Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0042

    P9_TA(2020)0042 Miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u fis-setturi l-oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19 (Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus)***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u fis-setturi l-oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 [Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus] (COM(2020)0113 – C9-0083/2020 – 2020/0043(COD)) P9_TC1-COD(2020)0043 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19 (Inizjattiva ta' Investiment fir-Reazzjoni għall-Coronavirus)

    ĠU C 316, 6.8.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 316/16


    P9_TA(2020)0042

    Miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u fis-setturi l-oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19 (Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus)***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u fis-setturi l-oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 [Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus] (COM(2020)0113 – C9-0083/2020 – 2020/0043(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 316/05)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0113),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 177 u 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0083/2020),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P9_TC1-COD(2020)0043

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19 (Inizjattiva ta' Investiment fir-Reazzjoni għall-Coronavirus)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/460.)


    Top