Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52019M9498
Prior notification of a concentration (Case M.9498 — Sumitomo/TTA/JV) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9498 — Sumitomo/TTA/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9498 — Sumitomo/TTA/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 269, 12.8.2019, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9498 — Sumitomo/TTA/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 269/05)
1.
Fil-5 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Sumitomo Corporation (“SC”, il-Ġappun) |
— |
PT Tuah Turangga Agung (“TTA”, l-Indoneżja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Jardine Matheson Holdings Limited (iċ-Ċina), |
— |
Il-kumpanija joint venture (il-“JV”, Singapore). |
SC u TTA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fil-kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— SC: attivitajiet integrati ta’ kummerċ u investiment fil-Ġappun u madwar id-dinja, b’mod partikulari kummerċ ta’ prodotti tal-metal, trasport u kostruzzjoni ta’ sistemi, ambjent u infrastruttura, kimiċi u elettronika, il-media, networks u prodotti marbuta mal-istil ta’ ħajja, riżorsi minerali, l-enerġija u xjenza tal-ħajja,
— TTA: tħaffir u kummerċ tal-faħam, fl-Asja,
— il-JV: kummerċ tal-faħam termali, predominatement fl-Asja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9498 — Sumitomo/TTA/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).