġi investit fid-diġitali. Aħna se naħdmu qatigħ mal-Istati Membri fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tara li 30 % mill-EUR 750 biljun ta’ NextGenerationEU jinġabru permezz ta’ bonds ekoloġiċi. U se nappoġġaw lill-koleġiżlaturi biex jiżguraw ftehim rapidu dwar il-pakkett globali ta’ EUR 1,8 triljun sabiex id-differenza li se jagħmel tkun tista’ tinħass malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni se tagħmel ukoll proposti ambizzjużi dwar sorsi ġodda ta’ dħul għall-baġit tal-UE.

Dan ifisser li għandna l-investiment biex inlaħħqu mal-viżjoni u l-ambizzjoni li kellna diġà. Huwa għalhekk li l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 fih tranżizzjoni mill-istrateġija għat-twassil b’enfasi fuq inizjattivi leġiżlattivi ġodda u reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti, b’segwitu għall-pjanijiet deskritti fis-sitt ambizzjonijiet ewlenin kollha tas-sena li għaddiet. Dawn l-inizjattivi huma elenkati fl-Annessi I u II 1 . Se nwettqu wkoll inizjattivi li qabel kienu ppjanati għall-2020 u li ġew posposti minħabba l-pandemija 2 .

L-azzjoni tagħna se tibqa’ ggwidata mill-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha kemm internament kif ukoll esternament kif ukoll mill-Ftehim ta’ Pariġi.

Fit-twettiq ta’ dan il-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni se tiffoka wkoll fuq l-ispjega ta’ x’qed nagħmlu u fuq il-kunsiderazzjoni tal-fehmiet taċ-ċittadini. Bħala parti minn dan, issa huwa aktar importanti minn qatt qabel li jinbeda d-dibattitu dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Il-kwistjonijiet imqajma matul l-aħħar sena – mill-ħtieġa għal Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar qawwija sal-bidliet dejjiema li l-pandemija jista’ jkollha fil-mod tagħna ta’ kif ngħixu flimkien – jistgħu jiġu ġestiti biss jekk kulħadd ikollu leħen u li nitgħallmu mill-esperjenza u l-għarfien espert komuni tagħna kollha.

Minħabba x-xenarju ġeopolitiku u n-natura fit-tul u trasformattiva tal-inizjattivi ppjanati, il-ħidma tagħna se tkompli tkun infurmata minn prospettiva strateġika 3 . L-ewwel Rapport ta’ Prospettiva Strateġika wera kemm hi importanti r-reżiljenza għall-irkupru u li l-politiki tagħna għandhom jsiru bbażati fuq l-evidenza u validi għall-futur. Dan l-approċċ jista’ jgħinna wkoll inħejju għal sfidi u opportunitajiet ġodda li inevitabbilment se jitfaċċaw fis-sena li ġejja u li rridu nkunu lesti nantiċipaw u nirrispondu għalihom.

2. Niksbu s-sitt ambizzjonijiet ewlenin

2.1 Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-attenzjoni tal-Kummissjoni se tkun dik li tiġi aġġornata mill-qiegħ il-leġiżlazzjoni rilevanti tagħna dwar il-klima u l-enerġija biex tiġi allinjata mal-mira li għadha kif ġiet proposta biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’mill-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Dan se jinġabar f’daqqa fil-pakkett “Fit for 55” li se jkopri kollox minn sorsi rinnovabbli sal-effiċjenza enerġetika l-ewwel, il-bini, kif ukoll l-użu tal-art, it-tassazzjoni tal-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi u l-iskambju tal-emissjonijiet kif ukoll firxa wiesgħa ta’ biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni. L-isforzi diplomatiċi fejn jidħlu l-klima u l-enerġija jibqgħu prijorità mas-sħab esterni tagħna.

Kif imsemmi fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen, il-Kummissjoni se tipproponi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera biex tgħin timmotiva lill-produtturi barranin u lill-importaturi tal-UE biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom, filwaqt li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi li jwasslu għall-kummerċ b’mod kompatibbli mad-WTO.

Il-profondità u l-wisa’ tal-ħidma ppjanata fil-Patt Ekoloġiku Ewropew jirriflettu n-natura sistemika tat-tranżizzjoni ekoloġika u l-importanza tagħha bħala strateġija ta’ tkabbir. Se nippreżentaw sensiela ta’ miżuri dwar it-trasport intelliġenti u sostenibbli, inkluża reviżjoni tar-Regolament dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u tad-Direttiva dwar sistemi intelliġenti tat-trasport. Se nkomplu bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija ċirkolari, filwaqt li nħarsu lejn l-ekodisinn u l-prodotti sostenibbli, b’mod partikolari l-elettronika ċirkolari, inkluż it-titjib tal-ġbir, l-użu mill-ġdid u t-tiswija tal-mowbajls, il-laptops u apparati oħra. 

Dan jirrifletti li l-Patt Ekoloġiku Ewropew imur ferm lil hinn mit-tnaqqis tal-emissjonijiet. F’dan l-ispirtu, se nsegwu l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 u l-istrateġija mill-għalqa sal-platt, b’mod partikolari biex tingħata spinta lill-produzzjoni organika, jiġu restawrati l-ekosistemi degradati, jiġu protetti l-oċeani u r-reġjuni kostali tagħna, jiġu protetti, irrestawrati u ġestiti b’mod sostenibbli l-foresti, u jitnaqqas ir-riskju ta’ prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni fis-suq tal-UE. Se nġibu wkoll addittivi tal-għalf innovattivi fis-suq biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trobbija tal-bhejjem.



2.2. Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

Biex niżguraw li dan ikun id-deċennju diġitali tal-Ewropa, se nipproponu pjan direzzjonali b’għanijiet definiti b’mod ċar għall-2030, bħal pereżempju fejn jidħlu l-konnettività, il-ħiliet u s-servizzi pubbliċi diġitali. L-approċċ tagħna se jsegwi prinċipji ċari: id-dritt għall-privatezza u l-konnettività, il-libertà tal-kelma, il-fluss ħieles tad-data u ċ-ċibersigurtà.

Aħna se nieħdu azzjoni f’dawn l-oqsma differenti, b’mod partikolari permezz ta’ leġiżlazzjoni li tkopri s-sikurezza, ir-responsabbiltà, id-drittijiet fundamentali u l-aspetti tad-data tal-intelliġenza artifiċjali u ta’ Att dwar id-Data biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet it-tajba għal kontroll aħjar u l-kundizzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data għaċ-ċittadini u n-negozji.

Fl-istess spirtu, se nipproponu identità diġitali Ewropea ġdida biex nagħmluha eħfef biex fuq l-internet ikunu jistgħu jitwettqu kompiti u jkun hemm aċċess għas-servizzi madwar l-Ewropa u niżguraw li n-nies ikollhom aktar kontroll u serħan il-moħħ dwar liema data jikkondividu u kif tintuża.

Biex tinżamm il-ġustizzja fid-dinja diġitali, l-UE se tkompli taħdem għal ftehim internazzjonali dwar sistema tat-taxxa ġusta li tipprovdi dħul sostenibbli fit-tul. Fin-nuqqas ta’ dan, il-Kummissjoni se tipproponi imposta diġitali fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Fl-istess spirtu ta’ ambjent kummerċjali ġust, il-Kummissjoni se tipproponi strument legali biex toħloq kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tas-sussidji barranin.

Il-Kummissjoni se tkompli r-rieżami kontinwu tagħha tar-regoli tal-kompetizzjoni biex tiżgura li dawn ikunu adatti għall-ambjent tas-suq li qed jinbidel, inkluż l-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija. Se naġġornaw ukoll l-istrateġija industrijali l-ġdida tagħna għall-Ewropa biex jitqiesu l-impatti tal-COVID-19, il-kuntest kompetittiv globali, u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol dinjitużi, trasparenti u prevedibbli, se tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipprovdu servizzi permezz ta’ pjattaformi bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni soċjali adegwata.

2.3. Ekonomija li topera għan-nies

Hekk kif il-pandemija u l-miżuri ta’ konteniment qed jittawlu, huwa essenzjali li l-Ewropa tiżgura li kriżi tas-saħħa u ekonomika ma tiżviluppax fi kriżi soċjali. Dan se jkun ta’ gwida fl-azzjoni tagħna għas-sena d-dieħla u l-implimentazzjoni sħiħa u l-użu sħiħ tal-programm SURE se jgħin lill-ħaddiema jżommu l-introjtu tagħhom u jiżguraw li n-negozji jkunu jistgħu jżommu l-persunal. Se nevalwaw bir-reqqa dawn il-miżuri fis-snin li ġejjin.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali se jkun il-boxxla tal-irkupru tal-Ewropa u l-aħjar għodda tagħna biex niżguraw li ħadd ma jitħalla lura. Se nippreżentaw pjan ta’ azzjoni ambizzjuż biex niżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu. Il-pjan ta’ azzjoni se jkun l-istrument ċentrali ta’ din il-Kummissjoni li jikkontribwixxi għall-irkupru soċjoekonomiku u r-reżiljenza fuq perjodu medju u twil ta’ żmien, bil-ħsieb li jissaħħaħ l-element ta’ ġustizzja soċjali fit-tranżazzjoni diġitali u dik ekoloġika. Fl-istess spirtu, il-garanzija Ewropea l-ġdida għat-tfal, imħabbra fil-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen, se jkollha l-għan li tnaqqas il-faqar u l-inugwaljanzi fost it-tfal billi tiżgura li t-tfal kollha jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi bħas-saħħa u l-edukazzjoni. Filwaqt li tislet tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19 u fl-isfond tad-dinja tax-xogħol dejjem tinbidel, il-Kummissjoni se tippreżenta qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Se nipproponu wkoll pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali biex jissaħħaħ l-investiment soċjali, u jiġu appoġġati l-atturi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali meta jiġu stabbiliti, meta jespandu, meta jinnovaw u meta joħolqu l-impjiegi.

L-ekonomiji tagħna jeħtieġu appoġġ ta’ politika kontinwu u se jkun hemm bżonn li jintlaħaq bilanċ delikat bejn li jingħata l-appoġġ finanzjarju u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali. Hekk kif jiżdied it-tixrid tal-virus u jiżdiedu l-miżuri ta’ konteniment, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu użu tajjeb mill-flessibbiltà fiskali biex jappoġġaw l-ekonomija. Il-kummerċ globali u l-ktajjen tal-valur integrati tiegħu se jibqgħu mutur ta’ tkabbir fundamentali u forza ewlenija għal irkupru tassew globali. Bħalissa għaddejja reviżjoni tal-politika kummerċjali tal-UE u se nadottaw strument ġdid biex jiskoraġġixxi u jaġixxi kontra azzjonijiet koerċittivi minn pajjiżi terzi.

Fuq medda itwal ta’ żmien ma hemm l-ebda triq akbar lejn l-istabbiltà u l-kompetittività milli permezz ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda, li se tiggarantixxi wkoll rwol internazzjonali aktar b’saħħtu għall-euro. Jeħtieġ li nagħmlu progress fejn jidħlu l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Unjoni Bankarja. Bħala parti minn dan, aħna se nirrevedu l-qafas għall-ġestjoni tal-fallimenti tal-banek tal-UE, nieħdu miżuri biex tingħata spinta lill-investiment transfruntier fl-UE u nintensifikaw il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Bħala parti mill-bidla sistemika tal-Ewropa, is-sistema ekonomika u finanzjarja tagħna trid tkun ukoll mutur ewlieni tat-tranżizzjonijiet tewmin. Se tiġi proposta leġiżlazzjoni dwar il-governanza korporattiva sostenibbli biex titrawwem imġiba korporattiva sostenibbli u responsabbli fit-tul. Se nkomplu wkoll bil-progress dwar il-finanzjament sostenibbli, b’mod partikolari billi nipproponu li nistabbilixxu standard tal-UE tal-bonds ekoloġiċi.

Biex nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna, u nkunu kapaċi nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ investiment u riforma, irridu nżidu u nivvalutaw l-effettività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi madwar l-Unjoni Ewropea.

2.4. Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja

Din il-Kummissjoni bdiet il-mandat tagħha biex tiżgura Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja. Il-Kummissjoni ġeopolitika tagħna tistinka biex tavvanza l-interessi u l-objettivi strateġiċi tal-UE lil hinn minna u biex tiddefendi ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-valuri f’dinja dejjem aktar polarizzata. Ser naħdmu biex insaħħu r-rwol globali tagħna bħala ankra tar-responsabbiltà, l-istabbiltà, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà, billi nindirizzaw l-għadd dejjem jikber ta’ sfidi, kriżijiet u kunflitti globali, permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti kollha tagħna.

Matul is-sena d-dieħla, il-Kummissjoni se tiżgura li l-Ewropa taqdi r-rwol vitali tagħha f’din id-dinja fraġli – kemm jekk tkun qed tmexxi r-rispons globali biex tiżgura vaċċin sikur u aċċessibbli għal kulħadd jew biex issaħħaħ is-sistema multilaterali globali bbażata fuq ir-regoli kif ukoll sħubijiet bilaterali, reġjonali u globali. Ser inkomplu nagħtu prijorità sħiħa lill-viċinat tagħna tal-Lvant u tan-Nofsinhar, lill-Balkani tal-Punent u lill-Afrika. 

L-istrumenti l-ġodda tagħna ta’ nfiq estern se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni esternament tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni.

L-Unjoni Ewropea dejjem se temmen fis-saħħa u fil-valur tal-multilateraliżmu u fil-kooperazzjoni fl-istituzzjonijiet globali. Ser nipproponu Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli. Jeħtieġ li mmexxu r-riformi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex nagħmluhom adattati għal realtajiet ġodda.

B’ħidma mas-sħab tagħna, se nipproponu sħubija mġedda mal-viċinat tan-Nofsinhar tagħna u nippreżentaw Komunikazzjoni dwar l-Artiku biex naġġornaw il-politika tal-UE lejn reġjun li huwa partikolarment espost għat-tibdil fil-klima u l-pressjonijiet ambjentali flimkien mal-impatt ekonomiku u fuq is-sigurtà tiegħu.

Ser nippreżentaw approċċ strateġiku ġdid biex nappoġġaw id-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni tal-ex-suldati, li huwa kruċjali biex jiġu żgurati stabbiltà u paċi dejjiema f’pajjiżi u reġjuni milquta mill-kunflitti.

Ser nippreżentaw ukoll Komunikazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE, li ser tiffoka b’mod partikolari fuq modi ġodda ta’ ħidma mas-sħab tagħna u donaturi oħra, l-użu ta’ għodod diġitali u approċċi innovattivi għall-modalitajiet ta’ finanzjament u twassil tal-għajnuna, inkluż fuq il-kapaċità ta’ rispons rapidu tal-Kummissjoni stess u modi biex tissaħħaħ il-ħidma fuq ir-rabta bejn l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi..

Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni konsulari se tippermettilna niffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadinanza tal-Unjoni għall-protezzjoni konsulari u biex insaħħu s-solidarjetà tal-UE biex nipproteġu aħjar liċ-ċittadini tal-UE barra minn pajjiżhom, b’mod partikolari waqt kriżijiet. Hija ser issaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u ssaħħaħ ir-rwol ta’ appoġġ tal-UE, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu min-netwerk uniku tagħha ta’ delegazzjonijiet tal-UE.

2.5. Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew

Il-kriżi tas-saħħa attwali kixfet il-ħtieġa li nsaħħu t-tħejjija tagħna għall-kriżijiet u l-ġestjoni tat-theddid transfruntier għas-saħħa. Filwaqt li l-enfasi tibqa’ fuq l-iżgurar li l-Ewropa tkun tista’ tiġġestixxi t-tixrid tal-virus u l-impatt tal-pandemija, se nieħdu wkoll l-ewwel tagħlimiet mill-kriżi. Wasal iż-żmien li nibnu Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar b’saħħitha.

Aħna ser nipproponu li nsaħħu l-qafas tal-UE għad-detezzjoni u r-rispons għal theddid transfruntieri serju għas-saħħa, u nsaħħu r-rwoli tal-aġenziji eżistenti. Bħala t-tieni pass, se nipproponu li nistabbilixxu aġenzija għar-riċerka u l-iżvilupp avvanzati fis-settur bijomediku. Strateġija farmaċewtika ġdida se tħares lejn is-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-Ewropa u tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jserrħu fuq mediċini sikuri, affordabbli u ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa se jitnieda sal-aħħar tas-sena d-dieħla biex tiġi sfruttata d-data għal kura tas-saħħa aħjar, riċerka aħjar, u tfassil aħjar tal-politika għall-benefiċċju tal-pazjenti.

Se nieħdu wkoll tagħlimiet f’oqsma oħra, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam maż-żona Schengen u f’dak li għandu x’jaqsam mal-moviment liberu tal-persuni mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Se naħdmu mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri biex nippreservaw u ntejbu l-funzjonament taż-żona Schengen abbażi ta’ strateġija ġdida għall-futur ta’ Schengen u regoli aktar b’saħħithom ta’ Schengen u ser inkomplu l-ħidma li tlesti ż-żona Schengen.

Ser inkomplu bil-ħidma fuq il-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tipproponi għadd ta’ miżuri dwar il-migrazzjoni legali, li se jinkludu pakkett ta’ “talenti u ħiliet” u, bħala parti minnu, reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-residenti fit-tul u rieżami tad-Direttiva dwar il-permess uniku, kif ukoll għażliet li jiżviluppaw ġabra fl-UE ta’ talenti. Elementi oħra tal-patt jinkludu pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti u strateġija ta’ ritorn volontarju u riintegrazzjoni .

Aħna ser inkomplu nsaħħu l-Unjoni tas-Sigurtà, b’mod partikolari billi nieħdu miżuri dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, it-teħid ta’ approċċ ġdid dwar miżuri kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni u t-titjib tal-identifikazzjoni, it-tneħħija u r-rappurtar tal-abbuż sesswali li jsir online fuq it-tfal.

Minħabba ż-żieda fil-vjolenza antisemitika u r-reati ta’ mibegħda, il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu , biex tikkumplimenta u tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri.

It-triq lejn l-irkupru ekonomiku u tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali ta’ suċċess se jeħtieġu wkoll li l-Ewropej jiksbu ħiliet ġodda. Bħala parti minn sforzi usa’ biex titrawwem kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja u jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet minn impjiegi għall-ieħor, se nipproponu inizjattiva dwar kontijiet individwali ta’ tagħlim biex l-individwi jingħataw is-setgħa li jwettqu taħriġ u jiġġestixxu l-karriera tagħhom, u nistabbilixxu approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali biex iwessgħu l-opportunitajiet personalizzati ta’ tagħlim għal kulħadd.

2.6. Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea

Il-Kummissjoni se tkompli ssawwar Unjoni ta’ Ugwaljanza u se żżomm l-impenn tal-Ewropa għall-protezzjoni tal-valuri tal-UE kif ukoll l-inklużjoni u l-ugwaljanza fis-sensi kollha tagħha, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Bħala parti minn dan, il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal se tħares lejn kif tħejji l-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-UE, tipproteġi aħjar lit-tfal vulnerabbli, tipproteġi d-drittijiet tagħhom online, trawwem sistema ta’ ġustizzja li tkun adattata għat-tfal u tipprevjeni u tiġġieled kontra l-vjolenza.

Filwaqt li l-Kummissjoni tibqa’ impenjata għall-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, hija se tressaq proposta ġdida biex tiġġieled il-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Se tipproponi wkoll li testendi l-lista ta’ dawk l-atti li fl-Ewropa kollha jkunu meqjusa bħala reati, biex jiġu inklużi l-forom kollha ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda.

Il-pjan ta’ azzjoni għad-Demokrazija Ewropea li għandu jiġi adottat se jkun pass ’il quddiem biex tittejjeb ir-reżiljenza tad-demokraziji tagħna, jiġi indirizzat it-theddid ta’ interferenza esterna fl-elezzjonijiet Ewropej u tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, kif ukoll biex tiġi appoġġata midja ħielsa u indipendenti. Is-sena d-dieħla, se nipproponu regoli aktar ċari dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u nieħdu azzjoni biex niżguraw aktar trasparenza fir-reklamar politiku mħallas, intejbu d-drittijiet elettorali tal-Ewropej li jimxu minn Stat Membru għall-ieħor u nieħdu azzjoni biex nipproteġu l-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili kontra kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika.

Ser navvanzaw ukoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera billi nagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġiji diġitali. 

Il-Kummissjoni se tħares lejn kif il-politika ta’ koeżjoni tista’ tagħti spinta lill-irkupru u t-tranżizzjonijiet tewmin, tindirizza t-twessigħ tad-disparitajiet reġjonali kemm qabel kif ukoll wara l-COVID-19 u tgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi emerġenti. Biex inżidu l-għarfien tagħna u b’hekk intejbu r-risponsi ta’ politika tagħna, se tippreżenta valutazzjoni tas-sitwazzjoni fir-reġjuni tagħna. Se tiżviluppa wkoll viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali biex tipproponi azzjonijiet ħalli l-potenzjal ta’ dawn ir-reġjuni jiġi sfruttat kemm jista’ jkun. Jitjieb il-livell tat-tfassil tal-liġijiet, it-tfassil tal-politika, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni

Meta l-Kummissjoni daħlet fil-kariga, impenjat ruħha għal politiki bbażati fuq l-evidenza li jkunu aktar faċli li jiġu segwiti u inqas probabbli li joħolqu piż bla bżonn għan-negozji u għan-nies. Il-ħtieġa ta’ dan hija tinħass aktar u aktar akuta hekk kif l-Ewropa għadha għaddejja bil-ħidma biex timmaniġġja l-kriżi u tiffoka fuq l-irkupru.

Il-Komunikazzjoni li jmiss dwar regolamentazzjoni aħjar se tiffoka fuq it-tnaqqis tal-piżijiet, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ “one-in, one-out”. Dan se jiżgura li l-piżijiet amministrattivi introdotti ġodda jiġu kkumpensati billi l-persuni u n-negozji jinħelsu minn piżijiet ekwivalenti fil-livell tal-UE, fl-istess qasam ta’ politika. Mis-sena d-dieħla, il-pjattaforma “Fit-for-Future”, grupp ta’ esperti ta’ livell għoli, se tappoġġa lill-Kummissjoni biex tidentifika fejn hemm potenzjal għal simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piżijiet.

Il-kriżi kompliet tenfasizza l-ħtieġa ta’ deċiżjonijiet bbażati fuq l-evidenza u prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar . Il-ħtieġa li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt, li jqisu l-fehmiet ta’ dawk kollha milquta, hija aktar importanti minn qatt qabel. Il-Kummissjoni se ġġib il-konsultazzjonijiet aktar effiċjenti u aktar aċċessibbli biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati u twieġeb għas-sejħa ta’ konsultazzjonijiet aktar simplifikati.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll l-isforzi biex ittejjeb l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tad-dritt tal-UE. Dan huwa partikolarment importanti għall-funzjonament kif suppost tas-suq uniku, il-protezzjoni ta’ ktajjen tal-provvista ewlenin li jipprovdu l-ikel lill-ħwienet u provvisti mediċi lis-servizzi tas-saħħa, biex jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini u biex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew . Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa u taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura l-implimentazzjoni rapida u korretta ta’ regoli ġodda u eżistenti tal-UE. Fl-istess ħin, mhux se toqgħod lura milli tiddefendi d-dritt tal-UE permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur fejn meħtieġ.

4. Konklużjoni

Matul is-sena li għaddiet, in-nies tal-Ewropa għamlu sagrifiċċji biex jipproteġu lil xulxin u rridu nipproteġu l-progress li għamilna flimkien. Dan ifisser li noqogħdu attenti u li nżommu l-attenzjoni tagħna fuq l-iżgurar li nkunu nistgħu niġġestixxu l-kriżi, niġbdu ħabel wieħed flimkien u naħdmu fuq soluzzjoni fit-tul biex nimxu lil hinn minn dan.

Iżda hekk kif u meta l-Ewropa timxi ’l quddiem lil hinn mill-kriżi, jeħtieġ li nkunu lesti li nagħmlu l-affarijiet b’mod aħjar u ngħixu f’soċjetà aktar b’saħħitha, aktar ġusta u aktar prospera. Dan ifisser li nagħmlu lilna nfusna aktar reżiljenti iżda jfisser ukoll li naċċelleraw l-aġenda trasformattiva li fuqha ġiet eletta din il-Kummissjoni u li fuqha kienet iffukata sa mill-ewwel jum fil-kariga tagħha.

Dan huwa l-għan doppju ta’ dan il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u tal-inizjattivi kollha elenkati fih. Kull wieħed minnhom jista’ jiffoka fuq oqsma differenti iżda kollha jridu jkunu qed jiġbdu fl-istess direzzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar l-inizjattivi kollha għandhom l-għan li jiffaċilitaw ħajjitna, l-ambjent tagħna jsir aktar san, is-soċjetajiet aktar ġusti, l-opportunitajiet aktar varjati u aċċessibbli, u l-ekonomiji aktar moderni u mmirati lejn objettivi usa’.

Biex tiżgura li jkollhom l-impatt mixtieq tagħhom, il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib fi sħubija kemm mal-Parlament Ewropew kif ukoll mal-Kunsill. Dan l-ispirtu kollettiv huwa dak li wassal biex l-Ewropa tingħaqad biex tilħaq qbil dwar NextGenerationEU. Dan huwa dak li se jippermettilna negħlbu din il-pandemija u nwettqu l-bidla sistemika li l-Ewropa teħtieġ. Għandna l-viżjoni, għandna l-pjan, għandna l-investiment – u issa rridu nirkupraw illum billi nibnu dinja aħjar għal għada.

(1) Il-pożizzjoni ta’ xi inizjattiva fl-annessi aġġustati ma tibdilx ir-responsabbiltajiet kif stabbiliti fl-Ittri ta’ Missjoni mibgħuta lil kull Membru tal-Kulleġġ mill-President von der Leyen.
(2)

Il-Programm ta’ Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020 (COM (2020) 440 finali)

(3) Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2020, COM (2020) 493 final.
Top

Brussell, 19.10.2020

COM(2020) 690 final

ANNESSI

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021










































Unjoni ta' vitalità f'dinja ta' fraġilità


























Anness I: Inizjattivi ġodda 1

Nru

Objettiv ta’ politika

Inizjattivi

Patt Ekoloġiku Ewropew

1.

Il-pakkett Fit for 55

a)Reviżjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (Emissions Trading System, ETS), inklużi dawk marittimi, tal-avjazzjoni u tal-CORSIA kif ukoll proposta rigward l-ETS bħala riżorsa proprja (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2021)

b)Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (Carbon Border Adjustment Mechanism, CBAM) u proposta rigward is-CBAM bħala riżorsa proprja (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2021)

c)Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 2 2021)

d)Emenda għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli biex tiġi implimentata l-ambizzjoni tal-mira l-ġdida tal-klima għall-2030 (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 194 TFUE, Trimestru 2 2021)

e)Emenda għad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika biex tiġi implimentata l-ambizzjoni tal-mira l-ġdida tal-klima għall-2030 (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 194 TFUE, Trimestru 2 2021)

f)Reviżjoni tar-Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 2 2021)

g)It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 192 u 194 TFUE, Trimestru 2 2021)

h)Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2021)

i)Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-tnedija ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 2 2021)

j)Reviżjoni tar-Regolament li jistipula standards tal-prestazzjoni għall-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 192(1) TFUE, Trimestru 2 2021)

k)Reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 194 TFUE, Trimestru 4 2021)

l)Reviżjoni tat-Tielet Pakkett tal-Enerġija għall-gass (id-Direttiva 2009/73/UE u r-Regolament 715/2009/UE) biex jiġu rregolati s-swieq kompetittivi tal-gass dekarbonizzat (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 194 TFUE, Trimestru 4 2021)

2.

Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari

a)Inizjattiva ta’ politika dwar il-prodotti sostenibbli, inkluża reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2021)

b)Elettronika ċirkolari (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2021)

3.

Pakkett dwar il-bijodiversità u ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi

a)Pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika: fit-triq lejn l-2030 (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

b)Minimizzazzjoni tar-riskju tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti assoċjati mal-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2021)

c)Pjan ta’ azzjoni kontra t-tniġġis tal-ilma, l-arja u l-ħamrija (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

d)Qafas legali ġdid dwar ir-restawr ta’ ekosistemi b’saħħithom (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 192 TFUE, Trimestru 4 2021)

4.

Mobbiltà sostenibbli u intelliġenti

a)Reviżjoni tad-Direttiva dwar Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti, inkluża inizjattiva ta’ ħruġ ta’ biljetti multimodali (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 3 2021)

b)Reviżjoni tar-Regolament dwar in-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 172 TFUE, Trimestru 3 2021)

c)Inizjattiva tal-UE għall-2021 dwar il-Kurituri Ferrovjarji, inkluża r-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija u azzjonijiet biex tingħata spinta lill-ferroviji tal-passiġġieri (inizjattiva mhux leġiżlattiva u leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 91 TFUE, Trimestru 3 2021)

d)L-iżvilupp ta’ standards ta’ emissjonijiet ta’ wara l-Euro 6/VI għall-karozzi, għall-vannijiet, għat-trakkijiet u għax-xarabanks (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2021)

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

5..

Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa

Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa Miri diġitali għall-2030 (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

6.

Pakkett tad-data

a)L-Att dwar id-Data (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 3 2021)

b)Rieżami tar-Regolament dwar il-Bażijiet tad-Data (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 3 2021)

7.

Imposta diġitali

Imposta diġitali u proposta għal imposta diġitali bħala riżorsa proprja (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 2 2021)

8.

Identifikazzjoni elettronika Ewropea affidabbli u sigura

Identifikazzjoni elettronika Ewropea affidabbli u sigura (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 114 TFUE, Trimestru 1 2021)

9.

Ħaddiema tal-pjattaforma

Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaforma (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 153 TFUE, Trimestru 1/Trimestru 4 2021)

10..

Strateġija industrijali għall-Ewropa

Aġġornament tal-istrateġija industrijali ġdida għall-Ewropa (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

11.

Sussidji barranin

Segwitu għall-White Paper dwar is-sussidji barranin:

a)Il-kisba ta’ kundizzjonijiet ekwi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 207 TFUE, Trimestru 2 2021)

b)L-akkwist pubbliku (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 207 TFUE, Trimestru 2 2021)

12.

L-industriji ċivili, tad-difiża u tal-ispazju

Pjan ta’ azzjoni dwar sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u tal-ispazju (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

13.

Rekwiżiti tad-disinn u drittijiet tal-konsumatur għall-elettronika

Rekwiżiti ġodda tad-disinn u drittijiet tal-konsumatur għall-elettronika (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2021)

Ekonomija li Taħdem għan-Nies

14.

Approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali

a)Qafas ta’ protezzjoni u faċilitizzazzjoni tal-investiment (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 2 2021)

b)Reviżjoni tar-regoli prudenzjali għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 53(1), 62 u 114 TFUE, Trimestru 3 2021)

c)Reviżjoni tad-Direttiva u tar-Regolament dwar is-Swieq fl-Istrumenti (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2021)

15.

Governanza korporattiva sostenibbli

Governanza korporattiva sostenibbli (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikoli 50 u, possibbilment, 114 TFUE, Trimestru 2 2021)

16.

Standard tal-bonds ekoloġiċi tal-UE

Stabbiliment ta’ Standard tal-UE għal bonds ekoloġiċi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 2 2021)

17.

Pakkett kontra l-ħasil tal-flus

Pakkett leġiżlattiv kontra l-ħasil tal-flus (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 1 2021)

18.

Pakkett tal-ekonomija ġusta

a)Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

b)Rakkomandazzjoni għal Garanzija Ewropea għat-Tfal (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

c)Komunikazzjoni dwar qafas ġdid ta’ strateġija għas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

d)Pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2021)

19.

Skema ġeneralizzata ta’ preferenzi

Lejn qafas legali futur dwar skema ġeneralizzata ta’ preferenzi li jagħti vantaġġi kummerċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 207 TFUE, Trimestru 2 2021)

20.

Skoraġġar u ġlieda kontra l-azzjonijiet koerċittivi minn pajjiżi terzi

Strument biex jiskoraġġixxi u jikkontrobatti azzjonijiet koerċittivi minn pajjiżi terzi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 207, Trimestru 4 2021)

21.

Qafas tal-prestazzjoni 2021-2027

Komunikazzjoni dwar il-qafas tal-prestazzjoni 2021-2027 (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

22.

L-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja

Reviżjoni tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta' depożitu (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Artikolu 114 TFUE, Trimestru 4 2021)

23.

Pakkett dwar id-dazji tas-sisa

a)Reviżjoni tad-Dirwettiva dwar it-tassazzjoni tat-tabakk (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 113 TFUE, Trimestru 3 2021)

b)Emeda għad-Direttiva dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 113 TFUE, Trimestru 4 2021)

Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

24.

It-tisħiħ tal-kontribut tal-UE lejn multilateraliżmu msejjes fuq ir-regoli

Komunikazzjoni konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE lejn multilateraliżmu msejjes fuq ir-regoli (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

25.

Dimensjoni tal-Artiku

Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Artiku (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2021)

26.

Viċinat tan-Nofsinhar

Komunikazzjoni Konġunta dwar sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

27.

Diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni ta’ eks-ġellieda

Komunikazzjoni Konġunta dwar approċċ strateġiku biex jingħata appoġġ lid-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta’ eks-ġellieda (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2021)

28.

Riċerka, innovazzjoni, edukazzjoni u żgħażagħ

Komunikazzjoni dwar l-approċċ globali għar-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

29.

Għajnuna umanitarja tal-UE

Komunikazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u lil hinn (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

30.

Protezzjoni konsulari

Protezzjoni konsulari – rieżami tar-regoli tal-UE (inizjattiva leġiżlattiva, l-Artikolu 23 TFUE, Trimestru 4 2021)

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

31.

Riċerka u żvilupp Ewropej fil-qasam bijomediku

Proposta biex tiġi stabbilita aġenzija Ewropea ġdida għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam bijomedika (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 4 2021)

32.

Spazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa

Spazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114 u 168 TFUE, Trimestru 4 2021)

33.

Inizjattivi ta’ segwitu skont il-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil

a)Pjan ta’ azzjoni ġdid tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

b)Strateġija ġdida dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

34.

Pakkett ta’ Schengen

a)Strateġija dwar il-futur ta’ Schengen (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

b)Emenda tar-Regolament li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 70 TFUE, Trimestru 2 2021)

c)Reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 77 TFUE, Trimestru 2 2021)

d)Diġitalizzazzjoni tal-proċeduri dwar il-viżi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 77 TFUE, Trimestru 4 2021)

35.

Segwitu għall-istrateġija ta’ sigurtà tal-UE

a)Komunikazzjoni dwar Aġenda tal-UE biex tiġi ttrattata l-kriminalità organizzata (2021-2025) (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

b)Leġiżlazzjoni biex l-abbuż sesswali tat-tfal online jiġi ttrattat b’mod effettiv (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 114 TFUE, Trimestru 2 2021)

c)Aġenda tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu: prevenzjoni, protezzjoni, rispons, antiċipazzjoni (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 3 2021)

d)Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 82 u 83 TFUE, Trimestru 4 2021)

e)Proposta biex tiġi modernizzata l-kooperazzjoni eżistenti intra-UE tal-infurzar tal-liġi bil-ħolqien ta’ kodiċi ta’ kooperazzjoni tal-pulizija tal-UE (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 4 2021)

f)Proposta għal Direttiva dwar Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 87 TFUE, Trimestru 4 2021)

36.

Segwitu għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-aġenda aġġornata għall-ħiliet

a)Approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2021)

b)Kontijiet ta’ tagħlim individwali (inizjattiva leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, Trimestru 4 2021)

37.

Strateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu

Komunikazzjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2021)

Spinta Ġdida għad-demokrazija Ewropea

38.

Drittijiet tat-tfal

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)

39.

Prevenzjoni u ġlieda kontra forom speċifiċi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru

Proposta għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra forom speċifiċi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 82(2), 83 u 84 TFUE, Trimestru 4 2021)

40.

Ġlieda kontra r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda

Inizjattiva biex il-lista ta’ reati tal-UE tiġi estiża għall-forom kollha ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 83 TFUE, Trimestru 4 2021)

41.

Pakkett ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja diġitali

a)Skambju ta’ informazzjoni diġitali dwar każijiet ta’ terroriżmu transfruntiera (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt l-Artikoli 85 u 88 TFUE, Trimestru 4 2021)

b)Pjattaforma ta’ kollaborazzjoni għall-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 82(1) TFUE, Trimestru 4 2021)

c)Diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 81 u 82 TFUE, Trimestru 4 2021)

42.

Pakkett dwar it-trasparenza u d-demokrazija

a)Reviżjoni tal-istatuti u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 224 TFUE, Trimestru 3 2021)

b)Trasparenza akbar fir-reklamar politiku mħallas (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikoli 114 u 224 TFUE, Trimestru 3 2021)

c)Reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 22 TFUE, Trimestru 4 2021)

d)Reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f’elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini (inizjattiva leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt, l-Artikolu 22 TFUE, Trimestru4 2021)

e)Inizjattiva kontra litigazzjoni abbużiva mmirata kontra l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet (inizjattiva leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva, Trimestru 4 2021)

43.

Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali

Komunikazzjoni dwar il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 2 2021)

44.

Strateġija tal-UE dwar id-diżabilità

Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità (inizjattiva mhux leġiżlattiva, Trimestru 1 2021)



Anness II: Inizjattivi REFIT 2

Nru

Titolu

Objettiv/potenzjal tas-simplifikazzjoni (spjegazzjoni fil-qosor tal-objettiv REFIT tar-reviżjonijiet, u l-potenzjal ta’ simplifikazzjoni għall-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità)

Patt Ekoloġiku Ewropew

1.

Reviżjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi

Din ir-reviżjoni se ssaħħaħ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) għas-setturi agrikoli kollha filwaqt li żżomm l-ispeċifiċitajiet tal-IĠ fis-setturi tal-inbejjed u tax-xorb spirituż. L-istruttura fundamentali tas-sistema tal-IĠ tal-UE hija soda. Il-proposta se: tkabbar l-applikabbiltà tal-IĠ għall-bdiewa u l-produtturi ta’ prodotti sostenibbli; tkabbar l-attraenza tal-IĠ b’mod partikolari għall-produtturi fl-Istati Membri “b’użu limitat”; tikkoreġi l-lakuni leġiżlattivi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura; ttejjeb il-protezzjoni u l-infurzar speċjalment fl-internet; tagħti s-setgħa lill-gruppi tal-produtturi tal-IĠ; tivvalorizza aħjar l-iskema IĠ b’mod partikolari permezz tal-użu tal-logos tal-IĠ; timmodernizza l-ġestjoni tar-reġistri tal-IĠ. L-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (STG), li wara 28 sena għadha ma tatx il-benefiċċji mistennija għall-produtturi u l-konsumaturi, se tiġi sostitwita b’mekkaniżmu ta’ tikkettar aktar effettiv u flessibbli essenzjalment ġestit mill-Istati Membri filwaqt li tipprovdi protezzjoni fil-livell tal-UE, fejn meħtieġ, permezz ta’ strumenti xierqa.

L-inizjattiva proposta se tgħaqqad, kemm jista’ jkun, ir-regoli tekniċi u proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, se tipprovdi proċedura unika ta’ reġistrazzjoni u preżentazzjoni diġitali tal-applikazzjonijiet tal-IĠ minn applikanti tal-UE u mhux tal-UE, bil-għan li jitqassar iż-żmien tar-reġistrazzjoni. Sistema ssimplifikata ssir aktar attraenti għall-produtturi, tkun tinftiehem aħjar mill-konsumaturi, u ssir aktar faċli biex tiġi promossa u twassal għal aktar bejgħ hekk kif il-kunċett tal-IĠ isir aktar magħruf. L-evalwazzjoni tinsab għaddejja.

Adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 43 u 118 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

2.

Protezzjoni tas-saff tal-ożonu – reviżjoni tar-regoli tal-UE

L-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-Ożonu kkonkludiet li hemm lok għal simplifikazzjoni, ċarezza u koerenza aħjar. Ir-Regolament jista’ jiġi aġġornat ukoll bl-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

Adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 192 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

3.

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar Vjeġġi ta’ Skart

Din l-inizjattiva twieġeb għall-prijoritajiet imħabbra fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari. Il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tagħha biex tnaqqas il-vjeġġi ta’ skart problematiċi barra mill-UE, taġġorna l-proċeduri tal-vjeġġi biex ikunu jirriflettu l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari u jittejjeb l-infurzar.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 2/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 192 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

4.

Reviżjoni - Aġġornament tal-valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni ta’ materjal organiku persistenti li jniġġes fl-iskart - Emendi għall-Annessi IV u V dwar l-iskart tar-Regolament dwar materjal organiku persistenti li jniġġes fl-iskart

Din l-inizjattiva twieġeb għall-prijoritajiet imħabbra fil-Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari. Il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tal-Annessi IV u V li jirrigwardaw l-iskart tar-Regolament dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes biex tiggarantixxi li skart bħal dan jiġi ġestit b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u r-riċiklaġġ isir aktar sikur.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 2/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 192 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

5.

Reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ sabiex jissaħħu r-rekwiżiti essenzjali biex l-imballaġġ jitqiegħed fis-suq tal-UE

Din l-inizjattiva twieġeb għall-prijoritajiet imħabbra fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari u mandat legali speċifiku fid-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ. Il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tar-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ biex tiżgura l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tiegħu, l-użu ta’ kontenut riċiklat u ttejjeb l-infurzabbiltà tar-rekwiżiti. L-inizjattiva tipprevedi wkoll miżuri biex jiġi indirizzat l-imballaġġ żejjed u biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 114 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

6.

Reviżjoni tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (Industrial Emissions Directive, IED); hija parti mir-reviżjoni tal-miżuri tal-UE dwar it-tniġġis minn impjanti industrijali kbar, imħabbra fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Ir-reviżjoni għandha l-għan li ttejjeb il-kontribut tad-Direttiva għall-objettiv ta’ tniġġis żero u l-konsistenza tagħha mal-politiki dwar il-klima, l-enerġija u l-ekonomija ċirkolari. Ir-reviżjoni se tiżgura li d-Direttiva tkun adattata għall-iskop li takkumpanja t-trasformazzjoni industrijali prevista.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 192 TFUE: Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

7.

Reviżjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika tal-Fatturi Produttivi Agrikoli u l-Produzzjoni Agrikola (Statistics on Agricultural Input and Output, SAIO)

L-SAIO hija maħsuba biex taqdi l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-Politika Agrikola Komuni wara l-2020 u mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari l-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt. L-għan huwa li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni dwar l-istatistika agrikola, jitnaqqas il-piż biex tingħata d-data, jitqiesu l-ħtiġijiet ġodda tad-data u tiġi żgurata komparabbiltà aħjar tad-data miġbura. Dan jiġbor flimkien taħt qafas legali integrat komuni:

o    statistika dwar il-produzzjoni agrikola li tinkludi statistika dwar il-biedja organika

o    statistika dwar il-prezzijiet agrikoli, kif ukoll

o    statistika dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u dwar in-nutrijenti.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 1/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 338(1) TFUE. Ma hija prevista ebda valutazzjoni tal-impatt.

8.

Reviżjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea tas-Sajd, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1921/2006, ir-Regolament (KE) Nru 762/2008, ir-Regolament (KE) Nru 216/2009, ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 u r-Regolament (KE) Nru 218/2009

L-għan tar-reviżjoni huwa li jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat il-ġbir tad-data meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-sajd. Ir-reviżjoni se tallinja wkoll l-istatistika Ewropea dwar is-sajd mal-ħtiġijiet ta’ data u ta’ informazzjoni tal-politika komuni tas-sajd riformata. Hija tkopri l-istatistika dwar il-qabdiet, dwar il-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd u dwar l-akkwakultura. Il-miri ewlenin huma li kemm jista’ jkun tintuża d-data amministrattiva miġbura għall-Politika Komuni tas-Sajd u li jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 338 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

9.

Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (UE Nru 305/2011)

Il-kostruzzjoni hija waħda mill-14-il ekosistemi industrijali ewlenin fil-qalba tal-pjan ta’ rkupru. Ir-reviżjoni, imsemmija fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, se żżid qafas għal rekwiżiti ambjentali u ta’ ċirkolarità għall-prodotti tal-kostruzzjoni, li jikkontribwixxi biex ikun hemm effiċjenza akbar fl-enerġija u l-materjal fil-bini.

L-inizjattiva se tindirizza l-kwistjonijiet ewlenin identifikati fl-evalwazzjoni, b’mod partikolari l-problemi marbuta mal-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati u speċjalment l-imblukkar tal-istandardizzazzjoni biex tittejjeb is-sorveljanza tas-suq u biex jiġu ttrattati problemi li għadhom jeżistu bil-marki nazzjonali jew rekwiżiti/testijiet nazzjonali addizzjonali. B’riżultat ta’ dan, se jtejjeb il-funzjonament tas-Suq Intern għall-prodotti tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk, l-inizjattiva se tipprovdi l-qafas għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kriterji ambjentali u ta’ sostenibbiltà għall-prodotti tal-kostruzzjoni. L-evalwazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (Construction Products Regulation, CPR) uriet li l-ispejjeż ta’ konformità tas-CPR jirrappreżentaw minn 0,6 % sa 1,1 % tal-fatturat tas-settur, prinċipalment imġarrba mill-manifatturi. L-analiżi tikkonferma l-eżistenza ta’ ekonomiji ta’ skala fl-attivitajiet ta’ konformità u turi li l-ispejjeż jistgħu jkunu pjuttost sostanzjali għall-SMEs, b’mod partikolari għall-mikrointrapriżi. Minkejja n-nuqqas ta’ evidenza soda rigward l-impatti tas-CPR fis-suq intern, il-partijiet ikkonċernati ġeneralment jipperċepixxu impatt pożittiv tas-CPR fuq il-kummerċ transfruntiera.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 3/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 114 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

10.

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali

Ir-Regolament dwar l-Addittivi tal-Għalf, adottat fl-2003 jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf u t-tqegħid tagħhom fis-suq. L-evalwazzjoni mwettqa identifikat fatturi li fixklu milli jinkisbu xi objettivi, u għaldaqstant, hija meħtieġa reviżjoni. F’konformità mal-pjan ta’ azzjoni tal-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, l-għan ewlieni tal-proposta huwa li tagħti kontribut għal sistema ta’ produzzjoni tal-ikel aktar sostenibbli billi tistabbilixxi kriterji ġodda li jippromwovu l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf b’effetti pożittivi fuq il-benessri tal-annimali u fuq l-ambjent. Se tibni wkoll mekkaniżmi biex jippromwovu l-innovazzjoni fl-addittivi tal-għalf, b’mod partikolari dawk li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi, it-titjib tal-benessri tal-annimali u l-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima. Għandha wkoll l-għan li tissimplifika l-proċessi biex jinkisbu effiċjenzi fil-valutazzjoni tar-riskju biex b’hekk l-addittivi tal-għalf innovattivi jinġiebu aktar kmieni fis-suq u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikazzjonijiet tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 43 u 168(4) TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

11.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE dwar il-Ħama tad-Drenaġġ

Id-Direttiva 86/278/KEE dwar il-Ħama tad-Drenaġġ għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-użu korrett tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura u li tirregola l-użu tagħha sabiex jiġu evitati effetti ta’ ħsara fil-ħamrija, il-veġetazzjoni, l-annimali u l-bnedmin. Adottata 30 sena ilu, id-Direttiva ma taqbilx għalkollox mal-ħtiġijiet u l-aspettattivi attwali, bħar-regolamentazzjoni ta’ kontaminanti emerġenti bħall-farmaċewtiċi u l-mikroplastiċi. Din l-evalwazzjoni se tivvaluta l-prestazzjoni tad-Direttiva u tanalizza r-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħama tad-drenaġġ. Dan se jkopri l-kriterji standard ta’ evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Se jiġu vvalutati l-ispejjeż amministrattivi u se tingħata attenzjoni partikolari lill-impatti fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi.

12.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE).

Id-Direttiva INSPIRE stabbiliet spazju diġitali mifrux mal-UE kollha għall-kondiviżjoni tad-data spazjali għall-protezzjoni tal-ambjent. Din l-evalwazzjoni se tivvaluta jekk tatx kontribut għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent. Se tivvaluta wkoll jekk id-Direttiva għadhiex rilevanti għall-partijiet ikkonċernati tagħha u jekk hijiex koerenti ma’ leġiżlazzjoni oħra, b’mod partikolari fil-kuntest tal-inizjattiva l-ġdida dwar l-ispazju tad-data tal-Patt Ekoloġiku.

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

13.

Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali

L-objettiv tal-inizjattiva huwa li tirrevedi l-linji gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat li kellhom jiskadu fi tmiem l-2020, u huma estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti żoni żvantaġġati fl-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-linji gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali jirrappreżentaw waħda mill-għodod tal-għajnuna mill-Istat li se jikoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija Diġitali. Hemm bżonn ta’ modifika limitata għal-linji gwida attwali dwar l-għajnuna Reġjonali biex jittaffew il-konsegwenzi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 1/2021; inizjattiva mhux leġiżlattiva, Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Ma hija prevista ebda valutazzjoni tal-impatt.

14.

Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna għall-Enerġija u l-Ambjent

Ir-regoli attwali huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (u se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021). Il-kontroll tal-Idoneità li għaddej bħalissa wera li r-regoli attwali ħadmu tajjeb iżda jenħtieġ li jiġu aġġornati biex ikunu jirriflettu l-iżviluppi regolatorji, teknoloġiċi u tas-suq u biex jakkumpanjaw b’mod adegwat it-trasformazzjoni doppja diġitali u ekoloġika tal-ekonomija. Fil-Komunikazzjonijiet tagħha dwar il-“Patt Ekoloġiku Ewropew” u dwar il-“Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli”/“Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-2021 tirrevedi l-EEAG biex tgħin it-tranżizzjoni kosteffettiva tal-ekonomija u l-industrija lejn in-newtralità klimatika sal-2050.

Jenħtieġ li r-reviżjoni tipprovdi qafas modernizzat u ssimplifikat li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jilħqu l-objettivi tal-UE b’mod kosteffettiv bl-inqas distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fl-Unjoni. B’mod partikolari, ir-reviżjoni se jkollha tiffaċilita miżuri xierqa li jkomplu jippromwovu ekonomija moderna dekarbonizzata u ċirkolari, filwaqt li tiggarantixxi distorsjonijiet limitati tal-kompetizzjoni u salvagwardji adegwati għall-integrità tas-suq uniku. Jenħtieġ li r-reviżjoni tiżgura li r-regoli riveduti jkunu adattati għal żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda u tiggarantixxi trasformazzjoni ġusta u mingħajr distorsjoni tal-ekonomija fis-snin li ġejjin ta’ rkupru ekonomiku.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; inizjattiva mhux leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

15.

Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta’ Riskju

Ir-regoli attwali huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (u se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021). Il-Kontroll tal-Idoneità li għaddej bħalissa wera li r-regoli attwali ħadmu tajjeb, iżda jenħtieġ li jiġu aġġornati biex ikunu jirriflettu l-iżviluppi regolatorji, teknoloġiċi u tas-suq u jakkumpanjaw b’mod adegwat il-prijoritajiet attwali tal-Kummissjoni u l-irkupru ekonomiku.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; inizjattiva mhux leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Ma hija prevista ebda valutazzjoni tal-impatt.

16.

Reviżjoni tal-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

Ir-regoli attwali ma għandhomx data ta’ skadenza. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità li għaddej bħalissa wera li r-regoli attwali ħadmu tajjeb, iżda jenħtieġ li jiġu aġġornati b’mod immirat sabiex ikunu jirriflettu l-iżviluppi regolatorji, teknoloġiċi u tas-suq u jakkumpanjaw b’mod adegwat il-prijoritajiet attwali tal-Kummissjoni u l-irkupru ekonomiku.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; inizjattiva mhux leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Ma hija prevista ebda valutazzjoni tal-impatt.

17.

Reviżjoni tal-Komunikazzjoni dwar Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni

Ir-regoli attwali huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (u se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021). Il-Kontroll tal-Idoneità li għaddej bħalissa wera li r-regoli attwali ħadmu tajjeb, iżda jenħtieġ li jiġu aġġornati b’mod immirat sabiex ikunu jirriflettu l-iżviluppi regolatorji, teknoloġiċi u tas-suq u jakkumpanjaw b’mod adegwat il-prijoritajiet strateġiċi attwali tal-Kummissjoni u l-irkupru ekonomiku.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; inizjattiva mhux leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Ma hija prevista ebda valutazzjoni tal-impatt.

18.

Reviżjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) rigward l-Għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku

Ir-regoli attwali huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (u se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2023). Il-Kontroll tal-Idoneità li għaddej bħalissa wera li r-regoli attwali ħadmu tajjeb iżda jenħtieġ li jiġu aġġornati biex ikunu jirriflettu l-iżviluppi regolatorji, teknoloġiċi u tas-suq u biex jakkumpanjaw b’mod adegwat it-trasformazzjoni doppja diġitali u ekoloġika tal-ekonomija. Jenħtieġ li r-reviżjoni tipprovdi qafas modernizzat u ssimplifikat li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jilħqu l-objettivi tal-UE b’mod kosteffettiv bl-inqas distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fl-Unjoni.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Ma hija prevista ebda valutazzjoni tal-impatt.

19.

Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lis-Setturi tal-Agrikoltura u l-Forestrija u fiż-Żoni Rurali u r-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta' Kategorija Agrikola(ir-REKA)

Ir-regoli attwali huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (u se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021). L-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa wriet li r-regoli attwali ħadmu tajjeb iżda li hemm lok għal simplifikazzjoni proċedurali kif ukoll għal aġġustamenti biex tiżdied l-effettività ta’ ċerti miżuri ta’ għajnuna. Il-qafas tal-għajnuna mill-Istat irid jibqa’ marbut mill-qrib mal-leġiżlazzjoni skont il-Politika Agrikola Komuni, b’mod partikolari r-regolament futur dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi nazzjonali.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

20.

Reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, ir-Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (FIBER) u r-Regolament dwar id-de minimis

Ir-regoli attwali huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (u se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021). L-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa wriet li r-regoli attwali ħadmu tajjeb iżda li hemm lok għal simplifikazzjoni proċedurali. Il-qafas tal-għajnuna mill-Istat irid jibqa’ marbut mill-qrib mal-leġiżlazzjoni skont il-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari r-regolament futur dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 107 u 108 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

21.

Reviżjoni tad-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju

L-inizjattiva għandha l-għan li:

(I)tindirizza r-riskji li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda filwaqt li tippermetti li jsir progress tekniku

(II)tissimplifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni billi tippermetti formati diġitali, u b’hekk tnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi, b’impatt pożittiv addizzjonali fuq il-kostijiet ambjentali

(III)ittejjeb iċ-ċarezza legali ta’ xi kunċetti u definizzjonijiet importanti fit-test attwali tad-Direttiva

(IV)tiżgura li jkun hemm koerenza ma’ Direttivi u Regolamenti oħrajn għall-prodotti u ttejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni permezz tal-allinjament mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid,

(V)tnaqqas il-kostijiet tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali billi tikkonverti d-Direttiva f’Regolament.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Trimestru 2/2021; Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikolu 114 TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

22.

Reviżjoni - Sistemi kompjuterizzati ta' prenotazzjoni

Ir-Regolament dwar Kodiċi ta’ Kondotta tas-CRS jistabbilixxi qafas regolatorju għal Sistemi Kompjuterizzati ta’ Riżervazzjoni (Computerised Reservation Systems, CRS) għall-prodotti tat-trasport bl-ajru. L-objettivi ġenerali tar-Regolament kienu li jipprevjeni l-abbuż tas-saħħa fis-suq u jiggarantixxu l-effiċjenza tas-suq u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur.

Adozzjoni ppjanata: Trimestru 4/2021 Inizjattiva leġiżlattiva; Bażi ġuridika: l-Artikoli 91 u 100(2) TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

23.

Evalwazzjoni tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE

Matul dawn l-aħħar snin, qed iseħħ tibdil b’pass dejjem aktar mgħaġġel u d-dinja qed issir dejjem aktar diġitali u interkonnessa.

L-Avviż attwali dwar id-Definizzjoni tas-Suq imur lura għall-1997 u għalhekk jista’ ma jindirizzax il-mistoqsijiet pertinenti kollha li jqumu llum meta niddefinixxu s-suq ta’ prodott u ġeografiku rilevanti. Matul dawn is-snin, il-Kummissjoni kisbet ukoll ħafna esperjenza fid-definizzjoni tas-suq, it-tekniki evolvew u l-qrati tal-UE pprovdew gwida addizzjonali.

Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-Avviż tagħha tal-1997 dwar id-definizzjoni tas-suq jeħtieġx aġġornament biex jiġi żgurat li huwa preċiż u aġġornat u li jistabbilixxi approċċ ċar u konsistenti għad-definizzjoni tas-suq kemm f’każijiet ta’ antitrust kif ukoll f’każijiet ta’ fużjoni f’industriji differenti, b’mod li jkun faċilment aċċessibbli. Il-Kummissjoni trid tiżgura li l-gwida tagħha fl-infurzar tal-antitrust u tal-fużjonijiet tkompli tqis għalkollox id-diġitalizzazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi fil-kuntest globali attwali.

24.

Evalwazzjoni tar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-broadband

Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tal-broadband għandhom l-għan li jniedu networks tal-broadband prokompetittivi, u li jiżguraw li l-fondi pubbliċi jiġu ggwidati lejn iż-żoni li l-aktar jeħtiġuhom (l-aktar iż-żoni rurali), filwaqt li jipprevjenu l-esklużjoni tal-investiment privat. L-evalwazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha l-għan li tivverifika kif iffunzjonaw, jekk iweġbux għall-iżviluppi teknoloġiċi u soċjoekonomiċi u jekk humiex xierqa biex jintlaħqu l-objettivi l-ġodda tal-UE.

25.

Evalwazzjoni tar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-servizzi tas-saħħa u soċjali ta’ interess ekonomiku ġenerali

L-għan tal-evalwazzjoni huwa li tivverifika sa liema punt ir-regoli dwar is-saħħa u s-Servizzi Soċjali ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (Services of General Economic Interest, SGEIs) laħqu l-objettivi previsti skont il-pakkett SGEI tal-2012, jiġifieri li jingħata appoġġ lill-Istati Membri fil-finanzjament ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li huma ta’ importanza ewlenija għaċ-ċittadini u għas-soċjetà kollha kemm hi filwaqt li jiġu ppreservati l-aspetti ewlenin ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

26.

Evalwazzjoni tal-“Qafas Leġiżlattiv Ġdid għall-Prodotti” (id-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkreditazzjoni u l-marka CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008).

L-objettiv a’ din l-evalwazzjoni huwa li tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tad-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkreditazzjoni u l-marka CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Jenħtieġ li tivvaluta wkoll jekk dawn l-istrumenti humiex adattati għall-era diġitali u għal ekonomija aktar ekoloġika u jekk jaċċellerawx it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħna u r-reżiljenza ekonomika tagħna.

27.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2014/30/UE dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika

Id-Direttiva 2014/30/UE dwar il-Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMCD) tindirizza t-tagħmir elettriku mqiegħed fis-suq tal-UE. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jkopri għadd kbir u dejjem jikber ta’ prodotti, kemm għall-użu mill-konsumatur kif ukoll għall-użu professjonali.

L-objettivi tal-EMCD huma li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern billi jkun meħtieġ li t-tagħmir jikkonforma ma’ livell adegwat ta’ kompatibbiltà elettromanjetika. B’mod aktar speċifiku, id-Direttiva tfittex li tiżgura li l-interferenzi elettromanjetiċi li jipproduċi tagħmir ma jkunux jaffettwaw il-funzjonament korrett ta’ tagħmir ieħor bħal dan, u li tali tagħmir ikollu livell xieraq ta’ immunità għal disturbi elettromanjetiċi sabiex ikun jista’ jiffunzjona kif suppost.

L-iskop tal-evalwazzjoni huwa li tivvaluta jekk l-EMCD hijiex adatta għall-iskop tagħha f’termini ta’ effettività, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE.

Ekonomija li Taħdem għan-Nies

28.

Reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (CSDR)

L-inizjattiva hija bbażata fuq l-esperjenza li nkisbet sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tas-CSDR, f’għadd limitat ta’ oqsma tqajmu kwistjonijiet prattiċi bl-applikazzjoni tal-qafas il-ġdid. Il-proposta li ġejja għalhekk se tistabbilixxi għadd ta’ modifiki mmirati tas-CSDR, li għandhom l-għan li jissimplifikaw ir-regoli kif ukoll jagħmluhom aktar proporzjonati u inqas ta’ piż għall-partijiet ikkonċernati.

Dawn l-oqsma jistgħu jinkludu:

(a) il-forniment transfruntier ta’ servizzi mis-CSDs tal-Unjoni u l-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet rilevanti

(b) il-proċeduri u l-kundizzjonijiet li skonthom is-CSDs ġew awtorizzati jaħtru istituzzjonijiet ta’ kreditu jew biex huma stess jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju

(c) regoli relatati mas-saldu internalizzat

(d) Fintech / użu ta’ innovazzjoni teknoloġika

Data tal-adozzjoni ppjanata: It-tieni trimestru 2021; Leġiżlattiv; Bażi ġuridika: L-Artikolu 114 tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

29.

Evalwazzjoni ta’ tliet Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri dwar: id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ir-Regolamenti Nru 1107/2006), id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u (ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010), u d-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ (ir-Regolament (UE) Nru 181/2011).

Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, studju għal analiżi komparattiva tal-prattiki tajba tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport, l-eżitu tal-proċeduri leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa għad-drittijiet tal-passiġġieri bil-ferrovija u bl-ajru u li jqis ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri.

30.

Evalwazzjoni interim tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

L-evalwazzjoni se tipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni u l-impatt tal-qafas legali u tal-IT tal-KDU, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri, mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-2016. Il-KDU għandu l-għan, fost l-oħrajn, li jissimplifika r-regoli, il-proċeduri u l-proċessi doganali, jikseb ambjent kompletament mingħajr karti u jsaħħaħ iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tar-regoli doganali. L-evalwazzjoni se tivvaluta l-bilanċ bejn il-kontrolli doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ kif ukoll il-punt sa fejn ir-regoli attwali jappoġġaw attività ekonomika leġittima u jipprevjenu l-kummerċ inġust jew illegali. Fir-rigward tas-sistemi tal-IT, jenħtieġ li l-istudju jivvaluta jekk il-proċessi awtomatizzati stabbiliti fil-pakkett tal-KDU ppermettewx kollaborazzjoni msaħħa fost l-awtoritajiet doganali u l-interoperabbiltà bejn is-sistemi elettroniċi differenti. L-evalwazzjoni se tipprova tivvaluta l-kostijiet kollha tal-implimentazzjoni tal-KDU, flimkien mas-sistemi elettroniċi tiegħu kif ukoll il-benefiċċji ta’ kummerċ aktar sikur u aktar konformi kif ukoll proċeduri aktar rapidi. Jenħtieġ imbagħad li ż-żewġ kriterji jiġu stabbiliti kontra xulxin sabiex jiġi vvalutat il-proporzjon u jiġi ġġudikat il-valur għall-flus. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-kostijiet u l-benefiċċji regolatorji relatati mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-KDU għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha (kostijiet ta’ konformità, kostijiet amministrattivi, piżijiet amministrattivi, benefiċċji, iffrankar), kif ukoll il-potenzjal għal aktar simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piżijiet, mingħajr, madankollu, ma jiġu kompromessi l-objettivi doganali.

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

31.

Reviżjoni tad-Direttiva 2003/109/KE dwar residenti għat-tul

Bħala segwitu għall-Kontroll tal-Idoneità tal-2019 dwar il-migrazzjoni legali, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-residenti għat-tul se jkollha l-għan li ttejjeb l-effettività tagħha, b’mod partikolari d-drittijiet tal-mobbiltà fi ħdan l-UE.

Data tal-adozzjoni ppjanata: It-tielet trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 79(2) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

32.

Reviżjoni tad-Direttiva 2011/98/UE dwar Permess Uniku

Bħala segwitu għall-Kontroll tal-Idoneità tal-2019 dwar il-migrazzjoni legali, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Permess Uniku se jkollha l-għan li tissimplifika u tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u li tiżgura armonizzazzjoni minima tal-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni u ta’ residenza għall-ħaddiema b’ħiliet baxxi u medji.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 79(2) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

33.

Reviżjoni tar-Regolament 258/2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, u miżuri ta’ importazzjoni u transitu għall-armi tan-nar

Ittejjeb it-traċċabbiltà tal-armi tan-nar (marki armonizzati tal-importazzjoni), ittejjeb l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, iżżid is-sigurtà tal-proċeduri ta’ kontroll tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni, tindirizza aħjar l-importazzjonijiet ta’ armi tal-allarm u tas-sinjal faċilment konvertibbli, tapplika r-reġim tal-protezzjoni tal-informaturi stabbilit bid-Direttiva (UE) 2019/1937 għall-persuni li jirrapportaw ksur tar-Regolament emendat.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 207 tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

34.

Reviżjoni - Investigazzjoni ta’ Inċidenti Marittimi

L-istabbiliment ta’ korp permanenti għall-investigazzjoni tal-inċidenti b’riżorsi u għarfien espert adegwati, li kapaċi jirrispondi fi żmien qasir, huwa meqjus bħala piż kbir ta’ riżorsi u kompitu li jieħu ħafna ħin għal Stati Membri iżgħar u Stati bi flotot żgħar. Għaldaqstant, l-inċidenti mhux qed jiġu rrappurtati jew mhux qed jitwettqu fil-ħin, b’mod espert u indipendenti b’implikazzjonijiet possibbli f’termini ta’ sikurezza u inċidenti li jseħħu. Ir-reviżjoni tista’ għalhekk tgħin biex jiġi ffukat aħjar l-użu tar-riżorsi u jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ għarfien espert.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 100(2) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

35.

Reviżjoni - Kontroll mill-Istat tal-Port

Ir-reviżjoni se tħares lejn il-possibbiltà ta’ aktar użu ta’ informazzjoni elettronika biex tippermetti spezzjonijiet aktar immirati. Dan jippermetti li l-ispezzjonijiet jikkonċentraw fuq kwistjonijiet operattivi minflok ma jkunu biss verifika tad-dokumentazzjoni. Dan jippermetti wkoll aktar konċentrazzjoni fuq kwistjonijiet ambjentali u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ inċentiv għal trasport bil-baħar aktar ġdid/aktar ekoloġiku u ta’ kwalità. Dan jgħin lill-Istati Membri fiż-żamma tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ spetturi kwalifikati kif xieraq kif ukoll fl-użu tal-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet biex ikun jista’ jsir qsim aħjar tal-piżijiet fost l-Istati Membri. Ir-reviżjoni se tikkunsidra l-possibbiltà li twessa’ l-ambitu tal-ispezzjonijiet biex tinkludi bastimenti tas-sajd barranin, li ntwera li huma partikolarment perikolużi.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 100(2) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

36.

Reviżjoni - Kontroll mill-Istat tal-Bandiera

Ir-reviżjoni se tallinja primarjament mar-regoli li diġà ntlaħaq qbil dwarhom fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Iżda, f’termini ta’ simplifikazzjoni possibbli, se tħares lejn il-possibbiltà li jiġi mmodernizzat ir-reġistru tal-bastimenti tal-Istati Membri f’Reġistri elettroniċi għaż-żamma u l-iskambju ta’ ċertifikati elettroniċi (relatati mal-vapuri). Din għandha tappoġġa servizzi aktar effiċjenti kif ukoll il-kontroll u l-monitoraġġ tal-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera tagħhom. Hija marbuta wkoll mal-objettiv ta’ simplifikazzjoni u tnaqqis amministrattiv tal-kontroll mill-Istat tal-port, kemm għall-amministrazzjonijiet kif ukoll għall-industrija (ħinijiet iktar mgħaġġlin ta’ bidla tal-bastimenti fil-portijiet). Barra minn hekk, din tippermetti wkoll aktar konċentrazzjoni fuq kwistjonijiet ambjentali, f’termini tal-iżvilupp ta’ inċentivi (premju għall-konformità u mhux biss kastig għan-nuqqas ta’ konformità) għal operaturi ta’ kwalità tajba u ekoloġiċi. Permezz tal-programm imtejjeb għall-bini tal-kapaċità tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, dan jappoġġa lill-Istati Membri fl-aġġornament u l-kondiviżjoni kontinwi tal-aħjar prattiki (filwaqt li jiġi evitat li “jerġgħu jivvintaw ir-rota” fil-livell nazzjonali). Fl-istess ħin ikun hemm ħidma lejn armonizzazzjoni akbar u fehim komuni għall-benefiċċju ta’ approċċ armonizzat tal-UE kemm għall-Amministrazzjonijiet kif ukoll għall-Industrija. B’mod ġenerali ttejjeb l-attrazzjoni u l-kompetittività filwaqt li żżomm livelli għoljin ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni tat-tniġġis.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 100(2) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

37.

Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli

Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/98/KE dwar is-sikurezza u l-kwalità tad-demm tal-bniedem u l-komponenti tad-demm u tad-Direttiva 2004/23/KE dwar is-sikurezza u l-kwalità tat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem u l-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom għandha l-għan li taġġorna l-oqfsa legali tad-demm, tat-tessuti u taċ-ċelloli. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi standards għoljin ta’ sikurezza u kwalità għad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli (BTC). Dawn ġew adottati b’reazzjoni għat-trażmissjoni tal-mard permezz tal-BTC fis-snin 80 u 90. L-inizjattiva għandha l-għan li taġġorna l-leġiżlazzjoni attwali biex tippermetti allinjament aktar flessibbli mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. Din għandha l-għan li tindirizza l-emerġenza (mill-ġdid) ta’ mard li jittieħed, inklużi t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19. Se tindirizza wkoll il-kummerċjalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni tas-settur li qed jiżdiedu. Ir-reviżjoni għandha l-għan li tneħħi mil-leġiżlazzjoni ħafna dispożizzjonijiet tekniċi, li se jippermettu aġġornament aktar mgħaġġel tal-istandards. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tippermetti l-possibbiltà li l-atti bażiċi jingħaqdu fi strument wieħed.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Il-bażi legali tal-Artikolu 168(4)(a) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

38.

Evalwazzjoni tas-sikurezza tal-Bastimenti tas-Sajd

Is-settur tas-sajd huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ bħala fost l-aktar professjonijiet perikolużi. Id-Direttiva 97/70/KE attwali tapplika d-dispożizzjonijiet tekniċi tal-Protokoll ta’ Torremolinos (TP) tal-OMI 1993, ftehim internazzjonali li qatt ma daħal fis-seħħ, għal bastimenti ta’ 24 metru u aktar. Is-suċċessur tiegħu, il-Ftehim ta’ Cape Town tal-2012 – CTA, li jżomm il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet dwar it-TP, ukoll għadu ma daħalx fis-seħħ u sitt Stati Membri tal-UE biss irratifikawh. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 97/70/KE se tindirizza l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ ratifika tas-CTA u tidentifika lakuni regolatorji fis-sikurezza kif ukoll aġġornamenti potenzjali biex jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi mill-1993 ’l hawn, filwaqt li tieħu ispirazzjoni mit-titjib li sar fis-settur tat-trasport marittimu merkantili internazzjonali, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport marittimu. Se tikkunsidra wkoll il-fattibbiltà ta’ regolamenti fil-livell tal-UE għal bastimenti tas-sajd iżgħar (inqas minn 24-il metru), is-settur li fih iseħħu proporzjon kbir ta’ inċidenti.

39.

Evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera

Għaxar snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva, l-evalwazzjoni se tivvaluta kif intlaħaq l-għan tad-Direttiva li tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa transfruntiera sikura u ta’ kwalità għolja fi Stat Membru ieħor u kif id-Direttiva ppromwoviet id-drittijiet tal-pazjenti u l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE. L-evalwazzjoni se tħares lejn l-approċċi implimentati mill-Istati Membri fil-prattika, kemm dawn qed jaħdmu b’mod effettiv u liema oqsma għadhom jaġixxu bħala ostakli għall-pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa bejn il-fruntieri.

Spinta Ġdida għad-Demokrazija Ewropea

40.

Reviżjoni tad-Direttiva 99/2008/KE dwar il-ħarsien ambjentali permezz tal-liġi kriminali

Abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni, ir-reviżjoni tad-Direttiva se tiżgura għodod imtejba u aktar immirati biex jinkisbu l-għanijiet u interazzjoni aktar konsistenti ma’ strumenti leġiżlattivi oħra li jipproteġu l-ambjent. Ir-reviżjoni se tagħmel użu wkoll mill-kompetenzi msaħħa fil-qasam tal-liġi kriminali skont it-Trattat ta’ Lisbona. Se jkollha l-għan li tipprovdi protezzjoni aħjar tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali flimkien ma’ miżuri leġiżlattivi u ta’ implimentazzjoni oħra.

Data tal-adozzjoni ppjanata: Ir-raba’ trimestru tal-2021; Leġiżlattiv; Bażi legali: L-Artikolu 83(2) tat-TFUE. Hija prevista valutazzjoni tal-impatt.

41.

Kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

Il-kontroll tal-idoneità se jivvaluta liema rwol kellha l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u janalizza l-koerenza ta’ dawn il-miżuri tal-UE ma’ sorsi internazzjonali. Dan se jidentifika lakuni leġiżlattivi u janalizza l-ħtieġa għal passi ulterjuri possibbli lejn protezzjoni mtejba u kkoordinata kontra dan it-tip persistenti ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess. Il-kontroll tal-idoneità se jkopri l-perjodu mill-adozzjoni ta’ kull att legali sal-2020. Dan se jkopri l-Istati Membri kollha tal-UE.



Anness III: Proposti pendenti prijoritarji

Le.

Titolu Sħiħ

Referenzi

Patt Ekoloġiku Ewropew

1.

Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima)

COM(2020)80 final  
2020/0036 (COD) 
04.03.2020 

COM(2020)563 final

17.09.2020

2.

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021)

COM(2020)78 final 
2020/0035 (COD) 
04.03.2020

3.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1005/2008, u r-Regolament (UE) Nru 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd

COM(2018)368 final 
2018/0193 (COD) 
30.05.2018

4.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni)

COM(2013)410 final 
2013/0186 (COD) 
11.06.2013 

COM(2020)579 final 
22.09.2020

5.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom.

COM(2013)130 final 
2013/0072 (COD) 
13.03.2013

6.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Unjoni Ewropea

COM(2011)827 final 
2011/0391 (COD) 
01.12.2011 

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

7.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341

COM(2020)596 final 
2020/0268 (COD) 
24.09.2020

8.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 (DORA)

COM(2020)595 final 
2020/0266 (COD) 
24.09.2020

9.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażat fuq teknoloġija ta’ reġistru distribwit

COM(2020)594 final 
2020/0267 (COD) 
24.09.2020

10.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-Swieq tal-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (MICA)

COM(2020)593 final 
2020/0265 (COD) 
24.09.2020

11.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

COM(2019)208 final 
2019/0101 (COD) 
14.06.2019

12.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni

COM(2018)630 final 
2018/0328 (COD) 
12.09.2019

13.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

COM(2017)10 final 
2017/0003 (COD) 
10.1.2017

Ekonomija li Taħdem għan-Nies

14.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' parametri referenzjarji ta' sostituzzjoni minflok ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu

COM(2020)337 final 
2020/0154 (COD) 
24.07.2020

15.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

COM(2020)314 final 
2020/0148 (CNS) 
15.07.2020

16.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ aġġustamenti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19.

COM(2020)283 final 
2020/0156 (COD) 
24.07.2020

17.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

COM(2020)282 final 
2020/0151 (COD) 
24.07.2020

18.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta’ Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għall-intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

COM(2020)281 final 
2020/0155 (COD) 
24.07.2020

19.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, il-governanza tal-prodotti u l-limiti ta’ pożizzjoni għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

COM(2020)280 final 
2020/0152 (COD) 
24.07.2020

20.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva Nru 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

COM(2018)336 final 
2018/0168 (COD) 
24.05.2018

21.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral

COM(2018)135 final 
2018/0063A (COD) 
2018/0063B (COD) 
14.03.2018

22.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

COM(2016)815 final 
2016/0397 (COD) 
14.12.2016

23.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)

COM(2016)683 final 
2016/0336 (CNS) 
26.10.2016

24.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

COM(2016)198 final 
2016/0107 (COD) 
13.04.2016

25.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti

COM(2015)586 final 
2015/0270 (COD) 
24.11.2015

26.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

COM(2013)71 final 
2013/0045 (CNS) 
14.02.2013

Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja

27.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu

COM(2020)135 final 
2020/0051 (COD) 
03.04.2020

28.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

COM(2019)623 final 
2019/0273 (COD) 
12.12.2019

29.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni)

COM(2016)616 final 
2016/0295 (COD) 
28.09.2016

30.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi

COM(2012)124 final 
2012/0060 (COD) 
21.03.2012

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

31.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil

COM(2020)613 final 
2020/0277 (COD) 
23.09.2020

32.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817

COM(2020)612 final 
2020/0278 (COD) 
23.09.2020

33.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u r-Regolament propost (UE) XXX/XXX [Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil]

COM(2020)610 final 
2020/0279 (COD) 
23.09.2020

34.

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li Temenda d-Deċiżjoni 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

COM(2020)384 final 
2020/0179 (COD) 
18.08.2020

35.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1861

COM(2019)4 final 
2019/0002 (COD) 
07.01.2019

36.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) ssss/xxx [ECRIS-TCN]

COM(2019)3 final 
2019/0001 (COD) 
07.01.2020

37.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

COM(2018)640 final 
2018/0331 (COD) 
12.09.2018

38.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (riformulazzjoni)

COM(2018)634 final 
2018/0329 (COD) 
12.09.2018

39.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI

COM(2018)302 final 
2018/0152 (COD) 
17.05.2018

40.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2016)468 final 
2016/0225 (COD) 
13.07.2016

41.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

COM(2016)467 final 
2016/0224 (COD) 
13.07.2016 

COM(2020)611 final 
23.09.2020

42.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

COM(2016)466 final 
2016/0223 (COD) 
13.07.2016

43.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

COM(2016)465 final 
2016/0222 (COD) 
13.07.2016

44.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja

COM(2016)378 final 2016/0176 (COD) 07.06.2016

45.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva ta’ (Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida), għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

COM(2016)272 final 
2016/0132 (COD) 
04.05.2016  

COM(2020)614 final

23.09.2020

46.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

COM(2016)271 final 
2016/0131 (COD) 
04.05.2016 

COM(2018)633 final 
12.09.2018

Spinta Ġdida għad-Demokrazija Ewropea

47.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali

COM(2018)226 final 
2018/0107 (COD) 18.04.2018

48.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali

COM(2018)225 final 
2018/0108 (COD) 18.04.2018

49.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fuq il-boroż u miżuri relatati

COM(2012)614 final 
2012/0299 (COD) 
14.11.2012

50.

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali

COM(2008)426 final 
2008/0140 (CNS) 
02.07.2008



Anness IV: Irtirar 3

Le.

Referenzi

Titolu

Raġunijiet għall-irtirar

Patt Ekoloġiku Ewropew

1.

COM(2020)136 final 
2020/0052 (NLE)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Assemblea tal-Unjoni ta’ Lisbona

Obsoleta: fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, l-Assemblea tal-Unjoni ta’ Lisbona mhux ser tieħu l-ebda deċiżjoni legalment vinkolanti fl-2020, inkluż dwar kontribuzzjonijiet speċjali, li kien is-suġġett ta’ din il-proposta.

2.

COM(2020)182 final 
2020/0072 (NLE)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal dwar l-integrazzjoni tal-Makaroneżja fiż-żona marittima OSPAR

Obsoleta: is-Segretarjat tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (OSPAR) ħabbar l-irtirar tal-proposta għall-integrazzjoni tal-Makaroneżja fiż-żona marittima OSPAR.

3.

COM(2010)154 final 
2010/0084 (APP)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku

Obsoleta: is-suġġett ta’ din il-proposta ġie superat bl-adeżjoni taċ-Ċilì fil-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut (UNFSA), l-istabbiliment tal-Organizzazzjoni Reġjonali għas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) - fejn kemm iċ-Ċilì kif ukoll l-UE huma Membri - u l-istatus taċ-Ċilì bħala parti mhux kontraenti li tikkoopera fil-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar it-Tonn Tropikali (IATTC).

4.

COM(2011)252 final 
2011/0109 (NLE)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, min-naħa l-oħra

Obsoleta: in-negozjati fil-livell tal-UE mal-Brażil bħalissa mhumiex aktar attivi.

5.

COM(2008)92 final 
2008/0040 (APP)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Obsoleta: in-negozjati fil-livell tal-UE mal-Każakstan bħalissa ma għadhomx attivi.

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

6.

COM(2016)823 final 
2016/0402 (COD)

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament …[ir-Regolament tal-ESC]…

L-ebda ftehim ma hu previst: ma sar l-ebda progress mill-koleġiżlaturi mill-2018 u improbabbli li jsir aktar progress.

7.

COM(2016)824 final 
2016/0403 (COD),

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-introduzzjoni ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

L-ebda ftehim ma hu previst: ma sar l-ebda progress mill-koleġiżlaturi mill-2018 u improbabbli li jsir aktar progress.

8.

COM(2016)821 final 
2016/0398 (COD)

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

L-ebda ftehim mhuwa previst: il-prospetti li jinstab kompromess mingħajr ma jiġu pperikolati l-objettivi tal-proposta huma improbabbli. Il-Kummissjoni se tieħu miżuri biex tiżgura l-infurzar sħiħ tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

9.

COM(2019)441 final

2019/0207 (NLE)

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

Obsoleta: il-Ftehim ta’ Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina skada f’Diċembru 2018.

Ekonomija li taħdem għan-Nies

10.

COM(2019)354 final 
2019/0161 (COD)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar qafas ta’ governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro

Obsoleta: l-irtirar ta’ din il-proposta tħabbar fil-kuntest tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2020)408).

11.

COM(2018)391 final 
2018/0213 (COD)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi

Obsoleta: l-irtirar ta’ din il-proposta tħabbar fil-kuntest tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2020)408).

12.

COM(2019)399 final 
2019/0183 (COD)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim

Obsoleta: il-proposta kienet oriġinarjament ippreżentata bħala miżura ta’ kontinġenza f’każ ta’ Brexit ta’ ebda ftehim u issa skadiet fid-dawl tal-Ftehim dwar il-Ħruġ li ġie konkluż.

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

13.

COM(2016)270 final 
2016/0133 (COD)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni)

Obsoleta: proposta ġdida għal Regolament dwar il-ġestjon tal-ażil u l-migrazzjoni (COM(2020)610) tressqet fil-kuntest tal-Patt il-Ġdid għall-Ażil u l-Migrazzjoni. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, aspetti koperti minn din il-proposta tal-2016.

14.

COM(2015)450 final 
2015/0208 (COD)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' rilokazzjoni f'każ ta' kriżi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida.

Obsoleta: tressqet proposta ġdida għal Regolament dwar sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ forza maġġuri fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil (COM (2020) 613) fil-kuntest tal-Patt il-Ġdid għall-Ażil u l-Migrazzjoni. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, aspetti koperti minn din il-proposta tal-2016.

(1)    F’dan l-Anness il-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni, sakemm din tkun disponibbli, dwar l-inizjattivi inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Din l-informazzjoni, li tingħata fil-parentesi ħdejn kull inizjattiva, hija biss indikattiva u soġġetta għal tibdil matul il-proċess ta’ tħejjija, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżitu ta’ proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt.
(2)    Dan l-anness jistabbilixxi r-reviżjonijiet, l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità REFIT l-aktar sinifikanti li l-Kummissjoni se twettaq fl-2021.
(3)    Din il-lista tinkludi proposti leġiżlattivi pendenti, li l-Kummissjoni biħsiebha tirtira fi żmien sitt xhur
Top