IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.6.2020
COM(2020) 263 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
Rapport Annwali dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2018
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020DC0263
REPORT FROM THE COMMISSION Annual Report on the Safety of Offshore Oil and Gas Operations in the European Union for the Year 2018
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Rapport Annwali dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2018
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI Rapport Annwali dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2018
COM/2020/263 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.6.2020
COM(2020) 263 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
Rapport Annwali dwar is-Sikurezza tal-Operazzjonijiet taż-Żejt u tal-Gass Offshore fl-Unjoni Ewropea għas-Sena 2018
Werrej
1. INTRODUZZJONI
2. BAŻI ĠURIDIKA
3. METODOLOĠIJA U INFORMAZZJONI RIĊEVUTA MINGĦAND L-ISTATI MEMBRI
4. IS-SETTUR TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE FL-UNJONI EWROPEA
4.1 Installazzjonijiet u produzzjoni
4.2 Spezzjonijiet, investigazzjonijiet, azzjonijiet ta’ infurzar u qafas regolatorju offshore
5. ID-DATA DWAR L-INĊIDENTI U L-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA TAL-OPERAZZJONIJIET OFFSHORE
6. KONKLUŻJONIJIET
1. INTRODUZZJONI
Wara r-rapporti preċedenti għall-2016 u għall-2017, dan ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jkopri s-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-2018.
Il-bażi ġuridika għal dan ir-rapport hija d-Direttiva 2013/30/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (“Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore”). Din il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tikseb livell għoli ta’ sikurezza fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, għall-benefiċċju tal-: ħaddiema; l-ambjent; il-pjattaformi u t-tagħmir offshore; u attivitajiet ekonomiċi bħas-sajd u t-turiżmu. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, kif implimentati mill-Istati Membri, se jgħinu biex: (i) jiġu evitati aċċidenti kbar; (ii) jitnaqqas in-numru ta’ inċidenti; u (iii) jiġi żgurat segwitu effettiv tal-aċċidenti u tal-inċidenti sabiex jiġu mmitigati l-konsegwenzi tagħhom.
Bħal fir-rapporti preċedenti, l-għan ta’ dan ir-rapport annwali huwa li: (i) jipprovdi data dwar l-għadd u t-tip ta’ installazzjonijiet fl-UE; u (ii) jagħti informazzjoni dwar inċidenti u valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. Ma’ kull rapport addizzjonali, l-analiżi tax-xejriet se ssir iktar sinifikanti. Barra minn hekk, is-sensiela ta’ rapporti annwali se sservi bħala rekord tal-prestazzjoni tas-sikurezza fl-attivitajiet relatati maż-żejt u l-gass offshore tal-Istati Membri.
Dan ir-rapport huwa bbażat fuq rapporti annwali u data li ġiet innotifikata mill-Istati Membri kif meħtieġ mid-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore. Il-Kummissjoni rċeviet data mingħand il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja u r-Renju Unit, li kien għadu Stat Membru tal-UE fl-2018. Il-biċċa l-kbira tal-installazzjonijiet jinsabu fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Oċean Atlantiku (380 installazzjoni), filwaqt li 166 installazzjoni jinsabu fil-Baħar Mediterran, tmienja (8) jinsabu fil-Baħar l-Iswed u tnejn (2) fil-Baħar Baltiku.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri spezzjonaw it-318-il installazzjoni offshore fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom fl-2018. Wara ċerti inċidenti, tliet Stati Membri (ir-Renju Unit, id-Danimarka u n-Netherlands) wettqu investigazzjonijiet matul il-perjodu ta’ rappurtar. Ir-Renju Unit wettaq 41 investigazzjoni dwar is-sikurezza u t-tħassib ambjentali, u ħames (5) investigazzjonijiet għal aċċidenti kbar. Id-Danimarka wettqet 3 investigazzjonijiet għal tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent (ebda investigazzjoni għal aċċidenti kbar) u n-Netherlands wettaq investigazzjoni waħda għal aċċident kbir (ebda investigazzjoni għal tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent).
Iċ-ċifri pprovduti mill-Istati Membri, speċifikament dwar in-numru u s-severità tal-aċċidenti rrappurtati b’rabta man-numru ta’ installazzjonijiet, jindikaw livell ħafna iktar baxx ta’ sikurezza fis-settur offshore Ewropew meta mqabbel mas-sentejn ta’ qabel, li jeħtieġu segwitu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
2. BAŻI ĠURIDIKA
Skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore, il-Kummissjoni hija meħtieġa tippubblika rapport annwali dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore abbażi tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri. Sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport annwali li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IX (il-punt 3) tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore.
Ir-rapporti annwali li jridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 25 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-għadd, l-età u l-post fejn jinsabu l-installazzjonijiet;
(b) l-għadd u t-tip ta’ spezzjonijiet u ta’ investigazzjonijiet imwettqa, flimkien ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar jew kundanna;
(c) id-data dwar l-inċidenti skont is-sistema ta’ rapportar komuni meħtieġa fl-Artikolu 23;
(d) kwalunkwe bidla kbira fil-qafas regolatorju offshore;
(e) il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.
L-iskadenza li għandhom l-Istati Membri biex jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa hija l-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-perjodu tar-rapportar (eż. l-1 ta’ Ġunju 2019 għall-2018).
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw permezz tal-format komuni previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2014 tat-13 ta’ Ottubru 2014 2 . Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi format komuni għall-operaturi u għas-sidien tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore biex jaqsmu informazzjoni dwar l-indikaturi ta’ perikli kbar. Jistabbilixxi wkoll format komuni għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-indikaturi ta’ perikli kbar mill-Istati Membri. Id-Dokument ta’ Gwida tal-Kummissjoni 3 datat il-25 ta’ Novembru 2015 jipprovdi informazzjoni speċifika ulterjuri dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u jispjega kif għandu jintuża l-format ta’ rapportar.
3. METODOLOĠIJA U INFORMAZZJONI RIĊEVUTA MINGĦAND L-ISTATI MEMBRI
Skont l-Anness IX (il-punt 3) tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore, l-Istati Membri huma obbligati jippreżentaw informazzjoni definita b’mod ċar dwar l-inċidenti fis-settur taż-żejt u tal-gass offshore tagħhom, billi jużaw il-mudelli pprovduti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 1112/2014. Id-data ppreżentata trid tinkludi informazzjoni dwar l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE, bħal pereżempju l-għadd, it-tip, il-post u l-età. Ir-rapporti mill-Istati Membri jridu jipprovdu wkoll informazzjoni dwar in-numru ta’: (i) spezzjonijiet, investigazzjonijiet u azzjonijiet ta’ infurzar offshore meħuda; (ii) inċidenti skont il-kategorija; u (iii) korrimenti.
Minbarra d-data dwar l-Istati Membri individwali, il-Kummissjoni vvalutat il-prestazzjoni tas-sikurezza tar-reġjuni offshore. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tikkunsidra: (i) lill-Ġermanja, lid-Danimarka, lil Franza, lir-Renju Unit, lill-Irlanda u lin-Netherlands bħala r-reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku; (ii) lil Spanja, lill-Greċja, lill-Kroazja, lil Ċipru, lill-Italja u lil Malta bħala r-reġjun tal-Mediterran; (iii) lill-Bulgarija u lir-Rumanija bħala r-reġjun tal-Baħar l-Iswed; u (iv) lil-Latvja u lill-Polonja bħala r-reġjun tal-Baħar Baltiku.
Għar-rapport annwali tagħha għall-2018, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-Bulgarija, mill-Kroazja, minn Ċipru, mill-Greċja, minn Franza, min-Netherlands, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Irlanda, mill-Italja, mill-Polonja, mir-Rumanija, minn Spanja u mir-Renju Unit. L-Istati Membri l-oħra ma kinux attivi fis-settur taż-żejt u tal-gass offshore jew ma ppreżentawx informazzjoni rilevanti għal dan ir-rapport.
Bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit, l-Istati Membri kollha b’operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore pprovdew data kompluta dwar l-installazzjonijiet kollha tagħhom. B’kuntrast ma’ dan, ir-Renju Unit illimita partijiet mir-rapport tiegħu għal installazzjonijiet li kienu soġġetti għal rieżami regolatorju tad-dokumentazzjoni tagħhom tal-valutazzjoni tar-riskji (ara wkoll l-Artikolu 42(2) tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore). Dan ifisser li l-informazzjoni mir-Renju Unit dwar l-investigazzjonijiet, l-azzjonijiet ta’ infurzar, data dwar l-inċidenti u l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ operazzjonijiet offshore tkopri firxa ta’ installazzjonijiet li kienet qed tespandi b’mod kontinwu matul l-ewwel nofs tas-sena 2018. L-għadd ta’ installazzjonijiet koperti beda bi stima ta’ 139 installazzjoni f’Jannar 2018 u ntemm bi stima ta’ 191 installazzjoni fid-19 ta’ Lulju 2018. Dik id-data kienet it-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali għall-installazzjonijiet kollha.
4. IS-SETTUR TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE FL-UNJONI EWROPEA
4.1 Installazzjonijiet u produzzjoni
Il-maġġoranza l-kbira tal-installazzjonijiet offshore 4 fl-ilmijiet tal-UE jinsabu fil-Baħar tat-Tramuntana (ara t-tabella 1), speċifikament fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tar-Renju Unit u tan-Netherlands (madwar 34 % u 28 % tal-installazzjonijiet offshore fl-ilmijiet tal-UE, rispettivament). Fil-Mediterran, l-Italja hija l-iktar Stat Membru attiv (25 % tal-installazzjonijiet kollha fl-ilmijiet tal-UE), segwita mill-Kroazja. Fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, ir-Rumanija għandha industrija taż-żejt u tal-gass offshore stabbilita filwaqt li l-Bulgarija kompliet l-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għall-idrokarburi offshore iżda, b’installazzjoni waħda, għandha produzzjoni limitata ħafna. Skont ir-rapporti li waslu mingħand l-Istati Membri mal-Baħar Baltiku, il-Polonja biss għandha installazzjonijiet offshore f’dan ir-reġjun. B’kollox, kien hemm 556 installazzjoni ta’ produzzjoni u mhux ta’ produzzjoni rrappurtati fl-ilmijiet tal-UE fl-2018. Dan ifisser żieda ta’ żewġ installazzjonijiet meta mqabbel mal-2017, minkejja d-dekummissjonar ta’ diversi installazzjonijiet 5 .
Tabella 1: Installazzjonijiet fissi fl-1 ta’ Jannar 2018: “Tip ta’ installazzjoni”, skont ir-reġjun u l-Istat Membru
Reġjun/pajjiż |
Tip ta’ installazzjoni (*) |
|||||
FMI |
FNP |
FPI |
NUI |
Total |
||
Il-Baħar Baltiku |
1 |
0 |
0 |
1 |
2 |
|
Il-Polonja |
1 |
0 |
0 |
1 |
2 |
|
Il-Baħar l-Iswed |
7 |
0 |
0 |
1 |
8 |
|
Il-Bulgarija |
0 |
0 |
0 |
1 |
1 |
|
Ir-Rumanija |
7 |
0 |
0 |
0 |
7 |
|
Il-Mediterran |
16 |
0 |
3 |
147 |
166 |
|
Il-Kroazja |
2 |
0 |
0 |
18 |
20 |
|
Il-Greċja |
1 |
0 |
0 |
1 |
2 |
|
L-Italja |
12 |
0 |
3 |
126 |
141 |
|
Spanja |
1 |
0 |
0 |
2 |
3 |
|
Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku |
143 |
0 |
23 |
214 |
380 |
|
Id-Danimarka |
10 |
0 |
0 |
20 |
30 |
|
Il-Ġermanja |
2 |
0 |
0 |
0 |
2 |
|
L-Irlanda |
1 |
0 |
0 |
1 |
2 |
|
In-Netherlands |
48 |
0 |
0 |
107 |
155 |
|
Ir-Renju Unit |
82 |
0 |
23 |
86 |
191 |
|
Total |
167 |
0 |
26 |
363 |
556 |
(*) FMI — Installazzjoni fissa, bl-ekwipaġġ; FNP — Installazzjoni fissa, mhux tal-produzzjoni; FPI — Installazzjoni tal-produzzjoni f’wiċċ l-ilma; NUI — Installazzjoni (normalment) mingħajr ekwipaġġ |
Fl-2018, kien hemm 13-il installazzjoni rrappurtati li ġew dekummissjonati fl-ilmijiet tal-UE: 12 fir-Renju Unit u 1 fl-Italja. Fl-istess sena, ġiet irrappurtata installazzjoni fissa ġdida waħda (1) li bdiet topera fin-Netherlands. Barra minn hekk, emendi tal-metodi ta’ rapportar ta’ xi Stat Membri kkontribwew ukoll għall-bidla fl-għadd ta’ installazzjonijiet rrappurtati, meta mqabbla mas-sena ta’ qabel 6 .
Iktar minn nofs l-installazzjonijiet offshore fl-ilmijiet tal-UE ġew stabbiliti bejn l-1980 u l-2000. Mill-2010 ’l hawn, l-iżvilupp ta’ installazzjonijiet ġodda tal-produzzjoni naqas notevolment fil-Baħar tat-Tramuntana u fir-reġjun tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran (Tabella 2).
Tabella 2: Għadd ta’ installazzjonijiet preżenti fl-ilmijiet tal-UE, skont id-deċennju ta’ meta bdew joperaw u skont ir-reġjun
Sena tal-kostruzzjoni |
Reġjun |
||||
Il-Baħar Baltiku |
Il-Baħar l-Iswed |
Il-Mediterran |
Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku |
Total tal-UE |
|
1950-1959 |
0 |
0 |
0 |
4 |
4 |
1960-1969 |
0 |
0 |
7 |
21 |
28 |
1970-1979 |
0 |
0 |
14 |
41 |
55 |
1980-1989 |
0 |
2 |
53 |
82 |
137 |
1990-1999 |
1 |
3 |
42 |
119 |
165 |
2000-2009 |
1 |
3 |
40 |
70 |
114 |
2010-2019 |
0 |
0 |
10 |
43 |
53 |
2020-2029 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
Total tal-UE |
2 |
8 |
166 |
380 |
556 |
Il-biċċa l-kbira (madwar 94 %) taż-żejt u tal-gass domestiċi tal-UE jiġu prodotti fil-Baħar tat-Tramuntana u fir-reġjun tal-Atlantiku (it-Tabella 3). Ir-Renju Unit huwa bil-kbir l-akbar kontributur, segwit min-Netherlands u mid-Danimarka. L-Italja u l-Kroazja huma produtturi attivi fil-Baħar Mediterran, filwaqt li fil-Baħar l-Iswed hija biss ir-Rumanija li bħalissa għandha output notevoli ta’ żejt u gass.
Tabella 3. Il-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fl-UE f’kilotunnellati ta’ ekwivalent taż-żejt (ktoe)
REĠJUN |
Pajjiż |
ktoe |
% tat-Total tal-UE |
Il-Baħar Baltiku |
210.98 |
0.19 % |
|
Il-Polonja |
210.98 |
0.19 % |
|
Il-Baħar l-Iswed |
1138.87 |
1.01 % |
|
Il-Bulgarija |
4.71 |
0.00 % |
|
Ir-Rumanija |
1134.16 |
1.01 % |
|
Il-Mediterran |
4139.61 |
3.69 % |
|
Il-Kroazja |
528.20 |
0.47 % |
|
Il-Greċja |
211.01 |
0.19 % |
|
L-Italja |
3311.00 |
2.95 % |
|
Spanja |
89.40 |
0.08 % |
|
Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku |
106727.60 |
95.11 % |
|
Id-Danimarka |
9589.00 |
8.55 % |
|
Il-Ġermanja |
915.00 |
0.82 % |
|
L-Irlanda |
311.17 |
0.28 % |
|
In-Netherlands |
11681.00 |
10.41 % |
|
Ir-Renju Unit |
84231.43 |
75.06 % |
|
Total |
112217.06 |
100.00 % |
Meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, b’tnaqqis ta’ inqas minn wieħed fil-mija, il-produzzjoni totali taż-żejt u l-gass offshore kienet stabbli.
4.2 Spezzjonijiet, investigazzjonijiet, azzjonijiet ta’ infurzar u qafas regolatorju offshore
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri spezzjonaw regolarment l-installazzjonijiet offshore fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom. It-Tabella 4 tippreżenta l-għadd ta’ spezzjonijiet offshore li twettqu matul is-sena ta’ rapportar. L-għadd ta’ spezzjonijiet ġeneralment jiżdied mal-għadd ta’ installazzjonijiet fl-Istati Membri.
Hekk kif ġara fl-2017, l-għadd ta’ spjezzjonijiet reġa’ naqas, issa minn 630 fl-2017 għal 593 fl-2018. B’mod speċifiku, l-Italja naqqset l-għadd ta’ spezzjonijiet minn 289 għal 236, in-Netherlands minn 60 għal 32, filwaqt li r-Renju Unit żied l-għadd ta’ spezzjonijiet minn 232 għal 273. Għall-ewwel darba, ir-Rumanija wettqet spezzjonijiet ukoll. Għall-kuntrarju tal-għadd dejjem jonqos ta’ spezzjonijiet, ġew allokati iktar sforzi f’termini ta’ jiem tax-xogħol fuq spezzjonijiet għal kull installazzjoni (2817-il jum tax-xogħol fl-2018 meta mqabbel ma’ 2083 jum tax-xogħol fl-2017).
Tabella 4: Għadd ta’ spezzjonijiet offshore skont ir-reġjun u l-Istat Membru fl-2018*
REĠJUN |
Pajjiż |
Spezzjonijiet |
Jiem tax-xogħol maħduma fuq l-installazzjoni (bil-ħin tal-ivvjaġġar mhux inkluż) |
Għadd ta’ installazzjonijiet spezzjonati |
Il-Baħar Baltiku |
3 |
6 |
2 |
|
Il-Polonja |
3 |
6 |
2 |
|
Il-Baħar l-Iswed |
4 |
24 |
2 |
|
Ir-Rumanija |
4 |
24 |
2 |
|
Il-Mediterran |
251 |
262 |
95 |
|
Il-Kroazja |
10 |
10 |
4 |
|
Ċipru |
2 |
6 |
2 |
|
Il-Greċja |
1 |
10 |
1 |
|
L-Italja |
236 |
234 |
86 |
|
Spanja |
2 |
2 |
2 |
|
Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Atlantiku |
335 |
2525.5 |
219 |
|
Id-Danimarka |
19 |
66 |
19 |
|
Franza |
2 |
4 |
1 |
|
Il-Ġermanja |
6 |
6 |
2 |
|
L-Irlanda |
3 |
30 |
3 |
|
In-Netherlands |
32 |
23 |
28 |
|
Ir-Renju Unit |
273 |
2396.5 |
166 |
|
TOTAL |
593 |
2817.5 |
318 |
(*)It-tabella tinkludi informazzjoni mill-Istati Membri li għandhom mill-inqas installazzjoni offshore waħda preżenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom fl-2018.
L-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore jagħti drittijiet u setgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq operazzjonijiet u installazzjonijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawn id-drittijiet u s-setgħat jinkludu d-dritt li jiġu pprojbiti l-operazzjonijiet u d-dritt li jintalbu miżuri għall-iżgurar tal-konformità mal-prinċipji ġenerali tal-immaniġġjar tar-riskju u għall-iżgurar ta’ operazzjonijiet sikuri.
Għaldaqstant, tliet Stati Membri wettqu investigazzjonijiet matul il-perjodu ta’ rapportar: ir-Renju Unit, id-Danimarka u n-Netherlands. Ir-Renju Unit wettaq 41 investigazzjoni għal tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent 7 , u 5 investigazzjonijiet għal aċċidenti kbar. Id-Danimarka wettqet 3 investigazzjonijiet għal tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent, u n-Netherlands wettaq investigazzjoni waħda (1) għal aċċident kbir. Prinċipalment minħabba ż-żieda fir-Renju Unit, in-numru totali ta’ investigazzjonijiet fl-2018 kien sostanzjalment iktar għoli (50) milli fl-2017 (20) u fl-2016 (23).
Minkejja ż-żieda fl-investigazzjonijiet, l-għadd totali ta’ azzjonijiet ta’ infurzar kien iktar baxx fl-2018 milli fl-2017. Filwaqt li l-Istati Membri wettqu 47 azzjoni ta’ infurzar fl-2017 (45 minnhom tar-Renju Unit), fl-2018 ir-Renju Unit biss irrapporta dawn l-azzjonijiet, li n-numru tagħhom, jiġifieri 34 każ, kien iktar baxx milli fl-2017.
5. ID-DATA DWAR L-INĊIDENTI U L-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA TAL-OPERAZZJONIJIET OFFSHORE
L-Istati Membri rrappurtaw total ta’ 124 inċident għall-2018, skont l-Anness IX tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore.
- Fir-Renju Unit, kien hemm 95 avveniment rapportabbli, inklużi 5 aċċidenti kbar.
- Fin-Netherlands, kien hemm 14-il avveniment rapportabbli 8 , inkluż aċċident kbir wieħed. Il-kawżi tal-aċċident kbir ma ġewx irrappurtati, minħabba li l-każ kien għadu qed jiġi investigat fiż-żmien ta’ rapportar.
-Fid-Danimarka, kien hemm 9 avvenimenti rapportabbli, u ebda aċċident kbir.
-Fi Franza u l-Irlanda, kien hemm avveniment rapportabbli wieħed f’kull Stat Membru, u ebda aċċident kbir.
L-għadd ta’ aċċidenti kbar jinkludi inċidenti b’potenzjal sinifikanti li jikkawżaw imwiet jew korrimenti personali serji, anke jekk dawn ma wasslux għal dawn l-eżiti.
Il-biċċa l-kbira ta’ fallimenti (80 %) li seħħew fl-avvenimenti rapportabbli kienu jaqgħu taħt il-kategorija ta’ rilaxxi mhux intenzjonati; 13,7 % kienu jikkonċernaw it-telf tal-kontroll tal-bir (żbroffi/attivazzjoni tat-tagħmir tad-devjazzjoni); 1,6 % kienu jikkonċernaw fallimenti ta’ sikurezza u ta’ elementi kritiċi ambjentali (SECE); u 1,6 % kienu jikkonċernaw it-telf ta’ integrità strutturali (telf taż-żamma tal-istazzjoni). Żewġ inċidenti kienu jeħtieġu l-evakwazzjoni tal-persunal.
Tabella 5: Inċidenti skont il-kategoriji (Anness IX tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Offshore, livell tal-UE)
Kategoriji tal-Anness IX |
Għadd ta’ avvenimenti |
Sehem (mit-Total tal-Kategoriji) |
Sehem (mit-Total tal-Avvenimenti) |
|
(a) |
Rilaxxi mhux intenzjonati – Totali |
99 |
100.0 % |
79,8 % |
Rilaxxi ta’ żejt jew ta’ gass li ħadu n-nar – Nirien |
1 |
1,06 % |
0,8 % |
|
Rilaxxi ta’ żejt jew ta’ gass li ħadu n-nar – Splużjonijiet |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
|
Rilaxxi ta’ gass li ma ħax in-nar |
56 |
56,5 % |
45,2 % |
|
Rilaxxi ta’ żejt li ma ħax in-nar |
31 |
31,3 % |
25,0 % |
|
Rilaxxi ta’ sustanzi perikolużi |
11 |
11,1 % |
8,9 % |
|
(b) |
Telf tal-bir – Totali |
17 |
100.0 % |
13,7 % |
Żbroffi |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
|
Attivazzjoni tat-tagħmir tal-prevenzjoni tal-iżbroffi/tat-tagħmir tad-devjazzjoni tal-flussi |
8 |
47.1 % |
6,4 % |
|
Ħsara fl-ilqugħ tal-bjar |
9 |
52.9 % |
7,3 % |
|
(c) |
Ħsarat fl-SECE |
2 |
100.0 % |
1,6 % |
(d) |
Telf tal-integrità strutturali – Totali |
2 |
100.0 % |
1,6 % |
Telf tal-integrità strutturali |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
|
Telf tal-istabbiltà/tal-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
|
Telf tal-istabbiltà fl-istess post |
2 |
100.0 % |
1,6 % |
|
(e) |
Ħabtiet ta’ bastimenti |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
(f) |
Aċċidenti bil-ħelikopter |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
(g) |
Aċċidenti fatali(*) |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
(h) |
Indarbu serjament 5 persuni jew iktar fl-istess aċċident |
0 |
0.0 % |
0.0 % |
(i) |
Evakwazzjoni tal-persunal |
2 |
100.0 % |
1,6 % |
(j) |
Aċċidenti ambjentali(**) |
2 |
100.0 % |
1,6 % |
Total 9 |
124 |
100.0 % |
100.0 % |
|
(*) Jekk relatati ma’ aċċident kbir biss (**) Skont ir-rapporti tal-Istati Membri, l-aċċidenti l-kbar ma kinux jikkwalifikaw bħala aċċidenti ambjentali |
Fl-UE, l-għadd totali ta’ inċidenti żdied minn 42 fl-2016 għal 59 fl-2017, u kompla jiżdied għal 124 fl-2018, l-iżjed minħabba għadd akbar ta’ “rilaxxi mhux intenzjonati”. L-inċidenti ta’ “nuqqas ta’ kontroll tal-bir” żdiedu għal 17, wara li n-numru naqas minn 11 fl-2016 għal 8 fl-2017. Il-“fallimenti tal-elementi kritiċi tas-sikurezza u ambjentali” kienu 2, wara 3 fl-2016 u 1 fl-2017. Kien hemm 2 rapporti ta’ fallimenti ta’ integrità strutturali fl-2018, wara ebda rapport fl-2017 u 2 fallimenti bħal dawn irrappurtati fl-2016. Barra minn hekk, saru 2 evakwazzjonijiet fl-2018, filwaqt li l-ebda evakwazzjoni tal-persunal ma ġiet irrappurtata għall-2017 u evakwazzjoni waħda (1) ġiet irrappurtata fl-2016.
Ma ġiet irrappurtata l-ebda ħabta ta’ bastimenti għall-2018, meta mqabbla mat-3 fl-2017. FL-2016 l-ebda ħabta ma ġiet irrappurtata; kien hemm 9 każijiet ta’ ħsara fl-ilqugħ tal-bjar meta mqabbla ma’ 2 fl-2017 u ebda wieħed għall-2016. Fl-2018 total ta’ 6 inċidenti kienu kklassifikati bħala aċċidenti kbar 10 , peress li setgħu potenzjalment jikkawżaw imwiet jew korriment personali gravi. Fl-2017, seħħew 4 aċċidenti kbar u 2 aċċidenti kbar ġew irrappurtati fl-2016.
Fid-dawl tan-numru akbar ta’ aċċidenti, il-Kummissjoni qed tikkoopera mill-qrib mal-Awtoritajiet Kompetenti kkonċernati biex tiddetermina l-kawżi għal dan l-iżvilupp u biex tiddiskuti azzjonijiet ta’ segwitu potenzjali li jippermettu livell ogħla ta’ prestazzjoni tas-sikurezza malajr kemm jista’ jkun. Il-kooperazzjoni sseħħ bilateralment u fil-kuntest tal-Grupp ta' Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea Responsabbli għall-Attivitajiet taż-Żejt u tal-Gass lil hinn mill-Kosta (EUOAG).
6. KONKLUŻJONIJIET
B’556 installazzjoni fl-UE (l-2018 jinkludi r-Renju Unit), l-għadd ta’ installazzjonijiet baqa’ pjuttost stabbli. Fis-sena ta’ qabel dan naqas minn 586 fl-2016 għal 554 fl-2017. Il-livell ta’ produzzjoni globali ta’ żejt u gass naqas bi ftit minn 113 051 kilotunnellata ta’ ekwivalent taż-żejt għal 112 217-il kilotunnellata ta’ ekwivalent taż-żejt fl-2018.
Il-Kummissjoni tivvaluta s-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar ir-rapportar. Għaldaqstant, l-akkuratezza tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tiddependi fuq l-informazzjoni li tiġi ppreżentata mill-Istati Membri.
L-għadd ta’ spezzjonijiet u investigazzjonijiet li saru kien ftit inqas (inqas b’6 %) mis-sena ta’ qabel. Meta mqabbel mal-2017, l-Istati Membri wettqu inqas azzjonijiet ta’ infurzar.
L-għadd ta’ inċidenti żdied ħafna minn 59 fl-2017 għal 124 fl-2018. L-introduzzjoni gradwali tal-installazzjonijiet offshore kollha tar-Renju Unit fis-sistema tar-rapportar tista’ tispjega biss parti żgħira taż-żieda fl-aċċidenti 11 . L-inċidenti fir-Renju Unit żdiedu minn 30 għal 99 u fin-Netherlands minn 13 għal 52. B’kuntrast ma’ dan, dan in-numru naqas għad-Danimarka minn 14 għal 9. L-aċċidenti kbar żdiedu minn 4 għal 6 bejn l-2017 u l-2018.
Bħal fl-2016 u l-2017, ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ mewt fl-2018, iżda seħħew 10 korrimenti u 17-il korriment serju. Skont ir-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti, fir-Renju Unit u fin-Netherlands, l-għadd ta’ aċċidenti żdied ħafna, u dan jeżiġi kemm analiżi fil-fond tal-kawżi kif ukoll miżuri ta' segwitu mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni se tikkoopera mal-Istati Membri u se tfittex kooperazzjoni mar-Renju Unit biex terġa’ ġġib il-prestazzjoni tas-sikurezza lura għal-livell tas-snin riċenti.
ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66.
ĠU L 302, 22.10.2014, p. 2.
https://euoag.jrc.ec.europa.eu/files/attachments/2015_11_25_implementing_regulation_guidance_document_final.pdf.
Unitajiet mobbli tat-tħaffir offshore (MODUs) mhumiex parti mill-analiżi tat-Taqsima 4.1.
Għad-dettalji ara l-Kapitolu 4.1.
Minkejja d-dekummissjonar ta’ 13-il installazzjoni u l-bidu tal-operazzjoni ta’ installazzjoni ġdida waħda biss, l-għadd totali ta’ installazzjonijiet żdied b’żewġ installazzjonijiet. Kieku d-data kollha ġiet irrappurtata b’mod preċiż, in-numru kellu jonqos bi 12-il installazzjoni.
It-tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent huwa dak irrappurtat mill-ħaddiema, jekk jaraw kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol li jaħsbu li jistgħu jkunu qed jiksru l-liġi tas-saħħa u s-sigurtà u li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara.
Avveniment rapportabbli wieħed jista’ jwassal għal diversi inċidenti, eż. rilaxx mhux intenzjonat tal-gass jista’ jwassal għall-evakwazzjoni tal-persunal.
Inċident wieħed jista’ jidher iktar minn darba, pereżempju: l-evakwazzjoni ta’ persunal marbut mat-telf ta’ kontroll tal-bir tkun tgħodd bħala żewġ punti għat-total.
ĠU L 178, 28.6.2013, p. 73: l-Artikolu 2(1): “aċċident kbir” tfisser, fir-rigward ta’ installazzjoni jew infrastruttura konnessa:
(a) aċċident li jinvolvi splużjoni, nirien, telf ta’ kontroll tal-bir, jew rilaxx ta’ żejt, gass jew sustanzi perikolużi li jinvolvu, jew b’potenzjal sinifikanti li jikkawżaw, imwiet jew korriment personali serju;
(b) inċident li jwassal għal ħsara serja fl-installazzjoni jew fl-infrastruttura konnessa li jinvolvi, jew b’potenzjal sinifikanti li jikkawża, imwiet jew korriment personali serju;
(c) kwalunkwe inċident ieħor li jwassal għall-imwiet jew korriment serju ta’ ħames persuni jew iktar li jinsabu fuq l-installazzjoni offshore li minnha jkun ġej is-sors tal-periklu jew li jkunu involuti f’operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore b’konnessjoni mal-installazzjoni jew l-infrastruttura konnessa; jew
(d) kwalunkwe inċident ambjentali kbir li jirriżulta minn incidenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c).
Għall-finijiet li jiġi determinat jekk avveniment jikkostitwixxix aċċident kbir skont il-punti (a), (b) jew (d), installazzjoni li normalment ma tkunx sorveljata għandha tiġi ttrattata daqslikieku kienet sorveljata.
L-effett tal-introduzzjoni gradwali jista’ jiġġustifika żieda stmata ta’ 10 inċidenti, jekk il-prestazzjoni tas-sikurezza tibqa’ l-istess għal kull installazzjoni.