Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020BP0144

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija (08097/2020 – C9-0146/2020 – 2020/2069(BUD))

    ĠU C 362, 8.9.2021, p. 168–169 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/168


    P9_TA(2020)0144

    Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija (08097/2020 – C9-0146/2020 – 2020/2069(BUD))

    (2021/C 362/28)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019 (2),

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (ir-“Regolament dwar il-QFP”),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5),

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 4/2020 adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' April 2020 (COM(2020)0190),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020, adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Mejju 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (08097/2020 – C9-0146/2020),

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija (COM(2020)0200),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0106/2020),

    A.

    billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020 jkopri l-proposta ta' mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija wara diżastri naturali li seħħew f'dawk l-Istati Membri matul l-2019;

    B.

    billi għaldaqstant il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li temenda l-baġit 2020 u li żżid il-linja baġitarja 13 06 01 “Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija” b'EUR 272 498 208, kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

    C.

    billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali skont id-definizzjoni fir-Regolament dwar il-QFP u l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti se jiġu bbaġitjati oltre l-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali;

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

    (2)  ĠU L 57, 27.2.2020.

    (3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

    (4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (5)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


    Top