EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XC1105(03)

Pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/332019/C 374/01

ĠU C 374, 5.11.2019, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/1

Pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 374/01)

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

AVVIŻ DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“CHIANTI”

Numru ta’ referenza: PDO-IT-A1228-AM05

Data tal-avviż: 25.7.2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tal-inbejjed “Chianti”

Deskrizzjoni u raġunijiet

Għall-kategoriji kollha tal-inbid “Chianti”, il-kontenut massimu ta’ 4 grammi għal kull litru ta’ zokkor riduċenti tħassar u għaldaqstant it-terminu “mhux ħelu” ġie miżjud fil-parametru tat-togħma.

Permezz ta’ din l-emenda, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni Ewropea, li tiddikjara li għall-inbejjed mhux ħelwin il-kontenut ta’ zokkor ma jistax jaqbeż id-9 g/l, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

Din l-emenda hi maħsuba biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-produtturi u l-preferenzi tal-konsumaturi finali.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 1.4 tad-Dokument Uniku - Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

Chianti

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

CHIANTI

Kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscano, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l.

Il-kategorija Riserva: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI fis-subżona ta’ “COLLI ARETINI”

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscan o, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Il-kategorija Riserva: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI fis-subżona ta’ “COLLI FIORENTINI”

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscano, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %;

CHIANTI fis-subżona ta’ “COLLI SENESI”

Il-kategorija Riserva: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI fis-subżona ta’ “COLLINE PISANE”

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscano, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Il-kategorija Riserva: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI fis-subżona ta’ “MONTALBANO”

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscan o, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Il-kategorija Riserv a: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI fis-subżona ta’ “MONTESPERTOLI”

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscano, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Il-kategorija “Riserv a”: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja min§ima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI fis-subżona ta’ “RUFINA”

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscano, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Il-kategorija “Riserv a”: Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

CHIANTI “SUPERIORE

kulur: lewn ir-rubin jgħajjat, li maż-żmien għandu tendenza jixbah lewn il-granat;

Riħa: etilika qawwija, xi kultant b’riħa ta’ vjoli, u b’aktar finezza fil-fażi ta’ maturazzjoni;

Togħma: mhux ħelwa, armonjuża, tajba, kemxejn tannika, li maż-żmien timmatura għal togħma bellusija; f’każ li tintuża t-teknika governo all’uso Toscano, it-togħma tkun qawwija u sħiħa;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jinsabx fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiċi enoloġiċi essenzjali

Governo all’uso Toscano

FIL-PRODUZZJONI TAL-INBID, TISTA’ TINTUŻA L-PRATTIKA ENOLOĠIKA TRADIZZJONALI MAGĦRUFA BĦALA “GOVERNO ALL’USO TOSCANO”, LI TIKKONSISTI F’FERMENTAZZJONI SEKONDARJA TAL-INBID MALLI JIĠI ESTRATT BL-UŻU TA’ GĦENEB KEMXEJN IMNIXXEF TAL-VARJETAJIET PERMESSI.

L-INBID “CHIANTI” D.O.C.G. JITQIEGĦED FIS-SUQ FI ŻMINIJIET DIFFERENTI SKONT IL-KATEGORIJA U Ż-ŻONA TAL-ORIĠINI. IT-TERMINU “RISERVA” GĦANDU JINTUŻA BISS GĦALL-INBID LI JKUN GĦADDA MINN PROĊESS TA’ MATURAZZJONI KIF STABBILIT FL-ISPEĊIFIKAZZJONI.

b.    Rendimenti massimi

Chianti

9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Chianti

63 ettolitru għal kull ettaru

CHIANTI COLLI ARETINI, COLLI FIORENTINI, COLLINE PISANE, COLLINE PISANE, MONTALBANO, MONTESPERTOLI, RUFINA, COLLI SENESI U RISERVA

8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

CHIANTI COLLI ARETINI, COLLI FIORENTINI, COLLINE PISANE, COLLINE PISANE, MONTALBANO, MONTESPERTOLI, RUFINA, COLLI SENESI U RISERVA

56 ettolitru għal kull ettaru

CHIANTI SUPERIORE

7 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

CHIANTI SUPERIORE

52,50 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-inbid Chianti D.O.C.G., fid-diversi forom territorjali u kategoriji tagħha, tinsab kompletament fiċ-ċentru tat-territorju amministrattiv tar-reġjun tat-Toskana. B’mod partikolari, iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid Chianti D.O.C.G. tinkludi t-territorji bl-għoljiet partikolarment adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed eċċellenti, li jinsabu f’parti mit-territorji amministrattivi tal-provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Prato, Pistoia, Pisa u Siena.

7.   Varjetà jew varjetajiet ewlenin tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Sangiovese N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-INBID CHIANTI D.O.C.G. FID-DIVERSI FOROM TERRITORJALI TIEGĦU

Iż-żona ġeoloġikament omoġenja li tinsab fiċ-ċentru tal-għoljiet tat-Toskana, li fit-Tramuntana hija limitata mill-Appennini u fin-Nofsinhar, testendi lil hinn minn Siena. Iż-żona klimatika ddefinita bħala “tal-għoljiet interni tat-Toskana”. Żona vitikulturali sa minn żmien l-Etruski. Is-sistemi agrikoli nbidlu radikalment bit-tranżizzjoni mill-mezzadrija għall-ġestjoni tal-vinji mill-imprendituri fl-1970. L-aktar vinji reċenti huma kkaratterizzati minn densità ta’ dwieli ta’ aktar minn 4 000 għal kull ettaru. Il-varjetà tad-dielja prinċipali hija rrappreżentata mis-Sangiovese, li magħha ġew ikkombinati varjetajiet oħra (ħomor u bojod), f’perċentwali li varjaw matul iż-żmien. Il-varjetajiet ta’ għeneb abjad huma permessi sa limitu massimu ta’ 10 %.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

XEJN

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14228

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

Top