Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0092

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    COM/2019/92 final

    Brussell,21.2.2019

    COM(2019) 92 final

    2019/0044(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħa kawżi “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi rigward is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bi ftehim fil-livell tal-Unjoni (l-“awtorizzazzjoni orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi kollha tal-ajru tal-UE għar-rotot tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, u b’hekk il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jiġu jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkumplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fi 22 ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Il-Ftehim se jaqdi għan fundamentali tal-politika esterna tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni billi il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru jiġu jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    L-Artikoli 100(2) u 218(6)(a) tat-TFUE

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta hija msejsa kompletament fuq l-“awtorizzazzjoni orizzontali” mogħtija mill-Kunsill filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet koperti mid-dritt tal-Unjoni u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru.

    Proporzjonalità

    Il-Ftehim se jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru sa fejn ikun meħtieġ biss biex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

    Għażla tal-istrument

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Korea huwa l-iktar strument effiċjenti biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea jiġu jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    B’konformità mal-Artikolu 218(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni wettqet in-negozjati f’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali. Waqt in-negozjati, l-industrija ġiet ikkonsultat bl-istess mod. Il-kummenti li saru f’dan il-proċess ġew ikkunsidrati. L-Istati Membri kkonċernati vverifikaw il-preċiżjoni tar-referenzi għall-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. L-industrija enfasizzat l-importanza ta’ bażi ġuridika soda għall-operazzjonijiet kummerċjali tagħha.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Mhux applikabbli.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Mhux applikabbli.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea se jieħdu posthom dispożizzjonijiet fi ftehim uniku wieħed, jew se jiġu kkumplementati minn dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip.

    Drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli.

    4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Il-Partijiet fil-Ftehim għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

    Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

    Mhux applikabbli.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Ir-relazzjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Annessi ta’ dawn il-ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati oħra.

    Madankollu, il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru tal-Istati Membri jiksru d-dritt tal-Unjoni. Dawn jippermettu li pajjiż terz jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ trasportatur tal-ajru li jkun ġie ddeżinjat minn Stat Membru iżda li ma jkunx proprjetà sostanzjali ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu u li ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istat Membru jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi tal-ajru tal-UE stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li jkunu proprjetà ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra u li jkunu kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li liċ-ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà tal-istabbiliment tagħhom, jiggarantilhom l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak li jingħata liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

    Hemm kwistjonijiet oħra, bħal ftehimiet kummerċjali obbligatorji bejn il-linji tal-ajru, fejn jenħtieġ li l-konformità mad-dritt tal-Unjoni tkun żgurata billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

    B’konformità mal-mekkaniżmi u mad-direttivi fl-Anness tal-“awtorizzazzjoni orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Korea li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jissostitwixxi l-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni bi klawżola ta’ deżinjazzjoni tal-UE, li tippermetti li t-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 jissalvagwardja d-dritt tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni li jimponu, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq il-fjuwil fornut fit-territorju tagħhom biex jintuża f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. L-Artikolu 5 jsolvi l-kunflitti potenzjali mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi konkluż wara li jiġi ffirmat. Hawnhekk qiegħda tiġi proposta deċiżjoni għal dan l-għan.

    2019/0044 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) …/… 1 , il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fi […], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

    (2)L-għan tal-Ftehim huwa li l-ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru bejn 22 Stat Membru u r-Repubblika tal-Korea jiġu jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

    (3)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) ġie approvat f’isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jiddeżinja l-persuna li jkollha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim f’isem l-Unjoni, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

     

    (1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) …/… dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (ĠU L [XXX], [XXX], p. [XX]).
    Top

    Brussell, 21.2.2019

    COM(2019) 92 final

    ANNESS

    tal-

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru


    FTEHIM

    BEJN L-UNJONI EWROPEA
    U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA

    DWAR ĊERTI ASPETTI TAS-SERVIZZI TAL-AJRU


    L-UNJONI EWROPEA,

       minn naħa waħda, u

    R-REPUBBLIKA TAL-KOREA,

       min-naħa l-oħra,

    minn hawn ’il quddiem “il-Partijiet Kontraenti”,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabet li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi mhumiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea,

    FILWAQT LI JINNUTAW li għadd ta’ ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea b’dispożizzjonijiet simili u li jobbligaw lill-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa kollha biex jeliminaw l-inkompatibbiltajiet bejn tali ftehimiet u t-Trattati tal-UE,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva fir-rigward ta’ għadd ta’ aspetti li jaf ikunu inklużi fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprevedu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ tali pajjiżi terzi li jiksbu s-sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja b’konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea,

    WARA LI JIRRIKONOXXU li l-konsistenza bejn id-dritt tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea se tipprovdi bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea u se tippreżerva l-kontinwità ta’ tali servizzi tal-ajru,

    FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea, li mhumiex inkonsistenti mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ma għandhomx għalfejn jiġu emendati jew sostitwiti,

    FILWAQT LI JINNUTAW li tali emendi jikkonfermaw ir-relazzjoni eċċellenti bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea fil-qasam tat-trasport bl-ajru, u

    FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex fini tal-Unjoni Ewropea f’dan il-Ftehim li żżid il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea, li taffettwa l-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea u t-trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika tal-Korea, jew li tiddomina fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:


    ARTIKOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; “Trattati tal-UE” għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; “Parti Kontraenti” għandha tfisser parti kontraenti f’dan il-Ftehim; “parti” għandha tfisser il-parti kontraenti fil-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi tal-ajru; “trasportatur tal-ajru” għandha tfisser ukoll linja tal-ajru.

    2.    Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun parti f’dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    3.    Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li jkun parti f’dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru ddeżinjat minn dak l-Istat Membru.


    ARTIKOLU 2

    Deżinjazzjoni, awtorizzazzjoni u revoka

    1.    Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddominaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, b’rabta mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Repubblika tal-Korea, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

    2.    Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddominaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, b’rabta mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika tal-Korea, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

    3.    Mal-wasla ta’ tali deżinjazzjoni, u tal-applikazzjonijiet mit-trasportatur(i) tal-ajru ddeżinjata/i, fil-forma u l-mod stipulati għall-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim u għall-permessi tekniċi, kull parti għandha, soġġett għall-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa b’dewmien proċedurali minimu, diment li:

    (a)    fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru:

       (i)    it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni u jkollu liċenzja valida biex jopera minn Stat Membru b’konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea; u

       (ii)    il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru jiġi eżerċitat u jinżamm mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tiġi identifikata b’mod ċar fid-deżinjazzjoni; u

       (iii)    it-trasportatur tal-ajru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja valida biex jopera; u

       (iv)    it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz tal-maġġoranza tas-sjieda, tal-Istati Membri u/jew taċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew ta’ Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew taċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra, u jkun ikkontrollat effettivament minnhom;

    (b)    fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea:

       (i)    ir-Repubblika tal-Korea jkollha u żżomm il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru; u

       (ii)    is-sjieda sostanzjali u l-kontroll effettiv ta’ dak it-trasportatur tal-ajru jkunu tar-Repubblika tal-Korea, taċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Korea, jew tat-tnejn, u t-trasportatur tal-ajru jkollu liċenzja valida biex jopera maħruġa mir-Repubblika tal-Korea;

    (c)     il-linja tal-ajru ddeżinjata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati skont il-liġijiet u r-regolamenti li normalment japplikaw għall-operat tas-servizzi tal-ajru internazzjonali bl-ajru mill-parti li tikkunsidra l-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet.

    4.    Kwalunkwe waħda mill-partijiet tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim jew il-permessi tekniċi ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat mill-parti l-oħra fejn:

    (a)    fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru:

       (i)    it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru tad-deżinjazzjoni jew ma jkollux liċenzja valida biex jopera minn Stat Membru b’konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea; jew

       (ii)    il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru ma jiġix eżerċitat jew ma jinżammx mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tiġix identifikata b’mod ċar fid-deżinjazzjoni; jew

       (iii)    it-trasportatur tal-ajru ma jkollux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja tiegħu biex jopera; jew

       (iv)    it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-maġġoranza tas-sjieda, tal-Istati Membri u/jew taċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew ta’ Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew taċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra, u ma jkunx ikkontrollat effettivament minnhom; jew

       (v)    it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fil-qafas ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Korea u Stat Membru ieħor, u r-Repubblika tal-Korea tista’ turi li, billi teżerċita d-drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat l-ieħor, tkun qed tevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti b’dak il-ftehim l-ieħor; jew

       (vi)    it-trasportatur tal-ajru jkollu ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Korea u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkunu ċaħħad id-drittijiet tat-traffiku lit-trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea;

    (b)    fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea:

       (i)    ir-Repubblika tal-Korea ma tkunx qiegħda żżomm il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru; jew

       (ii)    is-sjieda sostanzjali u l-kontroll effettiv ta’ dak it-trasportatur tal-ajru ma jkunux tar-Repubblika tal-Korea, taċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Korea, jew tat-tnejn, jew it-trasportatur tal-ajru ma jkollux liċenzja valida biex jopera maħruġa mir-Repubblika tal-Korea;

    (c) il-linja tal-ajru ddeżinjata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati skont il-liġijiet u r-regolamenti li normalment japplikaw għall-operat tas-servizzi tal-ajru internazzjonali bl-ajru mill-parti li tagħti dawk id-drittijiet.

    5.    Fl-eżerċitar tad-dritt tagħha skont il-paragrafu 4, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha skont il-paragrafu 4(a)(v) u (vi) ta’ dan l-Artikolu, ir-Repubblika tal-Korea ma għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Istati Membri abbażi tan-nazzjonalità.


    ARTIKOLU 3

    Drittijiet fir-rigward tal-kontroll regolatorju

    1.    Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(c).

    2.    Fejn Stat Membru (“l-ewwel Stat Membru”) ikun iddeżinja trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u jinżamm minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Korea skont id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li ddeżinja t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Korea għandhom japplikaw indaqs fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċitar jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak it-tieni Stat Membru u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

    ARTIKOLU 4

    Tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni

    1.    Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(d).

    2.    Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, ma għandu jkun hemm xejn f’kull waħda mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness II(d) li jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq fjuwil fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat tar-Repubblika tal-Korea li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-istess Stat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    ARTIKOLU 5

    Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

    1.    Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I ma għandu:

    (a)    jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni;

    (b)    isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew

    (c)    jiddelega lil operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

    2.    Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

    ARTIKOLU 6

    Annessi tal-Ftehim

    L-Annessi ta’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

    ARTIKOLU 7

    Reviżjoni jew emenda

    Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku bil-miktub.

    ARTIKOLU 8

    Dħul fis-seħħ

    1.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    2.    Il-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea, li fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li ma jkunux qegħdin jiġu applikati proviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn il-ftehimiet u l-arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ tagħhom.

    ARTIKOLU 9

    Terminazzjoni

    1.    Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jintemm, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li jirrigwardaw dak il-ftehim għandhom jintemmu fl-istess ħin.

    2.    Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fid-data tat-terminazzjoni tal-aħħar wieħed minn dawn il-ftehimiet.

    B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati biex jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fi [….] b’żewġ kopji, f’dan il-[…] jum ta’ […, …] bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż, biż-Żvediż u bil-Korean, fejn it-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.

    GĦALL-UNJONI EWROPEA

    GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA

    ANNESS I

    Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    (a)    Il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif setgħu ġew emendati, immodifikati jew issupplimentati li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qegħdin jiġu applikati proviżorjament kif ġej:

           Il-Ftehim bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn u li jikkonċernaw it-Territorji Rispettivi tagħhom, magħmul fi Vjenna fil-15 ta’ Mejju 1979, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul fi Brussell fl-20 ta’ Ottubru 1975, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi tagħhom, magħmul f’Sofija fid-19 ta’ Awwissu 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul f’Zagreb fit-30 ta’ Diċembru 2015, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Kroazja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f’Seoul fis-26 ta’ Ottubru 1990, emendat bi Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea li jemenda l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f’Seoul fis-26 ta’ Ottubru 1990, konkluż permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi fit-3 ta’ Diċembru 2004 u l-14 ta’ Frar 2005, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern tar-Renju tad-Danimarka dwar is-Servizzi tal-Ajru bi Skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, inizjalat f’Seoul fis-6 ta’ Settembru 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul f’Seoul fit-12 ta’ Novembru 1996, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul f’Seoul fis-7 ta’ Ġunju 1974, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Korea dwar it-Trasport bl-Ajru, magħmul f’Bonn fis-7 ta’ Marzu 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi tagħhom, magħmul f’Ateni fil-25 ta’ Jannar 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f’Seoul fit-28 ta’ Novembru 2014, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi tagħhom, magħmul fil-Lussemburgu fis-27 ta’ Settembru 2000, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern ta’ Malta dwar is-Servizzi tal-Ajru bi Skeda bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, magħmul fil-Belt Valletta fil-25 ta’ Marzu 1997, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tan-Netherlands u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar it-Trasport bl-Ajru, magħmul f’The Hague fl-24 ta’ Ġunju 1970, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u n-Netherlands” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul f’Seoul fl-14 ta’ Ottubru 1991, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar it-Trasport bl-Ajru Ċivili bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi tagħhom, magħmul f’Seoul fl-10 ta’ Marzu 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Korea dwar it-Trasport bl-Ajru, magħmul f’Seoul fil-21 ta’ Ġunju 1989, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja dwar is-Servizzi tal-Ajru bi Skeda bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi tagħhom, inizjalat f’Seoul fis-6 ta’ Settembru 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja” fl-Anness II,

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi tagħhom, magħmul f’Seoul fil-5 ta’ Marzu 1984, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit” fl-Anness II;

    (b)    Il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u l-arranġamenti l-oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif setgħu ġew emendati, immodifikati jew issupplimentati li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhumiex qegħdin jiġu applikati proviżorjament:

       

           Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, inizjalat f’Ruma fl-24 ta’ Marzu 2016, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja” fl-Anness II,

       Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, inizjalat f’Riga fis-6 ta’ April 2018, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Latvja” fl-Anness II,

       Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f’Seoul fil-25 ta’ Mejju 2018, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall” fl-Anness II.

    _________________

    ANNESS II

    Lista ta’ Artikoli fil-Ftehimiet elenkati fl-Anness I
    u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim

    (a)    Id-deżinjazzjoni:

           l-Artikolu 3(1), (2) u (3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija,

           l-Artikolu 3(1), (2) u (3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Kroazja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza,

           l-Artikolu 3(2) u (3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija,

           l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja,

       l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Latvja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta,

           l-Artikolu 3(1), (2) u (3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u n-Netherlands,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja,

           l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit;


    (b)    Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

           l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija,

           l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Kroazja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja,

           l-Artikolu 3(a) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza,

           l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija,

           l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja,

       l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Latvja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta,

           l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u n-Netherlands,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit;


    (c)    Il-kontroll regolatorju:

           l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija,

           l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju,

           l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija,

           l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Kroazja,

           l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka,

           l-Artikolu 17(a) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka,

           l-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja,

           il-klawżola tas-sikurezza miftiehma bejn il-Korea u Franza fit-23 ta’ Mejju 2002,

           l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja,

           l-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija,

           l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja,

       l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Latvja,

           l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu,

           l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta,

           l-Artikolu dwar is-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u n-Netherlands fit-13 ta’ Settembru 2002,

           l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall,

           l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija,

           l-Artikolu tas-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u Spanja fil-15 ta’ Diċembru 2005,

           l-Artikolu 17(a) tal-ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja,

           l-Artikolu dwar is-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u r-Renju Unit fid-29 ta’ Ġunju 2001;


    (d)    It-tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni:

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija,

           l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Kroazja,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja,

           l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija,

           l-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja,

       l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Latvja,

           l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta,

           l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u n-Netherlands,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja,

           l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja,

           l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja,

           l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit.

    _________________

    ANNESS III

    Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a)    L-Iżlanda (fl-ambitu tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b)    Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (fl-ambitu tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (c)    Ir-Renju tan-Norveġja (fl-ambitu tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d)    Il-Konfederazzjoni Żvizzera (fl-ambitu tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera).

    __________________

    Top