Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0453

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

COM/2019/453 final

Brussell, 8.10.2019

COM(2019) 453 final

2019/0211(NLE)

EMPTY

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd 1 (“ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS”) ifittex li jiżgura li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jintużaw b’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-istabbiliment annwali tal-opportunitajiet tas-sajd. Ir-Regolamenti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd iridu jillimitaw il-qbid tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli li jkunu konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS).

Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

Wara li ġie adottat u li daħal fis-seħħ il-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran 2 , din il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri kkonċernati f’dak ir-reġjun (jiġifieri Spanja, Franza u l-Italja), mogħtija f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli.

Din il-proposta tistabbilixxi wkoll l-opportunitajiet tas-sajd li joħorġu mill-ftehimiet li ntlaħqu fil-qafas tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (il-GFCM), li hija organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-Unjoni Ewropea hija membru tal-GFCM flimkien mal-Bulgarija, mal-Kroazja, ma’ Ċipru, ma’ Franza, mal-Greċja, mal-Italja, ma’ Malta, mar-Rumanija, mas-Slovenja u ma’ Spanja. Il-miżuri adottati fil-qafas tal-GFCM jorbtu lill-membri tagħha.

Fl-aħħar nett, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Baħar l-Iswed, din il-proposta tistabbilixxi kwota awtonoma għal-laċċ ikħal sabiex jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd. Fil-każ tal-barbun imperjali, il-proposta tittrasponi l-qabda totali permissibbli (it-TAC) u l-kwoti stabbiliti mill-GFCM.

L-objettiv aħħari huwa li l-istokkijiet jinġiebu f’livelli li jkunu jistgħu jwasslu għar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY) u li dawn jinżammu f’dawk il-livelli. Dan l-objettiv ġie inkorporat b’mod espliċitu fir-Regolament Bażiku dwar il-PKS, li fih fl-Artikolu 2(2) jingħad li dan “għand[u], fejn possibbli, [j]intlaħaq sal-2015 u [...] sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha”. Dan jirrifletti l-impenn li ħadet l-Unjoni b’rabta mal-konklużjonijiet tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fl-2002 f’Johannesburg u mal-Pjan ta’ Implimentazzjoni marbut miegħu. Min-naħa l-oħra, minħabba li ma tantx fadal żmien għall-iskadenza tal-2020 u minħabba li dan ikun ifisser tnaqqis sinifikanti ħafna fl-isforz tas-sajd, id-dispożizzjonijiet tal-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran huma maħsubin biex jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY) fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.

Għalkemm din hija l-ewwel darba li qed jiġi propost Regolament awtonomu dwar l-opportunitajiet tas-sajd kemm għall-Mediterran u kemm għall-Baħar l-Iswed, l-eżerċizzju tal-opportunitajiet tas-sajd jirrappreżenta ċiklu annwali ta’ ġestjoni. Fil-fatt, fis-snin li għaddew ġew adottati opportunitajiet tas-sajd għall-Baħar l-Iswed 3 u għaż-żona tal-Ftehim tal-GFCM 4 . Għall-2020, iridu jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd ukoll għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran wara li ġie adottat u li daħal fis-seħħ il-pjan pluriennali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma mfasslin skont l-objettivi u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: il-PKS hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Ir-Regolament propost tal-Kunsill jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. Filwaqt li jqisu l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS, l-Istati Membri huma ħielsa jallokaw dawn l-opportunitajiet fost il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skont kif jidhrilhom li jkun xieraq. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ħafna fejn jimmanuvraw meta jieħdu d-deċiżjonijiet marbutin mal-mudelli soċjali u ekonomiċi tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom.

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa Regolament tal-Kunsill.

Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma japplikawx.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd u dwar konsultazzjoni b’rabta mal-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 5 .

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-istat tal-istokkijiet fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed tissejjes fuq l-iktar ħidma riċenti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF), tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM dwar is-Sajd u tal-Grupp ta’ Ħidma tal-GFCM dwar il-Baħar l-Iswed.

Valutazzjoni tal-impatt

L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

Il-proposti tal-Kummissjoni għar-Regolament Bażiku dwar il-PKS u għall-pjan pluriennali għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ġew żviluppati, kif xieraq, abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt 6 . Wieħed mill-istrumenti ewlenin tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament huwa l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd. Il-pjan pluriennali daħħal reġim tal-isforz tas-sajd biex jindirizza l-problema tas-sajd żejjed li hemm fis-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-GFCM kemm għall-Mediterran u kemm għall-Baħar l-Iswed, essenzjalment din il-proposta timplimenta miżuri miftehma fuq livell internazzjonali. Kull element li jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatti li l-opportunitajiet tas-sajd jista’ jkollhom jiġi ttrattat meta jkunu qed jitħejjew in-negozjati internazzjonali li matulhom ikun se jintlaħaq qbil mal-pajjiżi terzi dwar l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni u meta jkunu qed isiru dawn in-negozjati.

Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għall-futur qarib, iżda wkoll approċċ iktar fit-tul li, permezz tiegħu, il-livell tas-sajd jiġi adattat bil-mod il-mod għal livelli li jkunu sostenibbli fit-tul.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma japplikawx.

Drittijiet fundamentali

Ma japplikawx.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Din il-proposta se tiġi implimentata skont ir-regoli eżistenti tal-Politika Komuni tas-Sajd. Il-monitoraġġ u l-konformità se jiġu żgurati skont ir-regoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri għall-2020 għal ċerti stokkijiet jew ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-opportunitajiet tas-sajd jinkludu, b’mod partikulari, l-affarijiet li ġej:

1.reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir li jkunu qed jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran. Il-pjan pluriennali l-ġdid għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-pjan, kull sena l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal kull grupp ta’ sforz tas-sajd għal kull Stat Membru u għall-gruppi tal-istokkijiet iddefiniti fl-Anness I tal-pjan. Għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jrid jitnaqqas b’10 % meta mqabbel mal-valur ta’ referenza (mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017), ikkalkulat minn kull Stat Membru għal kull grupp ta’ sforz tas-sajd jew għal kull subżona ġeografika;

2. miżuri li adottat il-GFCM u li japplikaw fil-Mediterran. Dawn il-miżuri jinkludu perjodu ta’ għeluq tas-sajd għas-sallur fil-Mediterran kollu (fis-subżoni ġeografiċi 1 sa 27) u limiti tal-qbid u limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku (fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18). Dawn il-miżuri ġew adottati waqt il-laqgħa annwali tal-GFCM tal-2018. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18), li għandhom jiġu adottati waqt il-laqgħa annwali tal-GFCM tal-2019 li se ssir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru 2019. Dawn il-miżuri huma mmarkati bl-ittri “pm” (li jfissru “pro memoria”) f’din il-proposta, minħabba li għadhom pendenti għax il-laqgħa annwali tal-GFCM għadha ma saritx. Dawn se jiġu aġġornati ladarba l-GFCM tadottahom;

3. opportunitajiet tas-sajd għall-Baħar l-Iswed. Dawn jinkludu: (a) kwota awtonoma għal-laċċ ikħal abbażi tal-parir xjentifiku, skont liema jeħtieġ jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk; (b) il-qabda totali permissibbli (it-TAC) u l-allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali fil-qafas ta’ pjan ġdid ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali li għandu jiġi adottat waqt il-laqgħa annwali tal-GFCM tal-2019. It-TAC u l-kwoti għall-barbun imperjali huma mmarkati bl-ittri “pm” fil-proposta sakemm jiġu adottati mill-GFCM.

2019/0211 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jistipula li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, irid jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfasslin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “is-STECF”).

(3)Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, fosthom ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, kif xieraq. L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b’mod konsistenti mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-PKS”) stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew għal kull tip ta’ sajd.

(4)L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li, għall-istokkijiet li għalihom hemm pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont ir-regoli stipulati f’dawk il-pjanijiet.

(5)Il-pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019. Skont l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1 tiegħu għandhom jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY) fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jingħataw f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli u li dawn jiġu ffissati skont ir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022. Għalhekk, għall-2020, jenħtieġ li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jitnaqqas b’10 % meta mqabbel mal-valur ta’ referenza stabbilit skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

(6)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-GFCM”) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/1 li tistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni għas-sallur (Anguilla anguilla L.) fil-Mediterran (fis-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM). Dawn il-miżuri jinkludu perjodu annwali ta’ għeluq tas-sajd ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jiddefinixxi skont l-objettivi ta’ konservazzjoni mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 9 , skont il-pjan jew il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni tiegħu għas-sallur u skont ix-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallur f’dak l-Istat Membru. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni, l-għeluq tas-sajd għandu japplika għall-ilma baħar kollu tal-Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet tranżizzjonali. Jenħtieġ li din il-miżura tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(7)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/8 li stabbiliet limiti tal-qbid u limiti tal-isforz tas-sajd għall-2019, għall-2020 u għall-2021 għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM (fil-Baħar Adrijatiku). Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Il-limiti massimi tal-qbid huma ffissati biss għal sena u huma mingħajr preġudizzju għal kull miżura oħra li tista’ tiġi adottata fil-ġejjieni u għal kull skema ta’ allokazzjoni li jista’ jkun hemm bejn l-Istati Membri.

(8)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/xx li tistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM (fil-Baħar Adrijatiku), li daħħlet reġim tal-isforz tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

[Il-premessa, l-Artikoli rilevanti u l-Annessi se jiġu aġġornati wara l-laqgħa annwali]

(9)Filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħhom fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, huwa xieraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess tal-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal kwota minima tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.

(10)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/xx li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (fis-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Din ir-rakkomandazzjoni tintroduċi qabda totali permissibbli (TAC) reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni oħrajn għal dan l-istokk, b’mod partikulari perjodu ta’ għeluq tas-sajd ta’ xahrejn u restrizzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

[Il-premessa, l-Artikoli rilevanti u l-Annessi se jiġu aġġornati wara l-laqgħa annwali]

(11)Skont il-parir xjentifiku tal-GFCM, jeħtieġ jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċ ikħal fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk huwa xieraq li tkompli tiġi ffissata kwota awtonoma għal dan l-istokk.

(12)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet li jkunu ngħadu waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(13)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 10 daħħal kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni tat-TACs minn sena għall-oħra li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi skont l-Artikolu 3 u 4 tiegħu. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikulari abbażi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà minn sena għall-oħra għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li twassal biex tmur għall-agħar il-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(14)Għall-użu tal-opportunitajiet tas-sajd li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom li huma stipulati f’dan ir-Regolament japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 11 , u b’mod partikulari l-Artikoli 33 u 34 tiegħu, li jittrattaw ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament.

(15)Biex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2020. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat.

(16)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw b’mod li jkun għalkollox konformi mal-liġi tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)is-sallur (Anguilla anguilla L.) fil-Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(b);

(b)il-gambli l-blu u l-ħomor (Aristeus antennatus), il-gambli l-bojod (Parapenaeus longirostris), il-gambli l-ħomor il-kbar (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(c);

(c)l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(d)il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gambli l-bojod (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(e)il-laċċ ikħal (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Psetta maxima) fil-Baħar l-Iswed, kif iddefinit fl-Artikolu 4(e).

2.Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod ċar fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;

(b)“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(c)“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i)(i) fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)(ii) fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk fuq perjodu ta’ sena;

(d)“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(e)“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta ma jkunx hemm qbil dwar TAC;

(f)“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;

(g)“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikulari, imsejsa fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qbid fil-ġejjieni.

Artikolu 4
Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a)“is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran)” tfisser iż-żoni ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 ;

(b)“il-Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c)“il-Punent tal-Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(e)“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

TITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

KAPITOLU I

Il-Mediterran

Artikolu 5
Sallur

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għall-attivitajiet l-oħrajn tas-sajd tal-Unjoni għall-qbid tas-sallur (Anguilla anguilla L.), jiġifieri s-sajd immirat, inċidentali u rikreattiv.

2. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet tranżizzjonali.

3. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għas-sallur fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran għal perjodu ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jistabbilixxi. Il-perjodu tal-għeluq tas-sajd għandu jkun konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1100/2007 13 , mal-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jkunu fis-seħħ u max-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallur fl-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-perjodu stabbilit sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-għeluq tas-sajd u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2020.



KAPITOLU II 

Il-Punent tal-Mediterran

Artikolu 6
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.L-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-2020 għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

2.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Artikolu 7
Trażmissjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dwar l-isforz tas-sajd u jibagħtuha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Huma u jibagħtu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Il-Baħar Adrijatiku

Artikolu 8
Stokkijiet pelaġiċi żgħar

1. L-ammont ta’ sardin (Sardina pilchardus) u ta’ inċova (Engraulis encrasicolus) li jaqbdu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-Baħar Adrijatiku ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed jistadu għas-sardin u għall-inċova fil-Baħar Adrijatiku ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena. Minn dawk il-180 jum tas-sajd, għadd massimu ta’ 144 jum tas-sajd għandu jiġi allokat għas-sajd għas-sardin u għadd massimu ta’ 144 jum tas-sajd għandu jiġi allokat għas-sajd għall-inċova.

Artikolu 9
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.L-Anness II jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-2020 għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku.

2.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz massimu permissibbli skont l-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 10
Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 11
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal

L-Anness III ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċ ikħal (Sprattus sprattus), l-allokazzjoni tat-tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq.

Artikolu 12
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

L-Anness III ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi t-TAC għall-barbun imperjali (Psetta maxima) applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed u l-allokazzjoni tat-tali TAC fost l-Istati Membri, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq.

Artikolu 13
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul totali tagħhom.

Artikolu 14
Perjodu ta’ għeluq tas-sajd għall-barbun imperjali

Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kull attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord u l-ħatt l-art tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 15
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-affarijiet li ġejjin:

(a)għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 14 ;

(c)għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 16
Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċ ikħal u tal-barbun imperjali li jkunu qabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 8).
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd u dwar konsultazzjoni b’rabta mal-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 (COM(2019) 274 final).
(6)    Id-dokument SEC(2011) 891 final tat-13 ta’ Lulju 2011 u d-dokumenti SWD(2018) 59 final u SWD(2018) 60 final tat-8 ta’ Marzu 2018 rispettivament.
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).
(10)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).
(14)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
Top

Brussell, 8.10.2019

COM(2019) 453 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed


ANNESS I

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-MEDITERRAN

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, u skont it-tul totali tal-bastimenti għat-tipi ta’ bastimenti tat-tkarkir kollha 1* li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

Għall-isforzi tas-sajd massimi permissibbli kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad



L-isforz tas-sajd massimu permissibbli, f’jiem tas-sajd

(a) Fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (is-subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1-5-6-7; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 1, 5 u 6; u l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 5 u 6.

< 12-il metru

2 260

0

0

EFF1/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

24 284

0

0

EFF1/MED1_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

46 277

5 144

0

EFF1/MED1_TR3

≥ 24 metru

16 240

6 258

0

EFF1/MED1_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Il-gamblu blu u aħmar fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7.

< 12-il metru

0

0

0

EFF2/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

1 139

0

0

EFF2/MED1_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

10 822

0

0

EFF2/MED1_TR3

≥ 24 metru

9 066

0

0

EFF2/MED1_TR4

(b) Fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar Ligurjan, fil-Baħar Tirren u f’Sardinja (is-subżoni ġeografiċi 8-9-10-11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 9-10-11; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 9-10-11; u l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 9 u 10.

< 12-il metru

0

208

3 081

EFF1/MED2_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

0

832

46 350

EFF1/MED2_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

0

208

31 170

EFF1/MED2_TR3

≥ 24 metru

0

208

4 160

EFF1/MED2_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Il-gamblu aħmar il-kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11.

< 12-il metru

0

0

510

EFF2/MED2_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

0

0

3 760

EFF2/MED2_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

0

0

3 028

EFF2/MED2_TR3

≥ 24 metru

0

0

405

EFF2/MED2_TR4

ANNESS II

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi tal-isforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq.

Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

Sardina pilchardus

Solea solea

DPS

PIL

SOL

Gamblu abjad

Sardin

Lingwata komuni

1.L-istokkijiet pelaġiċi żgħar — is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

It-tabella mogħtija f’din it-taqsima tistabbilixxi l-livell massimu tal-qabdiet mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj.

Speċijiet:

L-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar
(l-inċova u s-sardin)

Engraulis encrasicolus 
u
Sardina pilchardus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM

(SP1/GF1718)

L-Unjoni

101 711

(1)(2)

Il-livell massimu tal-qabdiet.

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

It-TAC

Mhix rilevanti

(1)    Għas-Slovenja, il-kwantitajiet jissejsu fuq il-livell tal-qabdiet li kien hemm fl-2014 u ma għandhomx jaqbżu t-300 tunnellata.

(2)    Din il-kwota hija limitata għall-Kroazja, għall-Italja u għas-Slovenja.

2.L-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ — is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

It-tabella mogħtija f’din it-taqsima tistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’kilowatts għall-jiem tas-sajd) skont il-grupp tal-isforz, skont it-tul totali tal-bastimenti u skont it-tipi ta’ bastimenti tat-tkarkir li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).

kW* il-jiem tas-sajd

Tip ta’ rkaptu

Stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Il-Kroazja

L-Italja

Is-Slovenja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Ix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTB)

Il-merluzz, il-gamblu abjad, l-iskampu u t-trilja tal-ħama (fis-subżona ġeografika 17-18)

< 12-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

pm

≥ 24 metru

pm

pm

pm

pm

Ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB)

Il-lingwata komuni (fis-subżona ġeografika 17)

< 12-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

pm

≥ 24 metru

pm

pm

pm

pm

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi (PTB)

Il-merluzz, il-gamblu abjad, l-iskampu u t-trilja tal-ħama (fis-subżona ġeografika 17-18)

< 12-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

pm

≥ 24 metru

pm

pm

pm

pm

Ix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti tewmin (OTT)

Il-merluzz, il-gamblu abjad, l-iskampu u t-trilja tal-ħama (fis-subżona ġeografika 17-18)

< 12-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

pm

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

pm

≥ 24 metru

pm

pm

pm

pm

ANNESS III

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.

Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċ ikħal

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Speċi:

Il-laċċ ikħal

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed — is-subżona ġeografika 29

Sprattus sprattus

(SPR/F3742C)

Il-Bulgarija

8 032,50

Kwota analitika.

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ir-Rumanija

3 442,50

L-Unjoni

11 475

It-TAC

Mhix rilevanti jew m’hemmx qbil dwarha



Speċi:

Il-barbun imperjali

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed — is-subżona ġeografika 29

Psetta maxima

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

pm

TAC analitika.

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ir-Rumanija

pm 

L-Unjoni

pm

(*)

It-TAC

pm 

_________

(*)    Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2020 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord u l-ħatt l-art.

(1) *    TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP u TSP.
Top