Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0134

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08662/1/2019 – C9-0004/2019 – 2019/0078(NLE))

    ĠU C 362, 8.9.2021, p. 147–147 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/147


    P9_TA(2020)0134

    Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08662/1/2019 – C9-0004/2019 – 2019/0078(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2021/C 362/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08662/1/2019),

    wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08668/2019),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0004/2019),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0024/2020),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Cabo Verde.

    (1)  Testi adottati, P9_TA(2020)0135.


    Top