Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XC0214(01)

    Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2018 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT.40461 — DK/DE Interconnector) (notifikat bid-dokument C(2018) 8132)

    C/2018/8132

    ĠU C 58, 14.2.2019, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/7


    Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-7 ta’ Diċembru 2018

    li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    (Il-Każ AT.40461 — DK/DE Interconnector)

    (notifikat bid-dokument C(2018) 8132)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2019/C 58/09)

    Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE]. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

    (1)   

    Il-każ jikkonċerna TenneT TSO GmbH (“TenneT”), operatur Ġermaniż tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriċità.

    (2)   

    It-tħassib tal-Kummissjoni kien li TenneT setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha għat-trażmissjoni tal-elettriċità fuq in-network tagħha billi llimitat b’mod sinifikanti l-kapaċità kummerċjali fuq l-interkonnettur tal-elettriċità bejn il-Ġermanja u d-Danimarka tal-Punent (“l-interkonnettur DE-DK1”) li wassal għal kompartimentalizzazzjoni tas-suq intern u diskriminazzjoni bejn utenti tan-network fuq il-bażi tal-post ta’ residenza tagħhom.

    (3)   

    Il-Kummissjoni tqis li l-impenji offruti wara l-valutazzjonijiet preliminari u l-kummenti ppreżentati minn terzi persuni interessati huma biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib identifikat dwar il-kompetizzjoni. L-ewwel nett, l-impenji jipprovdu li l-kapaċità massima tal-interkonnettur DE- DK1 għandha tiġi offruta lis-suq billi jitqiesu raġunijiet leġittimi ta’ operazzjoni sigura tan-network. It-tieni, l-impenji jipprovdu għal kapaċità minima garantita fis-siegħa li taġixxi bħala salvagwardja u tipprovdi lill-parteċipanti fis-suq bi prevedibbiltà fuq il-kapaċità disponibbli għall-kummerċ. Fl-aħħar nett, l-impenji jipprovdu għal żieda gradwali tal-kapaċità minima garantita fis-siegħa wara l-ikkummissjonar tal-espansjoni ppjanata tal-kapaċità tal-interkonnettur DE-DK1.

    (4)   

    Id-deċiżjoni sabet li, fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm bażi għal azzjoni mill-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni għandha tkun vinkolanti għal disa’ snin.

    (5)   

    Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-28 ta’ Novembru 2018.


    (1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


    Top