EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0007

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar it-tħaddim tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (li qabel kien magħruf bħala r-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq)

COM/2020/7 final

Brussell, 14.1.2020

COM(2020) 7 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar it-tħaddim tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (li qabel kien magħruf bħala r-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq)


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar it-tħaddim tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (li qabel kien magħruf bħala r-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq)

I.    Introduzzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (l-hekk imsejjaħ Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq) ġie stabbilit biex jirregola r-reġim tal-importazzjoni tal-UE għall-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku li kienu nnegozjaw Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE). Dawn il-pajjiżi kienu elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

Sa Mejju 2013 il-Botswana, il-Kamerun, il-Kosta tal-Avorju, Fiġi, il-Ghana, il-Kenja, in-Namibja u l-Eswatini ma kinux ħadu l-passi neċessarji biex jirratifikaw l-FSE rispettivi tagħhom. Konsegwentement, f'konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I ta' dak ir-Regolament ġie emendat biex jitneħħew dawn il-pajjiżi. Permezz tar-Regolament 527/2013 tal-21 ta’ Mejju 2013 dawn il-pajjiżi ma baqgħux koperti mill-arranġament ta' aċċess għas-suq kif permess skont ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, b’seħħ mill-1 ta' Ottubru 2014.

Ir-Regolament (UE) Nru 527/2013 emenda wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 billi ddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta atti delegati biex taddatta l-Anness I għar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq sabiex terġa’ ddaħħal il-pajjiżi tal-AKP hekk kif dawn ikunu kkonkludew in-negozjati tal-FSE mal-UE.

Sa Lulju 2014, wara li kkonkludew in-negozjati u wara li ħadu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-ftehimiet tagħhom, il-Botswana, il-Kamerun, il-Kosta tal-Avorju, Fiġi, il-Ghana, in-Namibja u l-Eswatini d reġgħu ddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq permezz tar-Regolamenti delegati Nru 1025/2014, 1026/2014 u 1027/2014 tal-25 ta’ Lulju 2014, u l-Kenja permezz tar-Regolament ta’ delega Nru 1387/2014 tal-14 ta’ Novembru 2014.

Wara li ġie emendat sostanzjalment diversi drabi, ir-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq ġie riformulat fl-interess taċ-ċarezza skont ir-Regolament (KE) Nru 2016/1076 tat-8 ta’ Ġunju 2016 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”). Barra minn hekk, ir-Regolament ta s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex:

·temenda l-Anness I sabiex iżżid reġjuni jew stati li jkunu kkonkludew negozjati dwar ftehim sabiex ikunu jistgħu, b’mod partikolari, ikunu soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ salvagwardja previst skont ir-Regolament (l-Artikolu 2(2));

·temenda l-Anness I sabiex tneħħi reġjuni jew stati minn dak l-Anness (l-Artikolu 2(3));

·terġa' ddaħħal lil dawk ir-reġjuni jew stati li jkunu tneħħew mill-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 527/2013 u li, minn din it-tneħħija, ħadu l-passi neċessarji biex jirratifikaw il-ftehimiet rispettivi tagħhom (l-Artikolu 3);

·iżżid anness li jistabbilixxi r-reġim applikabbli għall-prodotti li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel (l-Artikolu 4(3));

·temenda l-Anness II (Regoli ta’ oriġini) fejn meħtieġ biex tqis l-emendi għal leġiżlazzjoni doganali oħra tal-Unjoni (l-Artikolu 5(3)); kif ukoll

· temenda l-Artikolu 6 (Kooperazzjoni amministrattiva) u l-Artikoli 9 sa 20 (Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ salvagwardja) li jista’ jkun meħtieġ bħala riżultat ta’ differenzi bejn ir-regolament u l-ftehimiet iffirmati b’applikazzjoni proviżorja jew konklużi skont l-Artikolu 218 TFUE mar-reġjuni jew stati elenkati fl-Anness I (l-Artikolu 21).

Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament.

Il-Lesoto, il-Mozambique, Samoa u l-Afrika t’Isfel, wara li ħadu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-FSE rispettivi tagħhom fil-perjodu ta’ rieżami, ġew inklużi fl-Anness I tar-Regolament permezz tar-Regolamenti delegati 2017/1550 u 2017/1551 tal-14 ta’ Lulju 2017 u 2019/821 tat-12 ta’ Marzu 2019.

II.    Bażi ġuridika

Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2016/1076, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta' ħames snin mill-21 ta' Ġunju 2013. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1076 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-20 ta’ Frar 2014. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku.

L-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2016/1076 jipprevedi li l-Kummissjoni tfassal rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar id-delega tas-setgħa.

III.    Tħaddim tad-Delega

A.    Aspetti proċedurali

Skont l-Artikolu 22(4) tad-Direttiva (UE) 2016/1076, qabel ma jiġi adottat att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Għal kull att delegat, il-Kummissjoni debitament ikkonsultat lill-esperti tal-Istati Membri permezz ta’ laqgħat jew permezz ta’ proċedura bil-miktub. B’mod parallel, il-Kummissjoni nfurmat ukoll lill-Parlament Ewropew. F’konformità mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament, il-Kummissjoni nnotifikat l-atti delegati simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill hekk kif adottathom.

B.    Mill-21 ta’ Mejju 2013 ’l hawn, ġew adottati u daħlu fis-seħħ seba’ (7) atti delegati kif ġej:

1.L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1076 (li jistabbilixxu mill-ġdid reġjuni jew stati AKP li tneħħew mir-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq permezz tar-Regolament (UE) Nru 527/2013):

·IR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1025/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) provdut għalihom fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

Wara li kkonkludew in-negozjati tal-FSE, il-Botswana, il-Kosta tal-Avorju, il-Ghana, in-Namibja u l-Eswatini reġgħu ddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2014.

·IR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1026/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

Wara li ħa l-passi neċessarji biex jirratifika l-FSE tiegħu, Fiġi reġa’ ddaħħal fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2014.

IR-RETTIFIKA TAR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1026/2014 tal-25 ta' LULJU 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

“Ir-Repubblika tal-Gżejjer ta’ Fiġi” ġiet sostitwita b’“Ir-Repubblika ta’ Fiġi”.

·IR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1027/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati

Wara li ħa l-passi neċessarji biex jirratifika l-FSE tiegħu, il-Kamerun reġa’ ddaħħal fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2014.

·IR-REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1387/2014 tal-14 ta' Novembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika

Il-Kenja, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ikkonkludew in-negozjati dwar l-FSE fis-16 ta’ Ottubru 2014. Il-Kenja reġgħet iddaħħlet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

2.    L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) 2016/1076 (ir-reġim applikabbli għall-prodotti li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel):

·IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1550 tal-14 ta' Lulju 2017 li jżid Anness mar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika

Wara r-ratifika tal-FSE tal-SADC, l-Anness V li jistabbilixxi r-reġim ta’ aċċess għas-suq applikabbli għall-importazzjoni fl-UE ta’ prodotti li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel ġie miżjud mar-Regolament (UE) 2016/1076.

3.    L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2016/1076 (li jżidu r-reġjuni jew stati AKP li kkonkludew in-negozjati dwar l-FSE):

·IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1551 tal-14 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, ftehimiet ta' sħubija ekonomika

Wara li rratifikaw l-FSE tagħhom, il-Lesoto u l-Mozambique iddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076.

·IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/821 tat-12 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi l-Istat Indipendenti ta' Samoa fl-Anness I

Wara d-depożizzjoni minn Samoa tal-Att ta’ Adeżjoni tagħha mal-FSE bejn l-UE u l-Paċifiku, Samoa ddaħħlet fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076.

IV.    Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport fil-kuntest tat-tħaddim tajjeb min-naħa tal-Kummissjoni tas-setgħa delegata mir-Regolament.

Top