EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AE5307

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE fir-rigward ta’ miżuri temporanji b’rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-vaċċini tal-COVID-19 u ma’ apparat mediku dijanjostiku in vitro b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19” [COM(2020) 688 final — 2020/0311 (CNS)]

EESC 2020/05307

ĠU C 56, 16.2.2021, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/61


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE fir-rigward ta’ miżuri temporanji b’rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-vaċċini tal-COVID-19 u ma’ apparat mediku dijanjostiku in vitro b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19”

[COM(2020) 688 final — 2020/0311 (CNS)]

(2021/C 56/09)

Konsultazzjoni

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 6.11.2020

Bażi legali

Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Opinjoni adottata fil-plenarja

2.12.2020

Sessjoni plenarja Nru

556

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

195/0/3

Peress li l-Kumitat ħabbar li jappoġġja r-regoli tat-tassazzjoni minħabba l-kriżi tal-COVID-19 fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE biex tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li jiġu posposti ċerti limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020) 197 final – 2020/0081 (CNS)]; dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f’dak li jirrigwarda d-dati tattraspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 [COM(2020) 198 final – 2020/0082 (CNS)] u dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2454 f’dak li jirrigwarda d-dati tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (COM(2020) 201 final – 2020/0084 (CNS)] (1), adottata fl-10 ta’ Ġunju 2020 u din l-emenda għad-Direttiva 2006/112/KE ma tinkludix kontenut ieħor li l-KESE jista’ jikkumenta fuqu, iddeċieda, matul il-556 sessjoni plenarja tiegħu tat-2 u t-3 ta’ Diċembru 2020 (seduta tat-2 ta’ Diċembru), b’195 vot favur u 3 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi hawn fuq.

Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew


(1)  ĠU C 311, 18.9.2020, p. 76.


Top