Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0131

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (15300/1/2019 – C9-0102/2020 – 2018/0154(COD))

    ĠU C 362, 8.9.2021, p. 146–146 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/146


    P9_TA(2020)0131

    L-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ***II

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (15300/1/2019 – C9-0102/2020 – 2018/0154(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    (2021/C 362/18)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15300/1/2019 – C9-0102/2020),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0307),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0108/2020),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

    2.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  Testi adottati tas-16.4.2019, P8_TA(2019)0359.


    Top