Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0003

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (11033/2019 – C9-0049/2019 – 2018/0147(NLE))

    ĠU C 270, 7.7.2021, p. 120–120 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/120


    P9_TA(2020)0003

    Ftehim UE-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (11033/2019 – C9-0049/2019 – 2018/0147(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2021/C 270/16)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11033/2019),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (09685/2018),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0049/2019),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0041/2019),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    Top